Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 29 SPORTSillum Aston Villa jixxukkjaw lil Chelsea Kriżi fil-futbol Malti – il- partitarji jsemmgħu leħenhom M'HEMMX dubju li l-futbol mondjali bħalissa għaddej minn kriżi – u l-futbol Malti mhux eċċezzjoni! Biżżejjed naraw l-attendenzi fil- grawnds f 'pajjiżna li qed jonqsu b'mod allarmanti. Wieħed mill-elementi prinċipali li qed jeqred il-futbol mondjali bil-mod il-mod huwa l-kankru tal- betting, fost diversi affarijiet oħra. Dan wassal biex numru ta' partitarji Maltin li tassew għandhom għal qalbhom il-futbol Malti jagħmlu vidjow pubbliċitarju biex jippruvaw iqajmu l-interess mill-ġdid fil-futbol Malti hekk kif skont l-opinjoni tagħhom futbol mingħajr partitarji fil-grawnd m'huwa futbol xejn, u dan bir-raġun. Il-moħħ wara dan il-vidjow huwa Steve Zammit Lupi li diġà rajnih jagħmel vidjows li jikkonċernaw il-futbol Malti ta' livell straordinarju. Intgħażel in-numru 12 fl-isem ta' dan il-vidjow minħabba li kif ilkoll nafu l-partitarju jitqies bħala t-12-il raġel fil- grawnd minħabba l-appoġġ psikoloġiku li jagħti lill- plejers. Miegħu jgħinuh kien hemm Matthew Mulholland, Martin Attard iktar magħruf bħala l-'Meme', Alfred Attard, Kenneth Debono, James Aaron Ellul, Clinton Farrugia u Gianluca Lia. Huma ngħaqdu b'vuċi waħda u tawna dawn il-kummenti li ġbarnihom f 'dawn il-frażijiet: "Għal żmien twil aħna l-partitarji bqajna kwieti u qatt ma semmajna leħinna b'mod kollettiv. Tul l-aħħar snin rajna l-futbol Malti jaqbad it-triq tan-niżla. Il-logħba li tifforma l-ħajja tagħna u tant nuru passjoni lejha, tinsab f 'riskju. Wara li tkellmet l-MFA u l-presidenti tal-klabbs rispettivi, issa wasal iż-żmien li nitkellmu aħna – il-partitarji. Aħna nħobbu l-futbol, aħna nħobbu l-klabbs tagħna u aħna nħobbu l-irħula tagħna. Il-futbol itina l-identità. Bla dubju rridu naraw l-aqwa tal-futbol Malti. Il-logħba tal- futbol hija tan-nies. Irridu naraw futbol nadif fejn il-plejers jiġbdu l-istess ħabel magħna, u jilagħbu għall- flokk li jilbsu. Fil-grawnd nikkompetu u nimpikaw, però barra mill-grawnd intbaħna b'kunċett komuni - ma rridux naraw stands vojta. Dan huwa #numru12, aħna t-12-il plejer. Aħna ġejna flimkien f 'dan il- kunċett biex insemmgħu l-vuċi tagħna l-partitarji Maltin u Għawdxin, ħalli flimkien nerġgħu nġibu l-futbol lura lejn il-partitarji u nippromwovu l-logħba li tant inħobbu." Intant dan il-vidjow wieħed jista' jarah fuq Youtube, fejn diġà qabel l-10,000 hit. Wieħed jista' jikteb #numru12, mingħajr spazju bejniethom u l-vidjow jitla' bħala l-ewwel suġġeriment. Vidjow biex iħeġġeġ il-Maltin jerġgħu jibdew jirekwentaw il-grawnds ASTON Villa xxukkjaw lil Chelsea meta ġewwa darhom għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Fabian Delph fit-82 minuta. Chelsea spiċċaw jilagħbu b'9 plejers hekk kif tkeċċew għalihom il- plejers Willian fit-68 minuta u Ramires fid-90 minuta. Manchester City kisbu rebħa ta' 2-0 barra minn darhom kontra Hull City bil-gowls għalihom jaslu minn David Silva u Edin Dzeko bil- Blues jispiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara biss 10 minuti logħob meta tkeċċa għalihom il-captain Belġjan Vincent Kompany. Everton ġewwa darhom għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Deulofeu u Seamus Coleman propju fid-90 minuta waqt li l-gowl uniku ta' Cardiff City wasal minn Cala fit-68 minuta. Fulham ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Newcastle United bil-gowl uniku tagħhom jasal minn Ashkan Dejagah fit-68 minuta bl-istess plejer ikun ammonit ftit sekondi wara li skorja dan il-gowl. Fil-logħba bejn Southampton u Norwich City rajna xejn inqas minn 6 gowls, hekk kif din il-logħba ntemmet bl-iskor ta' 4-2 favur is-Saints. Schneiderlin, Lambert, Rodriguez Gallagher irnexxielhom isibu x-xibka għal Southampton waqt li ż-żewġ gowls ta' Norwich City waslu minn Elmander u Snodgrass fi spazju ta' biss minuta. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls tas-City jaslu minn doppjetta ta' Odemwingie u gowl ta' Marko Arnautovic. Il-gowl waħdieni ta' West Ham United fil-logħba wasal minn Andy Carroll wara biss ħames minuti logħob. West Bromwich Albion barra minn darhom kisbu rebħa ferm importanti ta' 2-1 kontra Swansea City biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Sessegnon u Mulumbu waqt li Roland Lamah kien irnexxielu jsib ix-xibka l-ewwel fil-logħob għal Swansea City wara biss żewġ minuti logħob. Intant, il-konfront bejn Sunderland u Crystal Palace intemm f 'parità ta' mingħajr gowls. Mill-istess kampjonat illum ikollna żewġ logħbiet imporrtanti fejn fis-2pm Manchester United jilqgħu lill-arċi-rivali eterni Liverpool ġewwa darhom f 'Old Trafford waqt li fil-5pm Tottenham Hotspur jilqgħu lil Arsenal fil-White Hart Lane. FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014