Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 23 KULĦADD xi darba jew oħra qal jew sema' l-frażi "ta' taħt fuq". Ħafna drabi ngħiduha meta jkollna l-iskrivanija mimlija mbarazz, il- gwardarobba kollha ħwejjeġ jew inkella d-dar kollha tkun ta' taħt fuq! Imma ġieli ħsibt li apparti xi kamra jew oġġett, jista' jkun li ħajtek tinsab ta' taħt fuq? B'dan il- ħsieb, żgħażagħ Qriema se jorganizzaw eżerċizzi għaż-żgħażagħ b'differenza mmexxija minn Fr Robert Grech. L-eżerċizzi ta' din is-sena, li se jsiru fil-knisja ta' San Ġorġ Ħal Qormi, se jkunu iktar minn sempliċi taħdita mis-saċerdot. Iż-żgħażagħ mhux se joqogħdu bilqiegħda jisimgħu biss. L-eżerċizzi se jsiru mit- Tnejn 17 sal-Ġimgħa 21 ta' Marzu, fit-8pm. Għal aktar dettalji wieħed jista' jidħol fil-paġna tal-Kummissjoni Żgħażagħ San Ġorġ fuq is-sit soċjali Facebook, facebook.com/kzsangorg. Kulħadd mistieden li jattendi. Kummercjali Il-Maltin jistgħu jiksbu visa b'xejn f 'Dubai Eżerċizzi ta' taħt fuq PBS jirbaħ drittijiet televiżivi għal aktar logħob fosthom ta' Malta ILLOGĦOB kollu ta' kwalifikazzjoni tat-tim nazzjonali Malti għall-erba' snin li ġejjin se jkunu qed jixxandru fuq TVM u TVM2. Dan wara li l-PBS ikkonkludiet ftehim esklussiv mal-UEFA għad-drittijiet televiżivi għall-kampanji ta' kwalifikazzjoni għal UEFA Euro 2016 u t-Tazza tad- Dinja tal-FIFA 2018. Il-ftehim dwar il-partiti Ewropej ta' kwalifikazzjoni jħaddan il-kunċett ġdid tal- UEFA ta' "Ġimgħa ta' Futbol" fejn il-logħob se jkun mifrux bejn il-Ħamis u t-Tlieta ta' wara, bil-weekends b'kollox. L-istazzjonjiiet tal-PBS jistgħu juru l-logħba tal- għażla tagħhom kuljum, kull ġimgħa ta' logħob: li jfisser li fi kwalunkwe ġimgħa, TVM u TVM2 jistgħu jxandru l-partiti tat-timijiet il-kbar tal- Ewropa: l-Ingilterra, l-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda, Spanja, il-Portugall, u oħrajn. Il-PBS se jkollu wkoll programm ta' kuljum bil- highlights tal-logħbiet l-oħra kollha tal-ġurnata. Kull kampanja ta' kwalifikazzjoni se jkollha tnax-il ġimgħa ta' logħob, b'minimu ta' 36 partita x'jintwerew fuq TVM u TVM2, u magħhom il- logħbiet ta' Malta. Il-logħob ta' kwalifikazzjoni għal Euro 2016 jibda f 'Settembru 2014 u jibqa' sejjer sa Novembru 2015. Sadanittant, il-PBS laħqet ukoll ftehim separat mal- UEFA għax-xandiriet diretti tal-logħbiet ta' Malta fil-fażi tal-gruppi tal-kampjonat tal- UEFA għat-timijiet nazzjonali taħt is-17-il sena, li se jsir f 'Malta bejn id-9 u l-21 ta' Mejju; kif ukoll għaż-żewġ semifinali u l-finali. MIT22 ta' Marzu 2014, ċittadini Maltin flimkien maċ-ċittadini minn 12-il stat membru tal-Unjoni Ewropea ser ikunu eżentati mill-bżonn li jiksbu visa qabel ma jmorru fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE). Dawn il-visas issa ser ikunu mingħajr ħlas. It- 12-il pajjiż huma l-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir- Repubblika Ċeka, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Latvja, l-Estonja, il-Kroazja, ir-Rumanija, il- Bulgarija u Ċipru. Din il-miżura qed isseħħ wara li ttieħdet deċiżjoni mill- Kabinett tal-Emirati Għarab Magħquda. B'riżultat t'hekk, ċittadini tat-28 pajjiż tal- Unjoni Ewropea ser jitħallew jidħlu fl-Emirati Għarab Magħquda mingħajr il-bżonn li japplikaw minn qabel għall- visa. Iċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn Dubai għandhom bżonn jiċċekkjaw li l-passaport rispettiv tagħhom għandu validità minn tal- inqas tliet xhur qabel jiskadi u li l-waqfa tagħhom f 'Dubai ma taqbiżx it-30 ġurnata. Il-Maniġer tal-Emirates għal Malta, Paul Fleri Soler qal: "Emirates tilqa' b'mod pożittiv dawn it-tnaqqis ta' restrizzjonijiet fuq il-visa lejn l-Emirati Għarab Magħquda. Dawn ser jiffaċilitaw l-ivjaġġar u jżidu livell ogħla ta' konvenjenza għall-passiġġieri tagħna. Filwaqt li l-bażi tal- Emirates, Dubai, ser tkompli tkun destinazzjoni mill-aqwa għan-negozju u vaganzi, Emirates hi fiduċjuża li din il-bidla fir-restrizzjonijiet tal-visa ser tkompli tistimula aktar domanda għal din il-belt inkredibbli." F'Dubai hemm l-ogħla bini tad-dinja – il-Burj Khalifa, u l-ikbar shopping mall fid-dinja – The Dubai Mall. Barra minn hekk Dubai hi ċ-ċentru fejn jiltaqgħu u jitħalltu nies minn 'il fuq minn 200 nazzjon. Il- viżitaturi f 'Dubai jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji ta' belt kosmopolitana mħallta b'influwenzi multi-kulturali u wirt storiku ta' nazzjon Għarbi. Il-belt toffri firxa wiesgħa ta' attrazzjonijiet, attivitajiet, festivals, xiri, u gastronomija biex żġur tolqot il-gosti ta' kull tip ta' vjaġġatur. Il-Burj Khalifa, l-ogħla bini d-dinja li jinsab f 'Dubai L-istazzjonijiet tal-PBS jistgħu juru l-logħba tal-għażla tagħhom kuljum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014