Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 7 Qtil li seħħ 12-il sena ilu f 'Għawdex mortwarja tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Irriżulta li fil-pulmun ta' Marija Attard ma kienx hemm ilma u għaldaqstant kien jindika li l-anzjana kienet diġà mejta meta tniżżlet fl-ispiera. Irriżulta wkoll li hija kellha marki ta' tagħfis ma' għonqha li kienu jindikaw li l-anzjana kienet ġiet fgata. Marki oħrajn instabu mal-għekiesi u jdejha magħrufin bħala 'grip marks' li kienu jindikaw li kienet inġarret minn aktar minn persuna waħda. Fuq il-bqija tal-katavru ma nstab ebda tbenġil ieħor li setgħu jagħtu indikazzjoni li din intefgħet jew twaddbet ħajja fl-ispiera. Li kieku waqgħet jew wettqet suwiċidju jew intefgħet fl-ispiera meta kienet għadha ħajja, probabbilment kienu jinstabu marki jew mal-pala tal-id jew ma' xi parti oħra tal-ġisem peress li huwa impossibbli li xi ħadd jaqbeż jew jaqa' f 'dik l-ispiera dejqa mingħajr ma jaħbat huwa u nieżel. Fuq ir-ras ma nstabet l-ebda daqqa vjolenti li setgħet tindika li l-anzjana ħabtet mal-blata meta waqgħet jew intefgħet. Lanqas ħwejjiġha ma nstabilhom xi tiċrit li setgħu jindikaw li missew b'xi mod max-xaft imbaqqan. Minn din l-awtopsja l-esperti tal-Qorti ma kellhom l-ebda dubju li Attard inqatlet qabel ma spiċċat fl-ispiera. Iżda l-Pulizija ma kinux konvinti u għaldaqstant meta l-investigaturi u dawk tax-Xena tar-Reat ħejjew ir-rapporti preliminari tagħhom baqgħu jsostnu li dan huwa każ ta' suwiċidju minkejja dak li rriżulta fl-awtopsja. B'dan id-diżgwid, il-Kummissarju tal- Pulizija ta' dak iż-żmien, John Rizzo, kien talab lill-Maġistrat Coppini biex jordna li ssir awtopsja oħra u li din id-darba ssir minn patoloġisti differenti, iżda dejjem fil-preżenza kemm ta' dawk li għamlu l-ewwel awtopsja kif ukoll tal-Pulizija. Il-Maġistrat Coppini laqa' din it-talba u t-tieni awtopsja kienet saret nhar il-Ħadd, 24 ta' Frar 2002 fl-istess kamra mortwarja. Din id-darba l-Patoloġisti kienu Ali Safraz, Brigette Ellul u Marie Therese Camilleri fil- preżenza tal-Ispetturi Carmelo Magri u John C. Ellul. Ir- riżultat tat-tieni awtopsja kien identiku bħall-ewwel waħda. Arrestat Eġizzjan Sadanittant il-Pulizija waslu biex arrestaw raġel Eġizzjan b'ċittadinanza Maltija, Ibrahim El Degwi li dak iż-żmien kellu 40 sena u li kien joqgħod ix-Xagħra stess. Huwa kien tressaq il-Qorti mill-Ispettur Antonello Grech, illum Supretedendent, u l-Ispettur Chris Pullicino, illum Aġent Supretendent. Għalkemm El Degwi kien akkużat bl- involviment tiegħu fil-qtil tal- anzjana, huwa ċaħad l-akkużi. Matul l-investigazzjonijiet El Degwi baqa' dejjem jiċħad l-involviment tiegħu fil-qtil, iżda ammetta li, flimkien ma' persuna oħra, kien wettaq serqa mir-razzett tal-anzjana fl-14 ta' Ġunju 2001 fil-ħin li Attard kienet qed tisma' quddiesa. Beda għaddej ġuri dwar serq mhux bi qtil Fit-3 ta' Diċembru 2007 Ibrahim El Degwi beda għaddej ġuri quddiem l-Imħallef Dr Joseph Galea Debono fejn kien akkużat li seba' snin u nofs qabel kien kompliċi f 'serqa li ġrat f 'Għawdex mir-razzett ta' Marija Attard. El Degwi, proprjament, kien suspettat bil-qtil tal-anzjana u din kienet ir-raġuni għaliex fl-10 ta' Frar 2006 huwa kien reġa' arrestah. Ġara li waqt li kien qed jinterrogah mill-ġdid dwar l-omiċidju, l-akkużat minn jeddu stqarr miegħu li kien involut fis-serqa li kienet saret ftit tax-xhur qabel mid- dar tal-anzjana, imma insista li ma kellu x'jaqsam xejn mal-qtil tagħha. Din id-dikjarazzjoni l-akkużat għamilha wara li s-Supretendent Grech qallu li kellhom suspett li kienu hu u Karmnu Mifsud magħruf bħala "l-Kajsu" li qatlu lill- anzjana. Kien qallu wkoll li wara kienu talbu l-għajnuna ta' ċertu Emanuel Camilleri, biex tefgħuha fl-ispiera. Jintbagħat 45 xahar priġunerija Fil-5 ta' Diċembru 2007, jumejn wara li beda għaddej ġuri, Ibrahim Hafes El Degwi ntbagħat 45 xahar ħabs wara li b'seba' voti kontra tnejn, huwa nstab ħati li fl-14 ta' Ġunju, 2001 seraq lil Marija Attard. Il-ġurati sabu lil El Degwi ħati ta' serq u ta' ħsara volontarja, filwaqt li b'mod unanimu sabuh ħati ta' reċediva. Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Joseph Galea Debono u li wasslet għas-sentenza tagħha għall-ħabta tal-11.30am, ikkonsidrat li mill-fedina penali tal-Eġizzjan, kemm ilu hawn Malta kien diġà nstab ħati mill- Qrati erba' darbiet. Il-qtil ta' Marija Attard għadu mhux solvut, iżda minkejja li għaddew 12-il sena xorta waħda l-Pulizija tibqa' tittama li xi ħadd jersaq b'xi informazzjoni li tista' titfa' dawl fuq dan il-każ. Għaldaqstant kull min jaf xi ħaġa li tista' tkun ta' għajnuna lill-investigaturi jista' jċempel fuq in-numru 119. Il-Pulizija tiggarantixxi l-kunfidenzjalità. - Provision of Air-Conditioning Maintenance and Support Services – T005/14 Data ta' ħruġ: 26 ta' Frar 2014 / Data ta' għeluq: 26 ta' Marzu 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota tal-workshop li se jkun organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana, nhar il-Ġimgħa 14 ta' Marzu d-9.00 ta' logħdu (CET ). F'dawn il- workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Waqt il-proċedura sabiex tittella' Marija Attard mill-ispiera Il-katavru ta' Marija Attard jittieħed għall-awtopsja Is-silenzju u l-omertà ma jgħinux lill-Pulizija