Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 31 SPORTSillum M'HEMMX dubju li l-iktar koppja ta' attakkanti li qed tispikka bħalissa fil- futbol Taljan u mhux biss hija l-koppja tal-attakk ta' Juventus Carlos Tevez u Fernando Llorente. Bejniethom dawn skorjaw xejn inqas minn 26 gowl – 15 Tevez u 11 Llorente. Il-gowls l-oħra waslu minn plejers ta' klassi mondjali bħal Vidal li skorja 11 u Pogba li skorja 6. Barra li rnexxielhom isibu x-xibka għal 26 darba matul dan l-istaġun Tevez u Llorente pprovdew numru konsiderevoli ta' assists li minnhom plejers bħal Vidal u Pogba rnexxielhom isibu x-xibka. Fil-bidu tal- istaġun dawn iż-żewġ plejers kellhom bidu kemxejn kwiet iżda iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar dawn iż- żewġ plejers stabilixxew lilhom infushom bħala żewġ plejers indispensabbli għall-Bianconeri li qed ikunu fundamentali biex it-tim minn Turin huwa favorit nett li jerġa' jirbaħ il-kampjonat għat-tielet darba konsekuttiva taħt it- tmexxija ta' Conte hekk kif għandu 11-il punt vantaġġ fuq it-tim li jinsab fit-tieni post tal-klassifika, Roma. Bosta segwaċi tal-futbol mondjali fosthom partitarji ferventi ta' Juventus qegħdin jikkumparaw lil dawn iż-żewġ attakkanti mal-attakkanti leġġendarji ta' Juventus John Charles u Omar Sivori li rebħu diversi unuri ma' Juventus fil-passat. Kollox jindika li kemm Tevez kif ukoll Llorente se jkunu fost il-protagonisti ewlenin fit-Tazza tad-Dinja mal- pajjiżi rispettivi tagħhom, l-Arġentina u Spanja. Tevez u Llorente – il-magna tal-gowls ta' Juventus Tevez u Llorente - il-protagonisti assoluti għal Juventus matul dan l-istaġun Massimo Cremona jirbaħ il-kategorija tal-veterani FI tmiem il-ġimgħa ġewwa Frameries fil-Belġju, ġie organizzat l-ikbar tournament tad-Dinja tat- table football. Żgur li kien weekend eċċezzjonali għal Massimo Cremona fil-Belġju fejn is-Sibt huwa għen lit-tim tiegħu F.illi Bari Reggio Emilia Champions kurrenti Ewropej, jirbħu l-kompetizzjoni tat-timijiet fejn fil-finali huma għelbu lil Mattesburg tal-Awstrija 4-0 waqt li l-għada l-Ħadd huwa rebaħ il-kompetizzjoni individwali tal-Veterani meta fil-finali għeleb lill-Portugiż Nuno Noronha bl-iskor ta' 2-1. Fil-kompetizzjoni tat- timijiet, ħadu sehem 52 klabb biż-żewġ timijiet Maltin tal-Valletta Subbuteo Club u l-Valletta Lions TFC jaslu t-tnejn sal-aħħar 16 fejn sfaw eliminati minn Bristol tal-Ingilterra u Mattesburg tal-Awtrija bl-iskor ta' 1-2 rispettivament. Hansel Mallia kien preżenti ma' Fiamme Azzurre Roma fejn għenhom jaslu sas-semi- finali fejn ġew megħluba minn Mattesburg 1-2. Cremona's F.illi Bari Reggio Emilia ddominaw il-kompetizzjoni fejn mal- aħħar 16 huma għelbu lit-tim Belġjan ta' SC Eugies 4-0, fil-kwarti tal-finali lil SC Stembert tal-Belgju 4-0, fis-Semi finali lil Napoli tal- Italja 2-1 waqt li fil-finali lil Mattesburg tal-Awstrija 4-0. Intant, il-Ħadd saru l-kompetizzjonijiet individwali. Fil-Kategorija Open ħadu sehem 104 plejers fejn ħadu sehem ħames plejers Maltin. Dawn kienu Samuel Bartolo, Derek Conti, Adam Gatt, Hansel Mallia u Jean Carl Tabone. Fil-fażi tal-aħħar 32, Conti elimina lil Mallia 2-0 bix- shoots wara parità ta' 2-2, Bartolo elimina lil Hass tal-Awstrija 2-1 biex it-tnejn għaddew għar-rawnd ta' wara b'Jean Carl Tabone jisfa eliminat mill-Belġjan Delogne 1-2 Fl-aħħar 16, Conti safa eliminat mit-Taljan Lichieri 2-3 wara l-għoti tax-shoots waqt li Bartolo safa eliminat ukoll minn Targui tal-Belġju 3-4 bil-golden goal. L-Ispanjol Carlos Flores rebaħ il-kompetizzjoni 4-3 bix-shoots kontra l-Belġjan Valery Dejardin wara parità ta' 1-1. Fil-kategorija tal-Veterani ħadu sehem 76 plejer fejn hawn ukoll ħames plejers Maltin ħadu sehem, Charles Aqulina, Massimo Cremona, Joseph Mifsud, Vince Mifsud u Jason Pisani. Fil-fażi tal-aħħar 32 Joseph Mifsud safa eliminat minn Darren Clark tal-Ingilterra 2-3 wara l-għoti tax-shoots wara li l-partita spiċċat f 'parità ta' 1-1. Fil-fażi tal-aħħar 16, Massimo Cremona għeleb lil Darren Clark 2-0 waqt li Charles Aquilina għeleb lit- Taljan Giacomo Monica 3-0. Fl-istess fażi wkoll Jason Pisani safa eliminat mill-Belġjan Alain Jadot 0-1 wara l-għoti tax-shoots wara li l-logħba spiċċat f 'parità ta' 0-0. Il-kwarti tal-finali kienet karraterizzata mil-logħba bejn il-Maltin Cremona u Aquilina fejn f 'logħba bilanċjata kien Cremona li ħareġ rebbieħ 2-1 bil-golden goal wara li sal-ħin regolamentari l-logħba spiċċat f 'parità ta' 1-1. Fis-semi-finali, Massimo Cremona, rebaħ lit-Taljan Gianfranco Calonico bl- istess skor ta' 2-1 u bil-golden goal ukoll waqt li fil-finali huwa għeleb lill-Portugiż Nuno Noronha 2-1 biex ġie nkurunat rebbieħ tal- kompetizzjoni tal-Veterani. Massimo Cremona jkompli jġorr il-bandiera Maltija b'suċċess fit-table football fl-Italja