Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 33 SPORTSillum Numru rekord ta' atleti se jieħdu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Bodybuilding Fi ftit iktar minn xahar jittella' l-Kampjonat Nazzjonali tal-Bodybuilding Tournament tat-Table Tennis minn Topspin Academy FI tmiem ix-xahar ta' Frar, TopSpin Table Tennis Academy organizzat it- Tielet Ranking Tournament tagħha fl-iskola Santa Monika ġewwa Birkirkara. Dan it-tournament kien sponsorjat minn Owners Best li huwa wkoll wieħed mill-isponsors ewlenin tal- akkademja. L-istess tournament huwa serje ta' tournaments apposta li jiġu organizzati għall- istudenti tal-akkademja, fejn l-istudenti jiġu mqassma fi tliet kategoriji differenti, skont il-livell tagħhom. Huma propju dawn it- tournaments li jgħinu lill-istudenti jirbħu l-punti għas-sistema tal-klassifika. Fil-Gold Category, l-ogħla kategorija fl-akkademja, ħareġ rebbieħ Ryan Tabone. Fil-finali huwa rebaħ lil Kendrick Chircop. Filwaqt li dan tal-aħħar kien ir- rebbieħ tal-ewwel żewġ tournaments li saru fix-xhur li għaddew, huma t-tnejn jilagħbu flimkien f 'tim fl- ogħla diviżjoni Maltija fejn kellhom riżultati tajbin. Ta' min wieħed isemmi li waqt il-kampjonat nazzjonali, Tabone rebaħ kemm lil Mario Genovese, eks champion ta' Malta u lil Alex Soler, plejer ieħor rinomat fil-logħba tat-table tennis f 'pajjiżna. Fit-tieni kategorija, fis- Silver Category f 'finali kumbattuta, ħareġ rebbieħ għall-ewwel darba Jens Seeman Pace. Huwa għeleb lil Jean Claude Tonna, ir-rebbieħ tal-aħħar tournament li sar, organizzat mill-istess akkademja. Dawn iż-żewġ studenti, fl-età żgħira ta' 13-il sena diġà kellhom riżultati pożittivi f 'tournaments organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis. Julian Tirazona u Brian Cassar spiċċaw fit-tielet u r-raba' post rispettivament. Fil-Bronze Category kien hemm diversi sorpriżi wkoll. Din il-kategorija li ntlagħbet f 'forma ta' round robin intrebħet minn Matthew Attard li rebaħ il-logħbiet kollha tiegħu. Ta' min isemmi li għal Attard dan kien l-ewwel tournament tiegħu mal-akkademja. L-istess kien għal Michael Micallef li spiċċa fit-tielet post. Fit-tieni post, bil- midalja tal-fidda spiċċa Asaacahia Farrugia li tilef logħba waħda biss, kontra l-istess Attard. Fi tmiem il-logħob, kull rebbieħ ġie ppreżentat bil-midalji u t-tazzi. Il- Head Coach tal-akkademja Edward Baldacchino kellu kliem ta' tifħir għal kull plejer. Huwa saħaq li huwa importanti li tirbaħ, iżda huwa iktar importanti li dak kollu li titgħallem waqt it-taħriġ matul is-sena tkun kapaċi twettqu waqt il- logħob kompetittiv. Il-Head Coach spiċċa billi rringrazzja lill-ġenituri tad-dedikazzjoni speċjali li juru lejn uliedhom. Ir-raba' ranking tournament jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur www. topspintabletennisacademy. com. L-Akkademja tat-Table Tennis ta' Topspin li qed tikseb suċċess kbir f 'pajjiżna IFBB Malta se torganizza l-Kampjonati Nazzjonali tal- bodybuilding u fitness nhar is-Sibt 19 ta' April fis-7pm ġewwa l-lukanda Corinthia San Gorg, San Ġiljan. Numru rekord ta' 48 atleta fosthom 12-il mara rreġistraw għal din il-kompetizzjoni u dawn se jissieltu fid-diversi kategoriji bħal bodybuilding, classic bodybuilding, athletic physique kif ukoll il-kategoriji femminili tal-bikini fitness u body fitness. Fl-aħħar tas-serata jintgħażlu l-aqwa 6 atleti li se jirrappreżentaw lil pajjiżna fil- Kampjonati Ewropej li se jsiru fi Spanja f 'Mejju. Il-biljetti issa jinsabu għall- bejgħ u aktar informazzjoni tista' tinkiseb mis-sit tal- għaqda www.ifbb-malta.com jew minn Facebook 'IFBB Malta'. Illum il-Finali tal-Kampjonat taż-żwiemel ILKUMPANIJA Assikura Insurance Brokers ilha tappoġġja l-isport tat-tiġrijiet lokali taż-żwiemel billi tisponsorja kampjonati sa mill-2010 għalkemm fl-2007 kienu wkoll sponsorjaw Condition Races. F'dawn l-aħħar erba' snin il- Kampjonat Assikura kien riservat għal żwiemel li ma jkunux la Franċiżi u lanqas Svediżi imma din is-sena qegħdin jisponsorjaw żewġ Kampjonati għall-klassijiet Gold u Bronze li fihom setgħu jipparteċipaw iż- żwiemel kollha. Il-Ħadd 16 ta' Frar ingħata bidu għall-Kampjonat tal- Gold billi saru sitt tiġrijiet li fihom ipparteċipaw total ta' 65 żiemel u li minnhom 24 għaddew għall-fażi tas-semi finali li saru nhar il-Ħadd 2 ta' Marzu. Minn dawn, għaxart iżwiemel ikkwalifikaw għall- finali. Din il-finali se ssir illum il-Ħadd u ż-żwiemel eliġibbli li jieħdu sehem huma dawn (fil-parentesi hemm il-ġerrejja li kkwalifikaw b'dawn iż- żwiemel): Qurieux du Ponchet • (Noel Baldacchino Wies Buitenzorg (Eric • Bezzina) Prince Gaillard (Julian • Farrugia) Happiness Photo (Julian • Farrugia) Oeillet de Phens (Rodney • Gatt) Quid d'Aliermont • (Charles Camilleri) Quintet (Brian Zammit • Charm Hammering • (Gilbert Farrugia) Phenix de la Roque • (Charles Degiorgio) Olry Meslois (Emmanuel • Fenech) Il-premjijiet tal-finali se jkunu ta' €900 - €400 - €200 - €100 Sfortunatament iż-żiemel Qurieux du Ponchet ġie rtirat u għalhekk mhux ser jipparteċipa fil-finali. Il-Kampjonat tal-Bronze ingħata bidu għalih il-Ħadd 23 ta' Frar fejn ukoll saru sitt heats bil-parteċipazzjoni ta' 71 żiemel li 24 minnhom ikkwalifikaw għas-semi finali li issa ser isiru nhar il-Ħadd 16 ta' Marzu sabiex inkunu nafu min huma l-10 żwiemel finalisti. Il-premjijiet għal din il-finali se jkunu ta' €450 - €200 - €100 - €50 Il-poloz għall-finali tal- Gold telgħu llum waqt din il-Konferenza Stampa bil- preżenza tas-sidien u l-ġerrejja tal-10 iżwiemel parteċipanti. Olry Meslois 1. Happiness Photo 2. Wies Buitenzorg 3. Charm Hammering 4. Prince Gaillard 5. Phenix de la Roque 6. Oeillet de Phens 7. Quintet 8. Quid d'Aliermont 9. Illum il-Finali tal-Kampjonat taż-żwiemel