Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 3 Raġel fil-periklu tal-mewt Baqa' nieżel fil-baħar bil-karozza ipparkjata. Mal-impatt il- karozza tal-vittma daret fuq ix-xellug u baqgħet sejra dritt fil-baħar fejn spiċċat rasha 'l isfel f 'baħar baxx. Il-ħoss li għamel l-impatt bejn iż-żewġ karozzi ġibed l-attenzjoni ta' xi rġiel li kienu f 'ħanut tat-té fil- qrib. Fil-fatt kienu huma li ċemplu għall-assistenza fejn fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, ambulanza b'tim mediku kif ukoll il- membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoini Ċivili mill- istazzjon ta' Kordin. Kienu l-membri tal- Protezzjoni Ċivili li qabżu fil-baħar fejn sabu lill- vittma fuq is-sit tas-sewwieq u kien għadu marbut biċ- ċintorin tas-sigurtà. Wara li rnexxielhom joħorġuh mill- karozza u ttella' fuq l-art, it- tim mediku beda minnufih bl-ewwel għajnuna medika. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Għall-ħabta tal-10.30am bdiet operazzjoni biex tittella' l-karozza mill-baħar. Kif din ittellgħet u l-Pulizija għamlu tfittxija fiha, sabu xi dokumenti ta' raġel ta' 29 sena ta' nazzjonalità Ungeriża. Fil-fatt anke n-numri tar-reġistrazzjoni tal-karozza huma Ungeriżi. B'dan il-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Miriam Hayman li ordnat inkjesta fejn ħatret diversi esperti fosthom lill-Perit Valerio Schembri, lill- Prokuratur Legali Mario Buttigieg u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri flimkien mal-Pulizija tal- Fotografija. L-istħarriġ tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Jonathan Ransley flimkien mas-Surġent Leeroy Balzan Engerer. Dan l-għasfur huwa fras-servjent. Qarrej tal-ILLUM lemaħ dan l-għasfur fil-wied ta' Marsalforn matul din il-ġimgħa. Hu qal li ra xi pulizija f 'karozza fil-viċinanzi sabiex jgħassu li ħadd ma jagħmel xejn lil dan l-għasfur protett. "Ara naqra fiex ġabu lill-pajjiżna dawn il-kaċċaturi," sostna dan il-qarrej. Sakemm morna għall-istampar dan il-ġurnal ġie infurmat li dan l-għasfur inqatel b'mod illegali. Dan il-ġurnal jinsab infurmat ukoll li deher l-għasfur Kestrel viċin ix-Xagħra fejn kien jidher biċ-ċar li kien milqut. Manuel Micallef jispiċċa minn One TV JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt ILGAZZETTA ILLUM tista' tiżvela li Manuel Micallef, il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-istazzjon Laburista ONE, se jiġi ngaġġat fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Wasteserv. Huwa mifhum li l-Partit Laburista ried persuna aktar aggressiva għall-aħbarijiet. Il-post ta' Micallef se jieħdu Aleander Balzan, eks kunsillier Laburista fil-Mosta u sa ftit jiem ilu kien l-editur tas-sit elettroniku tal-GWU, inewsmalta.com. Il-Wasteserv taqa' fil-portafoll tal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat. Is-sena l-oħra, Micallef kien ħareġ mal-PL għall-elezzjoni ġenerali f 'isem il-Partit Laburista fuq is-sitt u d-disa' distrett elettorali. F'Marzu 2013, ftit ġimgħat biss wara l-elezzjoni ġenerali, Micallef inħatar Kap tat- Taqsima tal-Aħbarijiet tal- istazzjon Laburista ONE. Hu ħa post Mark Farrugia li ġie ngaġġat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Micallef ħadem f 'diversi karigi maniġerjali fosthom fil-qasam tal-Assigurazzjoni, fit-Tarzna, fil-kumpanija GO u anke bħala direttur mal-istazzjon televiżiv Favourite Channel. Kien attiv fil-qasam trejdunjonistiku u serva bħala Deputat Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union. F'din il-ħatra huwa serva għal snin sħaħ fl-MCESD, fil-Bord tar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi u f 'diversi bordijiet inkluż bħala rappreżentant tal-ħaddiema Maltin fl-ILO. Għal xi żmien Micallef kien ukoll referee mal- Huwa mifhum li l-PL ried persuna aktar aggressiva għall-aħbarijiet Il-karozza ttellgħet mill-baħar ilbieraħ filgħodu, fiha nstabu dokumenti li taw x'jifhem li l-vittma huwa Ungeriż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014