Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Ħdax-il kompetitur tal-muturi jikkompetu Sqallija NHAR il-Ħadd li għadda 9 ta' Marzu l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' kellha tħassar l-attivitajiet kollha minħabba l-maltemp li laqat lill-pajjiż speċjalment in-naħa ta' Ta' Qali. L-Assoċjazzjoni avżat li se terġa' tkompli bl-attivitajiet tagħha llum il-Ħadd bis- sezzjoni Trials li se tiġi organizzata fil-barriera ta' Torri Falka fl-Imġarr. L-attività tibda fid-9am u d-dħul għall-pubbliku jkun bla ħlas. Intant, l-attvità li ġiet imħassra nhar il-Ħadd li għadda bl-Autocross u l-Motocross se ssir nhar l-Erbgħa 19 ta' Marzu li tkun festa pubblika. Din l-attività tibda fil-11am. L-Assoċjazzjoni avżat li t-Tlieta lejlet it-tiġrija se jkollha sezzjoni li tibda mis- 6pm 'il quddiem. Din id-darba t-taħriġ isir taħt id-dawl artifiċjali. Fi tmiem il-ġimgħa membri tal-Assoċjazzjoni se jkunu mpenjati wkoll barra l-pajjiż. 11-il kompetitur mis-sezzjoni ASMK-Enduro bil-muturi se jkunu fil-belt ta' Ragusa fi Sqallija fejn se jieħdu sehem f 'tellieqa Enduro bl-isem 'Cavalcata dei Monti Iblei'. Din it-tiġrija kontra l-arloġġ se tkun organizzata bħala 'pre-Championship race' biex isservi ta' taħriġ għall- kompetizzjonijiet futuri. Il-kontinġent Malti huwa kompost minn Andrew Albanozzo, John Attard, Victor Bajada, Konrad Grixti, Eric Grixti, Nicolai Abela, Matthew Salomon, Edward Sant Fornier, Alex Sant Fornier, Nigel Anastasi u Andrew Cassar. Il-kompetituri se jkunu qed jikkompetu kollha fuq muturi KTM li ċ-ċilindrata tal-magni tvarja minn 250 sa 530cc. F'din it-13-il edizzjoni ta' din l-attività, kull kompetitur se jħabbat wiċċu ma' triq twila li tista' tieħu madwar ħames jew sitt sigħat jiddependi liema triq wieħed jaqbad biex jasal fid-destinazzjoni finali. F'din l-edizzjoni t-triq se tkun iktar ibbażata ma' tlugħ ta' muntanji biex kull kompetitur jiltaqa' u jkollu aktar esperjenzi bbażati fuq teknika milli dak li mdorrijin jikkompetu fihom tradizzjonalment. Matul il-korsa kull kompetitur se jiltaqa' ma' tlajja u nżul, mogħdijiet f 'widien naturali li jistgħu jkunu mimlija bl-ilma jew xotti, ħamrija u ramel, meded ta' art estremi kif ukoll mogħdijiet magħmulin minn esperti f 'dan il-qasam. L-iktar parti teknika tal-korsa se tkun fl- ewwel 65 kilometru li minkejja mhux se tkun waħda diffiċli biex wieħed jgħaddi minnha imma tul dan is-settur wieħed jista' jiltaqa' ma' passaġġi minn fejn jista' jaħrab dawn l-ostakli. Dan jiddependi fuq kemm kull kompetitur ikollu konċentrazzjoni waqt dak li jkun għaddej minnu. Matul din il-korsa se jkun hemm żewġ postijiet ta' waqfien wara 55 kilometru kif ukoll wara 70 kilometru. Se jkun hemm waqfa oħra għal refuelling. Il- korsa kollha hija twila madwar 120 kilometru. Il-kompetituri Maltin jinsabu kollha preparati biex nhar is-Sibt li ġej iħallu Malta lejn Ragusa, grazzi għall-Virtu Ferries. Xi wħud minnhom diġà kellhom esperjenza simili imma hemm ukoll kompetituri li għalihom din hija l-ewwel esperjenza. Dawn it-tip ta' attivitajiet joffru sfidi kbar u jservu wkoll biex ikollhom diversi esperjenzi li hawn Malta huwa ftit diffiċli biex ikollna dan it-tip ta' attivitajiet minħabba l-limitazzjonijiet li għandna f 'pajjiżna. L-Assoċjazzjoni tawgura lill-kompetituri kollha speċjalment dawk li se jieħdu din l-okkażjoni l-ewwel darba. Waħda mill-iżgħar fid-dinja li pparteċipat fil-Kampjonati Mondjali Indoor tal-Atletika LATLETA żagħżugħa Rachel Fitz għadha kif irritornat minn esperjenza pożittiva f 'Sopot il-Polonja fejn hemmhekk ħadet sehem fil-Kampjonati Indoor tal- Atletika. Permezz ta' din l-esperjenza unika fil-karriera tagħha, Rachel kienet l-iżgħar Maltija li qatt ħadet sehem f 'dawn il-kampjonati kif ukoll waħda mill-iżgħar atleti fid-dinja li qatt ħadet sehem f 'dawn il-kampjonati ferm importanti fid-dinja tal-atletika. Tajjeb ngħidu li din kienet it-tieni l-iktar kompetizzjoni importanti li ħadet sehem fiha Rachel wara l-Kampjonati Ewropej tal- Juniors li saru fi Rieti fl-Italja matul is-sajf li għadda. Fil-Polonja, hija kienet akkumpanjata mill-Uffiċjal Stephen Spiteri li huwa membru tal-Kunsill tal-Malta Amateur Atheletic Association (MAAA). L-esperjenza ta' Fitz bdiet nhar is-6 ta' Marzu fejn kellha l-ewwel sessjoni ta' taħriġ f 'Ċentru ta' Taħriġ fil-Polonja. Il-ġranet li fihom saru l-kompetizzjonijiet validi mill-Kampjoanti Mondjali Indoor tal-Atletika kienu bejn is-7 u d-9 ta' Marzu. Għalkemm Rachel kienet qed tħares lejn l-aħjar ħin personali fit-tellieqa tas-60 metru, il-ħin li kisbet fil-Polonja kien viċin l-aħjar ħin personali li kisbet f 'Malta ftit tal-jiem ilu. Il-ġurnata tal-Ġimgha għal Rachel bdiet kmieni hekk kif fiċ-Ċentru ta' Taħriġ irrepetiet eżercizzji ta' stretching fejn matul din id-darba żiedet xi block starts ukoll. Il-kompetizzjoni kellha l-bidu tagħha l-għada s-7 ta' Marzu. F'kummenti li għaddiet li dan il-ġurnal Rachel stqarret li fl-ewwel ġurnata tal- kompetizzjoni, l-atleti preżenti għal-logħbiet u l-post innifsu kienu xi ħaġa ferm diffiċli beix tiddeskrivihom bil-kliem! Dan hekk kif wieħed seta' jħoss it-tensjoni u l-eċitament fl-arja meta kien hemm atleti kbar li normalment narawhom jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet importanti fuq it-televixin u li kienu biss ftit metri 'l bogħod minnha. Il-fatt li rathom live kienet esperjenza indeskrivibbli u inkredibbli għaliha. Fil-ġurnata tat-tellieqa jiġifieri nhar is-Sibt 8 ta' Marzu, kienet fit-tielet heat tat-tellieqa tas-60 metru. Però ġara li l-atleta li kienet eżattament maġenb Rachel kellha false start. Din serviet bħala distrazzjoni kbira għall-atleta żagħżugħa Maltija minħabba li temporanjament telfuha mill-konċentrament. Kawża ta' din il-false start l-atleti kollha ġew mitluba biex jerġgħu jibdew it-tellieqa. Rachel stqarret ma' dan il-ġurnal li ma tħobbx il-false starts ta' atleti oħra anki meta tkun involuta f 'kompetizzjonijiet f 'pajjiżna. Fit-tieni rawnd ma kienx hemm false starts u l-atleti kollha lkoll kellhom tluq normali fit- tellieqa. L-atleta Maltija ħasset li kellha bidu tajjeb u anki veloċi, għalkemm stqarret magħna li forsi trid ittejjeb l-andament tagħha fit-tieni parti tat-tlielaq li tkun involuta fihom. Fil-fatt din hija xi ħaġa li Rachel trid tiddiskuti dan kollu mal-kowċ personali tagħha. Sfortunatament Rachel Fitz temmet fl-aħħar post fil- heat tagħha b'ħin diċenti ta' 7:86 sekondi u 0.01 sekondi biss 'il bogħod mill-aqwa ħin personali li kienet kisbet matul dan l-istaġun. L-atleta żagħżugħa Maltija li m'hemmx dubju li għandha futur mill- isbaħ quddiemha fl-atletika xtaqet tieħu din l-opportunità biex tirringrazzja lill-membri tal-familja tagħha għall- appoġġ kontinwu tagħhom u speċjalment lill-kowċ tagħha Edward Grech li dejjem emmen bis-sħiħ fiha. Finalment fl-aħħar kummenti li għaddiet lil dan il-ġurnal, Rachel stqarret li mhux biss se tibqa' tgħożż din l-esperjenza unika fil-karriera tagħha iżda wkoll din se sservi għaliha bħala ispirazzjoni biex tibqa' titħarreġ iktar b'mod intensiv. Kroos jixtieq jingħaqad ma' Manchester United LISTILLA Ġermaniża ta' 24 sena u li jifforma parti essenzjali mit-tim ta' Bayern Munich jixtieq jingħaqad ma' Manchester United – liema tim jinsab għaddej minn staġun ferm diżappuntanti taħt it- tmexxija ta' David Moyes, u fejn kollox jindika li wara ħafna snin ir-Red Devils saħansitra mhux se jirnexxielhom jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League. Però anki jekk dan iseħħ mhux se jkun qed jaqta' qalb dan il-plejer internazzjonali Ġermaniż hekk kif dan il-plejer lest li jingħaqad mat-tim minn Old Trafford fis-sajf li ġej akkost ta' kollox. Fl-aħħar impenn tagħhom United barra minn darhom għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta' 3-0 però jinsabu xejn inqas min 9 punti wara l-ġirien iżda arċi- rivali eterni Manchester City li jinsabu fir-raba' post. Illum ir-Red Devils se jkunu qed jaffrontaw lill-arċi-rivali l-oħrajn Liverpool ġewwa darhom f 'Old Trafford. Biex jibqa' ma' Bayern Munich Kroos irid li s-salarju tiegħu jiżdied b'mod konsiderevoli fejn talab li jkun ipparagunat mas- salraju tal-attakkant prolifiku Franċiż Frank Ribery, xi ħaġa li sa issa ma ġietx aċċettata mill-klabb mill-Bavarja u għalhekk qed twassal lill-plejer internazzjonali Ġermaniż biex jikkunsidra li jħalli lill-ġganti Ġermaniżi. Ħu Toni Kroos, Felix Kroos, li jilgħab ukoll fil-Bundesliga iżda ma' Werder Bremen, żvela li deċiżjoni kbira tinsab tistenna lil ħuh. Huwa kompla li diġà tkellmu fuq din il-possibiltà però huwa mhux se jkun qed itih l-ebda parir hekk kif ħuh Toni huwa matur biżżejjed biex jieħu d-deċiżjonijiet importanti f 'ħajtu, waħdu. Ix-xewqa prinċipali ta' Kroos hija dik li jmur jilgħab -Ingilterra Rachel Fitz l-Polonja Alex Sant Fournier fuq KTM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014