Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 7 It-tranżizzjoni għall-ġurnaliżmu diġitali Il-gazzetti għadhom relevanti, minkejja ż-żieda fil-popolarità tas-siti elettroniċi Madankollu, qalet Bezzina, dawk li huma fl-industrija tal-pubblikazzjonijiet stampati kollha ndunaw li jridu jibdew jinvestu għall-futur billi jifirxu l-mezzi tagħhom fuq l-online ukoll. "Għall-qarrejja, għaxar jew ħmistax il-sena forsi huma ħafna, imma għal minn jaqla' l-flus minn dan ix-xogħol irid jibda jaħseb minn issa jekk għadu ma bediex," temmet tgħid Bezzina. Il-President tal-Istitut tal- Ġurnalisti Maltin (IĠM), Malcolm J. Naudi, f 'kummenti personali afferma l-importanza tal-gazzetti stampati. "Ċertament, iva. F'suq ħieles, sakemm hemm nies li lesti jixtru dawn il-gazzetti, jien nemmen li hemm posthom." Hu qal li l-mudell kummerċjali għadu jreġġi u sakemm il- gazzetti jistgħu jitolbu r-rati għar-reklamar, li jgħinu biex iħallsu l-ispejjeż, dawn jibqgħu joħorġu. "Sfortunatament il-gazzetti m'għadhomx jappellaw għall- ġenerazzjoni żagħżugħa u din hi sfida lis-sidien tal-gazzetti jridu jiffaċċjaw għaliex il-qarrejja dejjem qegħdin jixjieħu (u jmutu)." Naudi sostna li minn naħa jemmen li kull sid tal-gazzetti jrid jara kif juża l-portal tiegħu biex jattira l-qarrejja ħalli jaqraw il-gazzetta billi jagħmel kontenut fiż-żewġ mezzi tax- xandir li huma kumplimentari. "Kontenut fil-gazzetta għandu jħeġġeġ il-qarrejja jmorru fuq il-portal u l-istess kontenut fil-portal għandu jħeġġeġ il- qarrejja jixtru l-gazzetta, kif fil- fatt isir f 'ċerti mezzi tax-xandir. Hemm ħafna iżjed li wieħed jista' jagħmel bil-portal, fosthom l-użu ta' vidjow u sound." Naudi qal li minn naħa oħra hemm ukoll gazzetti li s-sidien tagħhom mhumiex interessati li jagħmlu profitt. Dawn jintużaw għal skopijiet ta' propaganda biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lil nies li huma tal-istess twemmin. Però iżjed ma jgħaddi ż-żmien, Naudi jemmen li dawn jistgħu jduru għall-web portals hekk kif iżjed u iżjed nies ikollhom aċċess għall-internet. Il-blogger u kontributura regolari fil-gazzetti lokali, Tanja Cilia, qalet li l-gazzetti stampati għad għandhom posthom fis-soċjetà tagħna. "Iva, għad għandhom post. Bħal m'għad għandu postu l-ktieb." Hi sostniet li mhux kulħadd iħobb jaqra gazzetta online; u mhux kulħadd lest li jieħu tablet miegħu fuq tal-linja. Fuq kollox mhux kulħadd għandu l-mezzi elettroniċi li bihom ikun jista' ma jixtrix gazzetta jekk irid jaqraha. Barra minn hekk, qalet Cilia, il-gazzetta hija 'tradizzjonali' jew 'ritwal' jew saħansitra 'vizzju'. "Naf li jinħlew ħafna u ħafna karti, għax mhux il-gazzetti kollha jkunu riċiklati għat- twittija tal-fniek!" temmet tgħid Cilia b'ton kemxejn sarkastiku. "Il-gazzetti stampati, bħal ktieb, għad għandhom posthom fis-soċjetà tagħna" – Tanja Cilia Is-sit elettroniku ġdid tal-MaltaToday Tanjta Cilia, Malcolm J. Naudi u Alison Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014