Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
34 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn it-tennis u kif ġejt introdotta għal dan l-isport? It-tennis jifforma parti kbira minn dak li jien. Missieri introduċieni għal dan l-isport u hekk kif bdejt nikber, ridt dejjem nilgħab iktar it-tennis. Huma definittivament l-emozzjonijiet li nħoss qabel, matul u wara l-logħba li jżommuni motivata biex inkompli nitħarreġ u ntejjeb il-wirjiet tiegħi. Li tgħix ħajja ta' plejer tat-tennis mhix xi ħaġa faċli, hekk kif din tinvolvi ħafna taħriġ u sagrifiċċji; madankollu, wara rebħa kbira tirrealizza li dan kollu kien tabilħaqq ta' min wieħed jgħaddi minnu! X'tikkummenta fuq is-suċċess li ksibt fit-Tazza tal-Federazzjonijiet f 'Cisinau, il-Moldova, matul is- sena li għaddiet? Ninsab kuntenta ħafna bir- riżultati li ksibt f 'Cisinau, il-Moldova fit-Tazza tal- Federazzjonijiet. Dan kien l-aqwa riżultat li qatt ksibt f 'dan it- tournament prestiġjuż u dan tani kunfidenza kbira u aspirazzjonijiet għat-Tazza tal-Federazzjonijiet li jmiss. Kelli bidu perfett, fejn irbaħt kemm il-kompetizzjoni singles kif ukoll dik tad-doubles kontra l-Armenja fejn mexxejt lil Team Malta biex jirbaħ bl-iskor ta' 2-1. Ir-rawnd ta' wara kien l-iktar wieħed diffiċli, meta lgħabna kontra l-Eġittu li kienu klassifikati fl-ewwel post u li rebħulna bl-iskor ta' 3-0. Fir- rawnd ta' kwalifikazzjoni rbaħna lill-Irlanda, bl-iskor ta' 2-1 fejn tajjeb ngħidu li Malta qatt ma kienet għelbet lill-Irlanda qabel. B'dawn ir-riżultati ġejna fil-ħames post minn 13-il pajjiż. Din kienet esperjenza eċċellenti kemm għalija kif ukoll għal sħabi l-plejers tat- tim nazzjonali Roseanne Dimech, Esther Muscat, Brenda Galea u l-captain tagħna Helen Asciak." Fl-istess sena ħadt sehem ukoll fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu fejn hemmhekk ksibt żewġ midalji tal-fidda. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza unika tiegħek hemmhekk? L-esperjenza tiegħi fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar fil-Lussemburgu kienet waħda ta' suċċess, fejn fid-doubles tan-nisa lgħabt ma' Roseanne Dimech u fil-mixed doubles kont ma' Matthew Asciak. Irnexxieli nasal sal-finali fiż-żewġ avvenimenti u rbaħt żewġ midalji tal-fidda. Ninsab ferm kuntenta u sodisfatta b'dawn ir-riżultati li waslu wara tant taħriġ u xogħol intensiv bi preparazzjoni għal dawn il-logħbiet. Fiż-żewġ avvenimenti lgħabna kontra plejers ta' esperjenza li huma fost l-aqwa fid- dinja fosthom Benjamin Balleret li kien fil-206 post fil-klassifika tal- ATP u li llum jinsab fil-581 post, Stephanie Vogt ta' Liechtenstein li tinsab klassifikata fil-201 post kif ukoll Kathinka Von Deichmann ta' Liechtenstein li tinsab klassifikata fl-484 post fir-rankings tal-World Tennis Association (WTA). L-esperjenza fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu kienet waħda eċċellenti għall-fatt li aħna l-Maltin urejna l-istess livell tat- tennisti barranin li affrontajna, iżda wkoll diżappuntati minħabba l-fatt li konna biss ftit punti 'l bogħod milli nirbħu żewġ midalji tad-deheb. Dan kien l-aħjar riżultat tiegħi personali sa issa fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar wara li lura fl-2009, kont irbaħt midalja tal- bronż. Wara dawn il-Loghbiet, naf li fis-sajf li għadda kont impenjata wkoll f 'numru ta' tournaments internazzjonali fosthom fl-Italja. Tina iktar dettalji. Hekk hu. Fil-fatt, matul is- sajf li għadda lgħabt numru ta' tournaments internazzjonali fosthom fl-Italja u rnexxieli nikkwalifika u nirbaħ punt fid- WTA meta għelibt lit-tennista Taljana Rosatello li hija klassifikata fil-520 post fid-dinja. Irbaħt ukoll diversi logħbiet f 'opens tat-tennis fl-Italja biex żammejt il-klassifikazzjoni tiegħi fl-Italja ta' 2.5. F'Ottubru tas-sena li għaddiet irbaħt ukoll il-Malta Open. Il- kummenti tiegħek. Il-Kampjonati tal-Malta Open ta' din is-sena li saru fil-Marsa Sports Club kienu għal darb'oħra tournament ta' suċċess fejn irbaħt dan it-titlu għas-sitt darba. Fis- semi-finali għelibt lit-tennista żagħżugħa Francesca Curmi bl-iskor ta' 6-0, 6-1 biex wasalt sal-finali fejn lgħabt kontra Katrina Sammut biex irbaħt din il-finali bi skor ferm komdu u bl-istess skor li bih għelibt lil Francesca Curmi 6-0, 6-1. L-aħħar impenn tiegħek kienet il-FED Cup f 'Tallinn fl-Estonja. X'kienet tinvolvi din l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Il-Fed Cup tirrappreżenta t-Tazza tad-Dinja tat-tennis. Malta tinsab fit-tielet grupp taż-żona Ewropa – Afrika. Team Malta lagħab kontra l-Islanda u l-Irlanda. Fl-ewwel ġurnata lgħabna kontra l-Islanda fejn jien irbaħt il-logħba tas-singles b'mod kemxejn faċli f 'żewġ settijiet bl-iskor ta' 6-1, 6-1. Ħassejtni tajjeb sa mill-bidu tal-logħba u ħassejt li din il-logħba tatni kunfidenza kbira għall-kumplament tal- logħbiet li kien għad fadalli nilgħab. Flimkien ma' Rosanne Dimech irbaħna d-doubles bl-iskor ta' 7-5, 6-4 waqt li rbaħna t-'tie' bl- iskor ta' 2-1 hekk kif tlifna l-logħba l-oħra tas-singles. Fit-tieni ġurnata lgħabna kontra l-Irlanda biex nippruvaw nakkwistaw iċ-ċans li nilagħbu fil-playoffs. Jien irbaħt il-logħba tas-singles li kienet waħda drammatika fejn kienet tinvolvi tliet settijiet bl-iskor ta' 3-6, 6-3 u 6-2. Kont kuntenta ħafna bil-wirja tiegħi u bir-riżultat finali tal-logħba. L-Irlanda rebħet il-logħbiet l-oħra tas-singles kontra t-tennista Maltija, Katrina Sammut. Wara, jien u Rosanne Dimech lgħabna d-doubles, fejn madankollu l-avversarji tagħna kienu ferm b'saħħithom għalina. Matul is-sena li għaddiet konna għelibna lill-Irlanda iżda din is-sena dan il-pajjiż kien wieħed minn żewġ pajjiżi li ġew promossi għall-Grupp 2. Fl-aħħar ġurnata tal-FED Cup, Team Malta lagħab konta l-Moldova għar-rebħ tas-sitt u s-seba' post. Madankollu wara li tlift il-logħob tiegħi tas-singles u tliet settijiet li kienu tassew bilanċjati, Team Malta tilef bl-iskor ta' 3-0. Kollox ma' kollox inħossni kuntenta ħafna bil-wirjiet u bir- riżultati tiegħi hekk kif lgħabna konta seba' minn 15-il pajjiż li ħadu sehem fil-FED Cup. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni li ħadt sehem fiha matul din is-sena u ħassejt li tatni kunfidenza kbira għall-kumplament tat-tournament li mistennija nkun involuta fihom fix-xhur li ġejjin. Kif qed tħares lejn il-futur tal- karriera tiegħek fit-tennis? Qed inħares 'il quddiem għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li jmiss fl-Islanda fl-2015 biex nikseb riżultat aħjar, waqt li sadanittant qed niffoka fuq it-tournaments individwali li qed nieħu sehem fihom biex nakkwista ranking tad-WTA. Bħala tragwardi għall- futur għandi nikkwalifika f 'żewġ tournaments internazzjonali tal-ITF fl-Eġittu, fejn hemmhekk għandi nikkompeti kontra plejers klassifikati tajjeb ħafna fil- klassifikazzjoni mondjali tat-tennis biex inkompli nżid iktar punti u nakkwista ranking tad-WTA. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Elaine Genovese – it-tennista li f 'dawn l-aħħar snin stabilixxiet lilha nnisha bħala l-aqwa tennista mara f 'pajjiżna l-preżent. Kisbet diversi suċċessi kemm personali kif ukoll għamlet isem għal pajjiżna. L-aqwa tennista mara f 'pajjiżna fil-preżent "Konna biss ftit punti 'l bogħod milli nirbħu żewġ midalji tad-deheb" "Huma żgur l-emozzjonijiet li nħoss qabel, matul u wara l-logħba li jżommuni motivata biex inkompli nitħarreġ u ntejjeb il-wirjiet tiegħi"