Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 16 ta' Marzu 2014 • Nr 387 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 FLISFOND ta' 'slow down' fil-bejgħ magħruf bħala retail jiġifieri tal-ħwienet, il-gvern qed jispera li l-bidu ta' ċertu proġetti kbar għandu jagħti spinta lill- ekonomija Maltija. Għalkemm m'hemmx spin-offs immedjati minn dawn il-proġetti, din il-gazzetta kkonfermat li hemm interess massiċċ fil-proġett tal- White Rocks. Din id-darba jidher ċar li mhux ser ikun proġett fantażma imma hemm ir-rieda minn konsorzja kbar u magħrufa biex jinvestu fi żvilupp estensiv f 'din il-lokalità li kienet isservi ta' residenza għall-familji tal- Forzi Armati Ingliżi. Dan għaliex din id- darba l-gvern fetaħ l-iżvilupp għall-iżvilupp ta' residenza lokali. Huwa maħsub li fi tliet ġimgħat il-gvern se jħabbar l-ewwel lista ta' kumpaniji interessati. Ir-residenzi tal-White Rocks meta jitlestew se jkunu uniċi għall-fatt li mhux biss għandhom veduta u vista fuq il-baħar iżda kif ukoll għax qegħdin 'il bogħod mill-ħajja ta' kuljum u fl-istess ħin viċin San Ġiljan u San Pawl. Meta l-gvern ta' qabel kien ikkunsidra l-iżvilupp ta' White Rocks kien eskluda l-iżvilupp tal-White Rocks għal skopijiet residenzjali. Huwa maħsub li l-investiment f 'dan is-sit jista' jammonta għal 250 miljun ewro u li jista' eventwalment iħalli profitti ta' madwar 350 sa 400 miljun ewro. Il-White Rocks qanqal interess kbir TUL l-aħħar kampanja elettorali, bejn Jannar u Marzu 2013, kien hemm medja ta' erbatax-il persuna kuljum li kienu impjegati mal-gvern fuq kuntratt definit u li spiċċaw saru tal- post. Dan it-tip ta' ċaqliq sar fi kważi l-Ministeri kollha tal- gvern Nazzjonalista. B'kollox minn Jannar sa l-ewwel ġimgħa ta' Marzu 2013 kienu 932 il-ħaddiem li l-impjieg tagħhom inbidel f 'wieħed fiss mal-Gvern. Minn analiżi li għamel ILLUM, jirriżulta li l-akbar ammont ta' ċaqliq li sar fil-kampanja elettorali biex ħaddiema ġew impjegati b'mod fiss mal-Gvern kien fil-qasam tal-edukazzjoni, total ta' 252 ħaddiem. Fil-qasam tal-intern, dak iż-żmien taħt ir-responsabbiltà politika tal- eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien hemm it-tieni l-akbar ammont ta' ħaddiema li l-kuntratt tagħhom inbidlilhom għal wieħed indefinit. B'kollox fil-qasam tal-intern kien hemm mal-188 persuna li saru tal-post. Anki fil-MEPA kien hemm numru sostanzjali ta' persuni li l-kuntratt tagħhom inqaleb għal wieħed indefinit fl-aħħar ftit ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni ġenerali. B'kollox 88 persuna fil-MEPA saru tal-post. Ma' dawn kien hemm 11-il ħaddiem ieħor li ġew impjegati b'mod fiss ma' Heritage Malta. Dak iż-żmien dawn iż-żewġ entitajiet kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika ta' Mario DeMarco, illum viċi Kap Nazzjonalista. 84 impjegat ieħor fi ħdan l-eks Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali mmexxi minn George Pullicino, kellhom il-kuntratt tagħhom maqlub minn definit għal wieħed indefinit tul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2013. Fost dawn il-ħaddiema hemm il-mara ta' Chris Ciantar is-Segretarju Permanenti li kellu dak iż-żmien il-Ministru Pullicino. 10 11 27 69 84 99 188 252 Il-Ministri u kemm impjegaw waqt il-Kampanja Elettorali tal-2013 Interess massiċċ fil-White Rocks jpisani@mediatoday.com.mt Ara paġna 5 Tkompli f'paġna 2 Qtil ta' tlettax-il sena ilu b'bomba, għadu mhux solvut 932 saru tal-post mal-gvern f 'nofs kampanja elettorali John Pisani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014