Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Il-kap tal-ewroxettiċi jgiddeb ix-xandir Nazzjonalista JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt NIGEL Farage, il-mexxej tal-ewroxettiċi fir-Renju Unit u fil-Parlament Ewropew, f 'kummenti ma' din il-gazzetta giddeb lill-mezzi tax-xandir Nazzjonalisti u qal li hu qatt ma kkummenta dwar il-kandidatura tal-eks Prim Ministru Alfred Sant. Aktar kmieni din il-ġimgħa, kumment iffirmat minn 'Nigel Farage' fuq blogg ta' iNewsMalta kien jgħid li l-eks mexxej Laburista Alfred Sant kien qed jikkontesta din l-elezzjoni għal raġunijiet finanzjarji biss, u li tilef il-kredibbiltà li kien qed jikkontesta mal-Partit Laburista minflok bħala kandidat indipendenti. Dan il-kumment kien rappurtat bi prominenza mill-mezzi Nazzjonalisti fejn intqal li "minkejja li s'issa għadu biss kandidat għall-Parlament Ewropew, Alfred Sant diġà qed jaqla' kritika qawwija mill-politiċi Ewropej." ILLUM hi infurmata li kif kien maħsub minn bosta nies, dan il-kumment ma kienx awtentiku. "Nikkonferma li jien qatt ma ktibt dawk il-kliem fuq l-imsemmi blogg," Nigel Farage qal f 'kummenti esklussivi lil din il-gazzetta. Madankollu, l-MEP Ingliż - li qed jaspira li joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea - żied jgħid li dan ma riedx ifisser li kien qed jappoġġja l-kandidatura ta' Sant. Farage ilu MEP għal dawn l-aħħar ħmistax il-sena u huwa ċ-ċermen tal-grupp lemin estrem fil-Parlament Ewropew. Hu rnexxielu jmexxi l-Ewroxettiċi Ingliżi għat-tieni post fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2009, saħansitra qabel il-Partit Laburista Ingliż u l-liberali. Nigel Farage ikkonferma li qatt ma kiteb dwar Alfred Sant fuq il-blogg L-Alternattiva Demokratika jniedu l-Kampanja Elettorali Sitt priġunieri jinstabu pożittivi għall-eroina LALTERNATTIVA Demokratika telqu bil- Kampanja Elettorali tagħhom għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej, billi waslu l-messaġġ li l-kampanja tagħhom se tkun ibbażata fuq it-trasparenza u r-responsabbiltà politika li tagħti liċ-ċittadini "vuċi raġunata." L-AD qalet li l-manifest tagħha bl-isem – "Aħna l-Ewropa" – jirrifletti l-għajta tas-sostenibbiltà, id- demokrazija u soċjetà ġusta għal kulħadd. Is-swieq finanzjarji, il- korporazzjonijiet globali, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodisti se jkunu t-temi tal-ikbar prijorità għall- AD. Żiedet li dawn huma kollha eżempji urġenti li wħud mill-pajjiżi l-kbar għadhom mhux kapaċi jindirizzaw u li Malta għandha bżonn kooperazzjoni kollettiva biex tindirizza dawn it-temi fl- Unjoni Ewropea. L-Alternattiva Demokratika kompliet tgħid li jekk jiġu eletti Arnold Cassola u Carmel Cacopardo bħala Membri tal-Parlament Ewropew, Malta tkun akkwistat tliet objettivi kbar; dik li nkunu ksirna darba għal dejjem il-mentalità tribali tal-politika Maltija tal-aħħar 50 sena li jiġu eletti kandidati mill-PL u l-PN biss; ikollna aktar influwenza fl-Ewropa peress li jkollna r-rappreżentanti tagħna fil-gruppi tal-ħodor ukoll; u jkollna garanzija ta' trasparenza, responsabbiltà u vuċi raġonevoli għaċ-ċittadini u l-komunitajiet Maltin. Fost ħafna kwistjonijiet miktubin fil-manifest tal- AD, hemm dik li jixtiequ lill-Parlament Ewropew li jieħu aktar bis-serjeta' l-Liġi tal-immigrazzjoni illegali tal- Unjoni Ewropea. "Ir-regoli kif inhuma bħalissa jinfurzaw ir-refuġjati biex joqogħdu fil-pajjiż tal-UE fejn kienu applikaw għall- ewwel darba. Dan kollu jpoġġi piż żejjed fuq Malta. Membru tal-PE tal-AD jibqa' jaħdem biex jikkonvinċi lil kulħadd dak li sal-ġurnata tal-lum jidher ferm 'il bogħod li jseħħ, li jiġu aċċettati d-Dublin II Rules," temmet tgħid l-AD. L-AD ukoll trid tara li jkun hemm rappreżentanza ugwali ta' nisa fl-istituzzjonijiet lokali u tal-Unjoni Ewropea u li jitneħħew il-prattiċi diskriminatorji kontra persuni omosesswali jew b'diżabbiltà. "L-AD fil-Parlament Ewropew tiżgura li l-immaniġġjar tar-riżorsi limitati li għandha Malta jingħata prijorità li jixirqilhom speċjalment fl-immaniġġjar tal-iskart, l-użu tal-ilma u l-użu tal-art u li d-direttivi f 'dan ir-rigward ikunu imposti fuqna kif jixraq." SITT priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin rriżultaw fil-pożittiv f 'test tal-urina għall-preżenza tal-eroina, qal il-Ministeru tal-Intern. Dawn it-testijiet saru fil-Faċilità stess il-Ħamis filgħaxija. Minn dak il-ħin, il-priġunieri ġew trasferiti f 'ċelel differenti, filwaqt li tnediet minnufih inkjesta biex ikun stabbilit kif l-eroina ddaħlet fil-ħabs. Arnold Cassola se jittanta xortih għall-Parlament Ewropew għat-tielet darba Saviour Balzan jintervista lil Joseph Muscat GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Il- programm ser jiddiskuti l-ewwel sena ta' Gvern Laburista. Il-mistieden speċjali se jkun il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma Parlamentari Mario de Marco. Iktar qabel il-preżentatur Saviour Balzan intervista lill-Prim Ministru Joseph Muscat fuq bosta temi f 'għeluq l-ewwel sena tiegħu. Siltiet minn din l-intervista se tixxandar b'mod esklussiv fil-programm ta' għada. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser jeżamina l-kritika tal- Oppożizzjoni fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista. Saret meritokrazija f 'din l-ewwel sena ta' Joseph Muscat? Tassew li dan huwa Gvern li jisma'? X'inhi l-pożizzjoni tal-Prim Ministru Muscat dwar il-kaċċa? Kif sejrin fil- qasam ekonomiku? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2. Reporter jixxandar għada t-Tnejn fis-18.55 fuq TVM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014