Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
28 illum Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Valletta lura bir-rebħ kontra Balzan Bilanċ assolut bejn Mosta u Sliema Mosta .....................1 Sliema W ................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FILKONFRONT bejn Mosta u Sliema Wanderers rajna bilanċ assolut hekk kif din il-logħba ntemmet f 'parità ta' 1-1. Iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara ftit minuti mill- ftuħ tal-logħba hekk kif fil- 11-il minuta tkeċċa Tyrone Farrugia għal Mosta waqt li fis-17-il minuta tkeċċa Admir Vladavic minħabba li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' ftit minuti. Żewġ minuti wara xutt tal-captain tal-Wanderers Alex Muscat għadda barra waqt li fit-22 minuta Ian Zammit ra x-xutt tajjeb tiegħu jiġi mxellef f 'korner minn plejer ta' Sliema Wanderers. Fit-30 minuta l-attakkant prolifiku Niġerjan Stanley Ohawuchi rċieva tajjeb mingħand Mark Scerri qabel ra x-xutt angulat tiegħu jgħaddi ftit barra. Il-Wanderers komplew jattakkaw u propju żewġ minuti wara rnexxielhom isibu x-xibka meta Ohawuchi rċieva tajjeb minn freekick ta' Trevor Cilia u permezz ta' daqqa ta' ras insidjuża tefa' wara Omar Borg. Fis- 36 minuta xutt angulat ta' Bojan Kaljevic għadda għoli. U immedjatament wara Paltemio Barbetti għal Sliema Wanderers ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jgħaddi għoli u Stanley Ohawuchi kellu xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li ntemm ftit barra. Fl-54 minuta Mosta ġabu l-iskor indaqs permezz ta' daqqa ta' ras sabiħa ta' Manolito Micallef wara li rċieva minn freekick tal-plejer Taljan Antonio Carrozza. Fis- 66 minuta Omar Borg laqa' tajjeb xutt tal-plejer li kellu logħba tajba għall-Wanderers, Trevor Cilia. Fis-70 minuta Ian Zammit ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jiġi mxellef minn difensur ta' Sliema Wanderers f 'korner wara li l-ballun ħabat ukoll mal-mimduda. Mosta - Borg, Ekani, Farrugia, Brincat, I. Grech, R. Grech, Zammit, Micallef (Martins 84'), Zammit, Kaljevic, Piccioni Sliema - W. Bonello, Muscat, Farrugia, Mintoff (Woods 71'), Scerri (Borg 31'), Ohawuchi, Cilia, Barbetti, Muchardi, Baincardi, Vladavic Referee - Marco Borg STANLEY OHAWUCHI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-27 ta' Mejju 1990 fin- Niġerja Skorja l-gowl li ta l-vantaġġ momentarju lill-Wanderers f'din il-logħba Qed ikollu staġun mill-aqwa mal-Blues Ingħaqad ma' Sliema Wanderers matul l-istaġun li għadda Balzan. ............... 1 Valletta .............. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT PERMEZZ ta' wirja tassew konvinċenti Valletta rritornaw għar-rebħ permezz ta' rebħa kontra Balzan bl-iskor ta' 3-1. Kienu Valletta li kif mistenni ħolqu l-ewwel periklu fil-logħba meta wara kwarta logħob Alan da Silva Souza ra l-kross-shot tiegħu jgħaddi barra. Iżda 6 minuti biss wara l-Beltin fetħu l-iskor meta l-captain Jonathan Caruana rċieva minn kross tajjeb tal-attakkant prolifiku Brażiljan Denni Rocha dos Santos, għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tefa' wara Manuel Bartolo. Fit-28 minuta tilfu okkażjoni tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta l-attakkant Brażiljan Calcado ra t-tenatttiv tiegħu minn freekick insidjuż jistampa mal-mimduda. Fil-31 minuta Irakli Maisuradze ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jgħaddi ftit għoli. Il-Beltin komplew jattakkaw u ħames minuti wara Manuel Bartolo dawwar tajjeb f 'korner xutt angulat ta' Denni Rocha dos Santos wara li l-attakkant Brażiljan kien irċieva mingħand Edmond Agius. Fil-55 minuta Valletta rduppjaw l-iskor meta Lateef Elford-Alliyu rċieva tajjeb mingħand Denni Rocha dos Santos u minn pożizzjoni tajba għeleb lil Manuel Bartolo permezz ta' xutt bid- dawra. Fit-63 minuta kross-shot ta' Lateef Elford-Alliyu stampa mal-mimduda, bil-ballun jidher jaħbat ma' id plejer ta' Balzan immedjatament wara iżda r-referee Għawdxi Mario Apap ħalla l-logħob għaddej. Fit-83 minuta Balzan naqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ta' Lydon Micallef. Meta konna qed nistennew it-tisfira finali tar-referee Mario Apap, Valletta skorjaw it-tielet gowl fil-logħba fid- 89 minuta permezz ta' xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa ta' Edmond Agius. Balzan - Bartolo, Magro, Bezzina, Scicluna, Dos Santos, Vignaroli, Grima (Spiteri 67'), Zarate Bilbao, Dos Santos Calcado, Micallef, Armario Negrin (Darmanin 67') Valletta - Cini, Caruana, Borg, Agius, Mifsud Triganza, Briffa, Reyes Sanchez, Elford-Alliyu, Da Silva Souza (Cremona 80'), Rocha dos Santos, Maisuradze Referee - Mario Apap Cann DENNI ROCHA DOS SANTOS Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Għalkemm ma ġiex ivvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba u ma rnexxilux iniżżel ismu fil-lista tal-iskorers, kien fundamentali f'din ir-rebħa Beltija Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 15 ta' Marzu Hull C. vs Manchseter C. 0-2 Everton vs Cardiff C. 2-1 Fulham vs Newcastle U. 1-0 Southampton vs Norwich C. 4-2 Stoke C. vs West Ham U. 3-1 Sunderland vs Crystal P. 0-0 Swansea C. vs WBA 1-2 Aston V. vs Chelsea 1-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 16 ta' Marzu 14:30 Manchester U. vs Liverpool 17:00 Tottenham H. vs Arsenal Fixtures Kampjonat Serie A Il-Ħadd 16 ta' Marzu 12:30 Atalanta vs Sampdoria 15:00 AC Milan vs Parma 15:00 Cagliari vs Lazio 15:00 Livorno vs Bologna 15:00 Sassuolo vs Catania 20:45 Fiorentina vs Chievo V. 20:45 Genoa vs Juventus It-Tnejn 17 ta' Marzu 19:00 Torino vs Napoli 21:00 Roma vs Udinese YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Aston Villa jixxukkjaw lil Chelsea DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW