Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 17 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek xejn... għandna vot ġewwa Kazz! Plumpton hemm kien ukoll fejn ġie jkellimni u qalli li aħjar ma jitkellimx għax inġibu fil-gazzetta u jien fhimtu li għadu bis-sarima miskin… Stefano Mallia bħal dejjem waqt parti mid- diskors iħossu mmazzrat mas-siġġu u jitlob skuża għax ikollu jqum bil- wieqfa. Kull fejn rajtu ġralu l-istess miskin naħseb li għandu xi kundizzjoni… għalkemm xorta nħoss li minn bil-qiegħda għal bil-wieqfa ma kienx hemm wisq differenza, xorta ma impressjonanix. Cyrus b'ħarsa li speċi xtaq jixkubbettjani (speċjalment li issa sar kaċċatur) deher maħruq fuq dak li nnota n-Nimrod fl-aħħar ġimagħtejn. Naħseb li kollu dak l-ostra kelb… il-poodle li jiġi jinbaħ hawn ħdejja fil-paġna u tgħidx kemm għandu lsienu ħażin… u weħilt miegħu jien… Għalhekk mort ħadtlu b'idu u filwaqt li qalli li l-ILLUM ma jaqrahiex waqt li qalli kull kelma li ktibt. għamilna ħbieb u wegħedtu li se naħseb fih… mhux meta nikteb biss… Bilħaqq kien hemm Miriam Dalli li ma nafx x'qalet ta għax ħawditli l-wires… Ma nafx jekk waqt li nkun qed nivvota ma terġax tiġi quddiem għajnejja għax tibqa b'xejn Ċiro ta… Aħbarijiet mill-Fejsbuk • Lou Bondi ħalla lil Mary barra minn Ġensna… u Little Child ħaditha bi kbira… ifhimni jien ma nagħtihx tort ta għax dak mingħalih li kienet għerqet bit-Titanic f 'xi elezzjoni minnhom… Ara Lou ma jegħreqx… dak survivor sieħbi! • Taf li m'għadnix nisma qrid fuq l-Arriva… naħseb li l-problema solvuta ta… l-isem Arriva fuq il- buses kienet il-problema… għax minn meta tneħħa l-isem issa kollox ward u żahar anke jekk kultant taqbad xi waħda minnhom ma ġara xejn! • Mela xi ħadd semma' xi gvern li jaħdmek fuq il-Fejsbuk… naħseb li għadu ftit lura min qal hekk għax mingħalija dak il- gvern spiċċa sena ilu!!! TATA Peppi u l-paprati Kont qiegħed irrumblat fuq it-tapit meta ftakart li kien hemm Xarabank. Ġrejt ġirja u mort sa Ħal-Qormi biex nkun mal-folla. U x'folla dik! Jien ma nafx imma dak il-preżentatur xi jkun?! Mhux aħjar jintefa' jipproduċi bijografiji? Imbagħad miskin kellu ordni mill-bord tad-dinosawri li l-folla ma tistax iċċapċap. Qisek qed tgħidli biex nigdem għadma mingħajr ma nuża snieni. U jien ma rridx ninstema' kattiv imma jien naħseb li Xarabank aħjar jitħalla għall-udjenza tal- bħaħan. Għax irid ikollok veru spazju vojt bejn widnejk biex tagħmel sagħtejn tisma' kantaliena mingħajr ebda sugu. Għoġbitni wkoll ix-xena ta' Cassola bil-gażaża. Kemm hu bravu hux. Jien ukoll naħseb li jkun aħjar kummidjant minn politiku. Helga Ellul ist maltesisch Kont qiegħed it-tombla, bejnietna lanqas kont naf għal min. Meta fil-ħin dehret l-isponsor tal-lejla speċjali. Hemm mill-bogħod rajt id-dehra arjana ta' Helga Helgun, il-kandidata qisha Playmobil tal-partit Nazzjonalista. Waqafna nħarsu lejn in-numri u waqa' skiet kbir. "Għeżież Maltese, freundin und idioten, I love zit to be with you. Do you like the pastizzi. I think that you know that I will be… not be elected to Europe. Għax zu know Casa is on top of me. He is a vulgär Mann. Mhux my tort li n-nies huma Schwachköpfe jiġifieri imbeċilli. Ftakkru li meta naqa għan-nejk, don't come to me crying. It will be too late. So, remember a vote for Helga is a vote for meine Pensionskasse." Ostriċċ, smajtuha din? Mela Marlene tal-brimb qed tkompli trewwaħ mhux ħażin. Issa kastigat lill- Prim għax kien qed idum biex jagħmel ir-reshuffle. Issa bħas-soltu jien kont qed nitlajja Għar id-Dud u kont miexi wara l-koppja Farrugia. Għax għal min ma jafx dawn m'għadhomx jgħixu fir-raħal imma tas- Sliema mal-puliti. Ara xi smajt: "Godfrey, trid turi snienek, qisek pastizz, meta tara l-Prim Ministru għidlu li int m'intix tapit. Għidlu li enough is enough. U għidlu li jekk ineħħik jiena ħa nsir impossibbli." "Marlene, int diġà impossibbli, jekk ngħidlu li inti impossibbli jispiċċa jmut bid-daħk." "Ara, Godfrey, don't u start, għax naqlagħlek is-suf t'għajnejk. Do as I tell you, jew inkella stenna li ser nisplodi. Kemm kont aħjar meta kont agħar. Ħa ngħidlek kieku Simon ma kienx pastizz bħalek kieku mmur lura minn fejn ġejt!" Xmun tad-demm u l-laħam Minn hawn nixtiequ nawguraw lil Xmun. Rajnieh tafux mal-girlfriend il-ġdida. Prosit. Hekk għandu jkun. U hekk nieħu pjaċir, għax issa qed jibgħat messaġġ ċarissimu li hu wara kollox raġel tad-demm u l-laħam u ġo demmu hemm dak li jbaqbaq f 'irġiel normali. U għalhekk lil din il-ġurnalista tat-Times ngħidulha ħu ħsiebu għax miskin għandu biċċa xogħol importanti x'jagħmel u l-kbir għadu ġej. U jekk jogħġbok, kunu ftit diskreti tafux għax jien nimpressjona ruħi. Tafux? Joe Cuschieri fir-ritratt Kemm ħadt gost nara lil Joe Cuschieri jiġri wara l-camerman meta kienu qed jieħdu ritratt tal-ispeaker Anġlu Farrugia. Mhux biex jidher, imma forsi biex xi ħadd jiftakar fih biex meta jerġgħu jmorru jivvutaw f 'Mejju jiftakru fih. Għax tafux jekk ma jitlax Joseph fil-parlament tal-Ewropa hemm ċans kbir li jkollna kriżi kbira. Ommi ma, mur oqgħod bih! Silvio l-Parnis Kemm hu ħelu, hux, ieħor tal-kwalità u kobor ta' Joe Cuschieri, dak li ma għandekx fl-intellett aktarx issibu b'mod ieħor. Silvio l-Parnis, ħabbar li sab l-Amerika għax mar jiekol ġo każin Nazzjonalista. Mela issa nafu li Silvio l-Parnis ser ikun il-pont bejn il-Lejber u l-Pinne. Eħħ, li ma jafx hu, li waqt li hu qed jiekol għand il-Pinne, tal-Pinne ilhom jieklu minn fuq dahar il-Lejber. Bħala eżempju klassiku nsemmu the one and only Luiġi Bondi. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle