Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 L -għajta 'Malta l-Ewwel' tista' tinstema' bħala verżjoni aktar moderna tal-għajta sinonima ma' Dom Minto s-sebgħinijiet, 'Malta l-ewwel u qabel kollox'. Iżda għal Cyrus Engerer, eks viċi-sindku Nazzjonalista u issa kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew, dan hu slogan li jfisser dak kollu li għandu jirrappreżenta MEP Malti; li l-interess nazzjonali jiġi qabel l-interess personali u dak partiġġjan. Minn wieħed mill-uffiċji tiegħu għal din il-kampanja elettorali, Engerer jispjega li Membru Parlamentari Ewropew qiegħed hemm biex jara li dak li jiġi deċiż madwar il-mejda ma jħallix impatt negattiv fuq pajjiżna. "Ma stajtx naqbel ma' kandidati Nazzjonalisti li qalu li jekk ikunu Brussell, jassiguraw li Malta tattwa kull direttiva tal-Unjoni Ewropea. Jew kandidat ieħor Nazzjonalista għandu l-islogan Think Europe Act Local. Jien naħseb li dan għandu jkun bil-maqlub, li l-ewwel prijorità tkun Malta u mhux Brussell," jibda jispjega Engerer. Dlonk inwaqqfu biex nistaqsih jekk din it-tip ta' politika tagħtix aktar lok għax-xettiċiżmu lejn l-Unjoni Ewropea. Ir-referendum għall-isħubija ħalla bosta Laburisti b'opinjoni negattiva lejn l-UE, kif jaf sew Engerer li dakinhar kien fuq in-naħa l-oħra tal-kamp politiku. "Jien kont u għadni naqbel mal-pożizzjoni li kien ħa l-Partit Nazzjonalista li post Malta kien fl- UE. Li ma kontx naqbel hu li l-PN kien jara s-sħubija ta' Malta bħala punt ta' wasla meta fil-verità kien punt tat-tluq, ix-xogħol kellu jibda minn meta dħalna." Hu jissokta jgħid li kien ta' dispjaċir għalih li jara li l-istess persuni li kienu ħadmu favur l-isħubija, kienu jmorru Brussell b'rashom baxxuta u jaċċettaw dak kollu li jiġi deċiż mill-pajjiżi l-oħra. Jgħid li għalkemm il-kisba u l-amministrazzjoni ta' fondi Ewropej huma importanti ħafna, l-UE tat l-opportunità li Malta tpoġġi mal-istess mejda tal-pajjiżi l-oħra u tifformula l-aħjar politika għaliha. "Għalhekk nemmen fl-għajta ta' Malta l-Ewwel. Mhux kwistjoni ta' ewroxettiċiżmu, imma kwistjoni li fl-aħħar mill-aħħar fi Brussell kull pajjiż se jiġbed lejh. Issa l-elettorat jistenna li jekk int ġejt elett f 'isem Malta, taħdem għall-interess nazzjonali. Jistenna li MEP Malti jmur hemm u jħares lejn pajjiżi oħra bħala sħab b'mod ugwali u mhux b'sens ta' inferjorità," jgħid il-kandidat Laburista. Din il-politika ta' 'Malta l-Ewwel' Malta l-ewwel (u qabel kollox) Cyrus Engerer dwar l-interess nazzjonali, il- kaċċaturi u l-esperjenza tiegħu ż-żewġ partiti ewlenin. James J. Piscopo Età: 32 Fobja partikolari: Mill-ogħli Tagħti kas x'jgħidu fuqek in- nies: Le L-aktar sena li tatek sodisfazzjon: 2013 Kif tirrilassa l-aktar: Mal-ħbieb f 'xi wine bar Cyrus Engerer jpiscopo@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014