Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 09 ta' Marzu 2014 • Nr 386 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 Skandlu ieħor ta' miżappropjazzjoni ta' €2 miljun żvelat Ara paġna 6 Wara t-tgergir, l-avukati Maltin jitolbu €70,000 għal kull ċittadin ġdid KIENU fuq il-front kontra l-gvern biex iniedi ċittadinanza għal min lest biex iħallas kontra somma ħelwa. Imma issa ditti ta' avukati Maltin qed jirreklamaw is-servizzi tagħhom b'mod diskret u diġà qed jipprepraw klijienti barranin. It-tariffa biex jipproċessaw iċ-ċittadinanza għal €70,000. Wara l-aħħar tibdiliet fil-liġi l-kumpanija Henley & Partners ma baqgħetx bil-monopolju tal-proċessar taċ-ċittadini. Wara dan it-tibdil, l-attakki fuq il-Gvern naqqsu. Fost id-ditti ta' avukati hemm min kien politikament attiv kontra l-Gvern fuq din il-kwistjoni. Hemm ħafna ditti ta' avukati li diġà qegħdin f 'kuntatt ma' Identity Malta biex ikunu jafu aktar dettalji. Hemm strambament interess minn ċittadini mill-Unjoni Ewropea li qed jaraw iċ- ċittadinanza Maltija minn perspettiva ta' taxxa. Hemm bosta pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandhom reġim ta' taxxa inkreddibli. Fl-2009 Busuttil kien favur President mill-PN Waqt li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said ikkritika lill-Prim Ministru Joseph Muscat għax fl- għażla tal-President ma sabx persuna mill-kamp Nazzjonalista, ħames snin ilu meta Lawrence Gonzi kien għażel lil George Abela għall-kariga ta' President, wieħed minn dawk li kien ikkritika din l-għażla, ma kien ħadd ħlief il-Kap preżenti tal-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil kien esprima n-nuqqas ta' qbil mal-għażla ta' George Abela f 'laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista fit-13 ta' Jannar 2009. F'din il-laqgħa Busuttil kien qal li bl-għażla ta' George Abela, il-Partit Nazzjonalista kien se jkun qed jilgħab f 'idejn l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien. Ħames snin ilu l-Kap Nazzjonalista tal-lum kien qajjem it-tħassib tiegħu dwar il-fatt li skont hu bl- għażla ta' George Abela, il- Partit Nazzjonalista kien se jkun qed jgħin biex il-Partit Laburista jerġa' jirriabilita ruħu mal-elettorat. Busuttil kien anke staqsa għaliex il-Prim Ministru kien injora ismijiet ta' persuni ta' twemmin Nazzjonalista li kellhom il-potenzjal kollu li jkunu President tar- Repubblika. Erba' xhur ilu, f 'Novembru li għadda, l-istess Busuttil meta kien qed jieħu sehem fil- programm Dissett, kien faħħar l-għażla ta' George Abela u kien qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu jagħżel President mill-kamp Nazzjonalista biex jieħu post George Abela. Cyrus Engerer jispara f 'saqajh CYRUS Engerer, il-kandidat tal-Partit Laburista, għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew, ma setax kellu strateġija aktar imbażwra biex igerrex votanti liberali li ilu jaħdem biex jiġbidhom lejh sa minn meta nhieda l-kampanja tiegħu għall- elezzjoni ta' Mejju li ġej. Matul l-aħħar ġimgħa, Engerer preżenta 1,600 firma lil Lino Farrugia, il-President tal- Għaqda Kaċċaturi u Nassaba, liema firem kienu miġbura f 'petizzjoni li ħolqu persuni favur il-kaċċa, fil-missjoni tagħhom li jissalvagwardjaw l-interessi tan-nassaba. Mal-preżentazzjoni ta' dawn l-1,600 firma, Lino Farrugia rringrazzja lil Engerer u xtaqlu kull suċċess għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew għal Mejju li ġej. Dak li iżda, wisq probabbli, Engerer baqa' ma rrealizzax hu li dak li għamel jista' jkollu konsegwenzi koroh fuq il-faxxa ta' voti li hu ilu jimmira għalihom xhur sħaħ. Engerer, attivist favur id-drittijiet tal-gays, kellu żewġ irwoli differenti f 'din l-ewwel sena ta' Gvern Laburista, wieħed fil- Ministeru tal- Libertajiet Ċivili u l-ieħor fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Hu wkoll iċ-ċermen tal- Kunsill Konsultattiv tad-drittijiet tal- persuni LGBT. Busuttil kien oġġezzjona għall- għażla ta' George Abela fl-2009 L-avukati Maltin qed jitolbu €70,000 għax-xogħol tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014