Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 15 Engerer iħaddimha b'diversi modi, anke jekk kien konxju li f 'ċertu sitwazzjonijiet kien hemm il-probabbiltà li aktar jitlef voti milli jirbaħhom. Qed nirreferi għall-avvenimenti li ġraw fl-aħħar jiem meta Engerer preżenta 1,600 firma għall-petizzjoni li qed jiġbru l-kaċċaturi u n-nassaba. Mingħajr dewmien dlonk jiċċara li hu ma ġabarx il-firem għall- kaċċaturi, imma għad-drittijiet tal-minoranza. Jenfasizza li għalih il-kaċċa hija eżempju ta' diskriminazzjoni bejn pajjiż u ieħor fl-istess Unjoni Ewropea, u li għalih dan mhux aċċettabbli. "Jien m'iniex kaċċatur, u qas nimmaġinani! Imma fil-kaċċa Malta kienet ibbuljata minn pajjiżi oħra, eżempju filwaqt li Malta għandna żewġ derogi fuq id- direttiva tal-għasafar, ir-Renju Unit għandu 1,800. X'sens jagħmel jekk kaċċatur Malti ma jistax jispara fuq għasfur partikolari, iżda kif l-għasfur jasal Sqallija jispiċċa fil-mira ta' kaċċaturi Taljani? Mhix kwistjoni ta' kaċċa, hi kwistjoni li Malta tkun meqjusa daqs - u mhux inferjuri - minn pajjiżi oħra Ewropej." Kemm wara din il-manuvra favur il-petizzjoni tal-kaċċaturi kif ukoll wara li telaq lil Partit Nazzjonalista u ssieħeb il-Partit Laburista, Engerer mhux l-ewwel darba li spiċċa bit-tikketta ta' "opportunist" – forsi minħabba l-kultura tal- partiġġjaniżmu sfrenat. Iżda hu jgħolli spallejh u jgħid li kull deċiżjoni li ħa dejjem kienet fl-isfond ta' x'inhu l-aħjar għal pajjiż u mhux x'jista jiggwadanja hu. Għamel hekk fil-kwistjoni tad- divorzju, tas-sħubija mal-Unjoni Ewropea, dwar drittijiet ċivili u meta ngħaqad mal-moviment Laburista. "Jekk taqla' daqqa ta' ħarta għax tagħmel dak li tħoss li hu l-aħjar għal pajjiżek, mela kburi li naqlagħha. Min ma jaqbilx ma' dak li nagħmel problema tiegħu, jista' jsejjaħli li jrid u juża x'aġġettivi jrid," ikompli jgħid Cyrus Engerer. Il-kandidat Laburista donnu mdorri li jispiċċa taħt il-lenti tal-kritiċi, b'mod speċjali wara li f 'Lulju 2011 irriżenja b'mod immedjat mill-Partit Nazzjonalista u ssieħeb fil-Partit Laburista. Engerer, li tkellem favur id- divorzju minkejja li l-Partit tiegħu (PN) kien kontra, ma seta' qatt jaċċetta li l-kap tiegħu (dak iż- żmien Lawrence Gonzi) jivvota kontra d-divorzju, minkejja r-riżultat ta' referendum li kien sejjaħ hu stess. Iżda li jitlaq mill-Partit Nazzjonalista biex jissieħeb mal- moviment ta' Joseph Muscat kienet aktar diffiċli milli basar. F'temp ta' ftit jiem, hu u l-familja tiegħu spiċċaw fil-mira ta' diversi intimidazzjonijiet. "Bdew jinfetħu kawżi kontrija waħda wara l-oħra mhux biss mill-gvern imma anke mill-PN. Fil-ġimgħat ta' wara arrestaw lil missieri. Pruvaw jeħdulu n-negozju u l-għajxien tiegħu. Dakinhar tal- elezzjoni ġew jarrestaw lil ommi. Kont imqażżeż minn dan l-aġir tal-PN." Kien għalhekk li hu jeskludi li xi darba jerġa' jirritorna fi ħdan il-partit li fih beda jimmilita f 'żgħożitu, u li telaq biex issieħeb man-naħa l-oħra tal-kamp politiku, f 'post fejn iħossu komdu li jgħidha kif iħossha mingħajr riperkussjonijiet. Fettilli nistaqsih jekk jidentifikax ruħu bħala soċjalist, u jirrispondi fl-affermattiv. "Iva, nikkunsidrani persuna ċentru-xellugi… imma liberali ħafna fejn jidħlu drittijiet ċivili." Jgħid li Joseph Muscat kien affaxxinah "mill-ewwel ġurnata bil-viżjoni li kellu għal Malta", iżda minn naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista mar lura taħt it- tmexxija ġdida. "Il-Partit Nazzjonalista nbidel, imma għall-agħar. Fl-aħħar ġimgħat ta' Gonzi, il-PN beda jagħmel progress dwar l-unjoni ċivili u drittijiet LGBT, issa Busuttil, de Marco, Fenech Adami u nżid ngħid Chris Said, kollha tefgħuh pass aktar lura," jgħid l-eks viċi-sindku Nazzjonalista. B'sodisfazzjon, Engerer jinnota li f 'sena Malta ġiet fost l-aqwa pajjiżi fejn jidħlu drittijiet LGBT, b'kuntrast mar-riżultati medjokri li kienu nkisbu taħt l-amministrazzjoni preċedenti fejn jidħlu l-persuni omosesswali. "Kien inaċċettabbli li l-aħħar miżura favur dawn il-persuni tmur lura fl-1972 meta li tkun omosesswali ma baqax reat, minn dak iż-żmien 'l hawn kellna stagħġnar totali. L-aktar ħaġa li kellu bżonn il-pajjiż f 'dan il-qasam kien li l-politiċi li jkunu eletti, jagħrfu r-realtajiet tan-nies għax fil-passat dawn kienu magħluqin fil-ministeri u maqtugħin mill- bżonnijiet tan-nies." Hu jispjega li l-bidla fil-mentalità tiġi gradwalment iżda enfasizza l-ħtieġa ta' bidla fil-leġislazzjoni biex persuni LGBT ma jkomplux ikunu diskriminati. Fost l-oħrajn, isemmi każ fejn persuna omosesswali ma setax jieħu benefiċċji soċjali biex idur bil-partner tiegħu li kien f 'qagħda kritika, għax l-istat ma kienx jirrikonoxxih bħala s-sieħeb tiegħu. Dan minkejja li kienu ilhom flimkien aktar minn 30 sena. Mistoqsi dwar xettiċiżmu lejn il- proposta ta' adozzjoni tat-tfal minn koppji omosesswali, Engerer qal li jifhem it-tħassib ta' wħud, kif jiġri dejjem meta n-nies jaraw xi ħaġa ġdida madwarhom. "Minkejja li adozzjoni minn koppji gays mhix xi ħaġa ġdida, meta ġiet biex tkun regolata n-nies urew it-tħassib tagħhom. Nifhem it-tħassib fuq kif it-tfal jistgħu jiġu affettwati għax dak hu l-interess tagħna lkoll. Imma rridu nsaqsu, it-tfal x'jolqothom l-aktar? L-istruttura tal-familja jew il-metodu ta' kif jiġu mrobbija? Il-maġġoranza tal-istudji juru li huwa l-metodu l-aktar importanti," jargumenta Engerer, li jikkwota wkoll dak li qalet il-Professur Angela Abela fil-Parlament ftit tal- ġimgħat ilu. Iżda Cyrus Engerer x'jista joffri aktar minn kandidati oħra? "Kif urejt bil-fatti, jien nista' noffri lil Maltin l-aktar ħaġa importanti: li nitkellem għal pajjiżi mingħajr biża'. M'iniex se niġbor firem jew nitkellem kontra l-interess nazzjonali kif għamlu MEPs Nazzjonalisti." Il-ħidma tal-Parlament Ewropew tiffoka l-aktar fi stadju ta' kumitati, u Engerer diġà għandi viżjoni ċara ta' fejn irid iservi: fil-kumitat dwar is-suq intern u l-kumitat tar-reġjuni, b'dan tal-aħħar ikun ta' importanza partikolari għal Għawdex biex ma jitlifx il-fondi reġjonali li jirċievi. L-eks viċi-sindku Nazzjonalista ma jeskludix il-possibbiltà li wara l-Parlament Ewropew jittanta xortih għal parlament Malti, kif fuq kollox għamlu bosta MEPs matul is-snin. Madankollu, Engerer jiċċara li jħoss li hu l-Parlament Ewropew fejn jista' jagħti sehem akbar, anke għaliex hu gradwa darbtejn f 'dan il-qasam. Jgħid ukoll li wara li ssieħeb fil-Partit Laburista, kienu bosta dawk li ħeġġewh jikkontesta għall- elezzjoni ġenerali imma ħass li kellu jikkontribwixxi mod ieħor. Dan wara konsultazzjoni mal- mexxej Laburista. "Preferejt li flok niffoka f 'distrett jew tnejn, ngħin lil Partit ma' Malta u Għawdex kollu u nħoss li l-ħidma tiegħi ħalliet il-frott. Mexxejt grupp ta' żgħażagħ induru l-bibien ta' dawk li bħali, kienu Nazzjonalisti jew ma kinux jidentifikaw ruħhom mal-prinċipji Laburisti," itemm jgħid il-kandidat Laburista. Malta l-ewwel (u qabel kollox) "Jien m'iniex kaċċatur, u qas nimmaġinani! Imma fil-kaċċa Malta kienet ibbuljata minn pajjiżi oħra" "Min ma jaqbilx ma' dak li nagħmel problema tiegħu, jista' jsejjaħli li jrid" "Kont tqażżiżt b'dan l-aġir tal- PN"