Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil ITTABIB Saliba twieled fil- 15 ta' Jannar ta' 58 sena ilu l-Fontana, tifel uniku bejn tlett ibniet. Għalkemm il- ġenituri tiegħu ma kinux ta' skola xorta taw l-opportunità kollha lilu u lil ħutu biex jitgħallmu. Mario jiftakar ż-żmien meta kien jiġri fl- għelieqi fil-Fontana "Kien żmien meta l-ħajja kienet għadha kwieta u bħala tfal kellna iktar ħin għal-logħob. In-nofs siegħa tagħlim tad-duttrina filgħaxija u l-quddiesa ta' filgħodu kienu r-rutina ta' kuljum. Id-Dott beda jirrakkonta r-rakkonti ta' tfulitu u jien min-naħa tiegħi qgħadt kwiet nitpaxxa b'dawn ir-rakkonti ħelwin tal-ħajja f 'Għawdex 50 sena ilu. "F'dawn l-inħawi kienet tgħix il-familja Ta' Xaħam li niftakar li kienu jagħmlu l-inbid u kellhom xi għerien li xi wħud minn sħabi kienu jbeżżgħuni li minn dawn l-għerien kienu joħorġu ħafna friefet il-lejl kbar u għalhekk qatt ma dħalt. Imma kont inkun spiss ħdejn il-għajn u l-biċċerija. In-nisa kienu jkunu mehdijin jgħorku l-ħwejjeġ b'sapuna kbira u wara jonfduhom (ilaħalħuhom bl-Għawdxi) fl-ilma frisk u nadif li kien joħroġ minn ġol-blat. Dak iż-żmien, ftit kienu l-familji li kellhom washing machine. "Hawn ukoll konna naraw l-wasla tal-barrin għall-qatla. Kienu jkunu marbuta b'ħabel oħxon minn saqajhom u anke minn ħolqa li kienet tgħaddi minn ġo mnifsejhom. Darba minnhom barri enormi niżel irrankat mit-trakk hekk kif infetħet il-bieba, baqa' nieżel ir-rampa u bil-forza li kellu ħarab lil dawk l-irġiel li kienu jżommuh. Jiena li kont fil- qrib, twerwirt u rajtu ġej dritt għal ġo fija. X'ħin kont ċert li l-qrun ta' dan il-barri kienu waslu fuqi, nsib ruħi maħtuf minn idejn sodi u kbar ta' raġel twil li tela' jiġri bija taraġ li hemm qrib. Dan ir-raġel, li kien jismu Tumas ta' Majsi, kien salvali ħajti. Il-qatgħa li kont ħadt kienet kbira tant li kont għamilt xi żmien intemtem bil-biża' u ommi kienet ħaditni għand Frenċ tal-Għarb, u domt xi xahrejn nixrob likwidu morr li kien ordnali Frenċ għal qatgħa. Ommi kienet qaltli li kien duwa tas-suffejra. Kien x'kien naħseb li għamel xi effett daqs kemm kien morr, u minn dakinhar 'l quddiem bqajt nibża' mill-barrin daqs il-bard ta' Jannar." Sakemm kellu 10 snin, Mario kien tfajjel imqareb u moħħu biex jiġri fl-għelieqi. Fis-sajf kien imur ma sħabu jgħum x-Xlendi u filgħaxija kienu jmorru l-Oratorju ta' Don Bosco fejn nhar ta' Ħadd wara nofsinhar kien imur jara xi film Western. Iżda l-aktar li kien jieħu gost kien jilgħab il-futbol fejn kellhom tim jismu is-"Seven Babes" (għal Busby Babes) u Mario kien il-goalkeeper tat-tim. Fil- grawnd tal-Oratorju mal-ħajt tan-naħa tal-Kunvent ta' Santu Wistin għad hemm imnaqqax l-isem tat-tim sal-ġurnata tal-lum! Mario b'għajnejh jixgħelu bħalma kienu jixgħelu 50 sena ilu baqa' jirrakkonta Sfida s-surmast u sar tabib Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Minn Vassalli sal-Knisja ddedikata lil San Filep Din is-sena pajjiżna jfakkar il-250 anniversarju mit-twelid ta' Missier l-Ilsien Malti Mikiel Anton Vassalli. Vassalli twieled f 'Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta' Marzu 1764 u miet fl-1829. Mikiel Anton Vassalli hu meqjus bħala l-ewwel studjuż serju tal- Malti għax għaraf in-natura vera ta' dan l-ilsien u xtaq jarah imħaddem bħala lsien uffiċjali. Sfortunatament, din l-istatwa kemm-il darba tiġi vandalizzata. Vjal il-Ħelsien hija fi stat eċċellenti. Bir-raġun wara numru ta' żmien ta' stennija mir-residenti Żebbuġin. Malli tidħol fit-triq Santu Rokku, wieħed isib li l-ewwel partit tat-triq hija asfaltata, iżda wara li timxi ftit għal xi raġuni t-tarmak jieqaf ħesrem u jibdew il-ħofor. Xi ħadd iddeċieda li jarmi dan il-kartun maġenb qasrija fuq il-bankina. Tgħid xi ħadd ħaseb li dan jista' jkun xi ornament?! Il-knisja parrokkjali fuq disinn ta' Tumas Dingli, inbniet tard fis-sbatax- il seklu minflok knisja oħra qadima. L-istatwa ta' San Filippu saret fl-1864 mill-iskultur Luigi Fontana. Bħalma sibt f 'lokalitajiet oħra, anke f 'waħda mit- toroq ewlenin ta' Ħaż–Żebbuġ sibt min jarmi addoċċ f 'postijiet illegali. Stajt nara borża taż-żibel eżatt taħt tabella tal-Kunsill Lokali li tgħid ċar u tond li min imur jarmi f 'dik iż-żona jiġi mħarrek. Resident qalli li kważi kuljum ikun hemm skart f 'din iż-żona partikolari. Jidher li t-tabella ilha daqsxejn li saret, għaliex iċ-ċifri tal-multa li hemm miktub huma biss bil-lira l-antika u mhux bil-munita ewro ( jew almenu bit-tnejn). Vjal il-Ħelsien hija fi stat eċċellenti. Bir-raġun wara numru ta' żmien ta' stennija mir-residenti Żebbuġin. Malli tidħol fit-triq Santu Rokku, wieħed isib li l-ewwel partit tat-triq hija asfaltata, iżda wara li timxi ftit għal xi raġuni t-tarmak jieqaf ħesrem u jibdew il-ħofor. kollha lilu u lil ħutu biex jitgħallmu. Mario jiftakar ż-żmien meta kien jiġri fl- għelieqi fil-Fontana "Kien żmien meta l-ħajja kienet għadha kwieta u bħala tfal kellna iktar ħin għal-logħob. In-nofs siegħa tagħlim tad-duttrina filgħaxija u l-quddiesa ta' filgħodu kienu r-rutina ta' kuljum. r-rakkonti ta' tfulitu u jien min-naħa tiegħi qgħadt kwiet nitpaxxa b'dawn ir-rakkonti Bħalma sibt f 'lokalitajiet oħra, anke f 'waħda mit- L-isem tal-belt ifisser dak li hu bil-Malti – żebbuġ, u ġej mill-imsaġar kbar taż-żebbuġ li kien hemm fil-lok u madwar il-post fejn inbniet il-knisja u ċ-ċentru tal-belt. Din il-ġimgħa l-ġurnalist għamel ir-rotta mill-monument ta' Mikiel Anton Vassalli sal-Knisja Parrokkjali ta' Ħaż-Żebbuġ. Mario Saliba hu tabib tal-familja li ltqajt miegħu waqt kapuċċino fil- Grand Hotel l-Imġarr u permezz tar-rakkonti tiegħu ta' tfulitu, tal-ħajja Għawdxija u tal-ħajja professjonali tiegħu bħala tabib sirt nafu aktar mill-viċin. Sirt nafu aktar bħala ħabib milli bħala tabib. Mario għandu mħabba kbira lejn il-ħajja nnifisha tiegħu u tal-pazjenti tiegħu, lejn l-isport, lejn martu Emily u l-ħames uliedu. Mario ġej minn familja tal-ħaddiema u ma riedx jaf bi skola sa ma surmast qata' qalbu minnu u minn hemm Mario raha sfida li wasslitu biex laħaq tabib tal-familja ferm imfittex. Mario hu gladjatur tal-ħajja fil-veru sens tal-kelma, jiġġieled ta' kuljum biex jipprova jsalva nies mill-mewt, ifejjaq dak il-mard li jista' jitfejjaq u jagħti kliem ta' faraġ u kuraġġ lil kull min ikun għaddej minn xi problemi kbar ta' saħħa. Mario jgħid li kultant hawn ċertu mard li jitfejjaq bla ma ħadd ma jaf kif, jgħid li dan ma jkunx miraklu iżda għal fatt li ħafna mard għadna ma nafuhx.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014