Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884
12 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 Ħames Minuti ma' Charmaine Parnis CHARMAINE Parnis bdiet fix-xandir bħala qarrejja tal-aħbarijiet sitt snin ilu. Minn dik l-esperjenza tħajret tidħol għall-kors fl-Università ta' Malta fil-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni fejn iggradwat f 'Diċembru li għadda. Waqt li kienet għaddejja bl-istudju daħlet bħala reporter ma' NET Television fejn issa ilha sentejn tiprattika dan il- qasam li tant jogħġobha. Minbarra dan għandha xogħol ieħor fejn taħdem bħala team leader f 'dipartiment ġewwa bank lokali. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Movimentata. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Dejjem pożittiva - minkejja xi esperjenzi negattivi li għaddejt minnhom fil-passat. Kif tħajjart tidħol fix-xena tat-televixin? L-ewwel impenn tiegħi kien fid-drama wara li lestejt kors ta' tliet snin. Ħadt sehem fis- serje 'Anġli' u 'Santa Monika' f 'partijiet prinċipali. Wara ġiet opportunità li nidħol bħala qarrejja tal-aħbarijiet ma' Net Television u issa ili sitt snin. Esperjenza partikolari li kellek waqt programm u li se tibqa' tiftakar. Kienet esperjenza xejn pjaċevoli! Waqt l-aħbarijiet, li jkun imxandar b'mod dirett, tani ħass ħażin... u l-aħbarijiet waqfu ħesrem. Huwa possibbli li tkun xandar full-time f 'pajjiżna? Xandar fis-sens li tkun taqra l-aħbarijiet biss huwa impossibbli. Preżentatur/preżentattriċi li tammira? Minbarra li hija preżentattriċi ta' programmi fuq ġrajjiet kurrenti, hija fuq kollox ġurnalista u nammiraha għal mod kif tippreżenta - Christiane Amanpour mill-istazzjon CNN. X'tippreferi: is-Sajf jew ix- Xitwa? Bla dubju ta' xejn ix-Xitwa... inkun fl-hena tiegħi f 'temp griż u bix-xita X'jiffrustrak? Nitlef il-paċenzja meta ninzerta xi ħadd isuq bil-mod quddiemi u għal ebda raġuni valida. X'ibeżżgħek? Għandi biża' kbir minn klieb li jkunu jiġġerrew fit-toroq waħedhom. Jaqbadni attakk ta' paniku kif ninzerta wieħed. Kemm hi importanti r-reliġjon f 'ħajtek u għalfejn? Importanti għaliex rawmitni fil-persuna li jien illum. Nemmen ħafna fil-valuri. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Grazzi għal stazzjonijet televiżivi barranin u bl-aċċess għall-mezzi soċjali sirna iktar konxji u niġu influwenzati li nżommu mal-moda. Kien hemm kambjament minn snin oħra. Il-moda tista' tgħid isegwiha kulħadd minn żgħar għal kbar. Kulħadd sar konxju li jrid jidher tajjeb. Kemm tħobb lil pajjiżek? Inħobb ħafna lil pajjiżi... biss kieku tiġini l-opportunità li mmur naħdem barra għal ftit snin neħodha żgur. L-aħħar safra li kellek fejn mort? F'Ġunju li għadda mort tlitt ijiem Siena. Għalija safra proprja hija waħda ta' mill-inqas ġimagħtejn… f 'dak il-każ kienet safra mill-isbaħ sentejn ilu fl- Amerika u l-Karibew. X'inhu s-suċċess fil-ħajja tiegħek? Is-suċċess għalija jfisser li wasalt biex wettaqt dak li xtaqt u ħdimt għalih, minkejja kull ostaklu. L-iktar darba li stħajt f 'ħajtek? Kont qed ngħum u bis-saħħa tal-mewġ, tlajt u ndunajt li tlift it-top tal-bikini! F'dan il-każ xtaqt mhux l-art... imma li l-baħar jiblagħni!! Il-futur ta' Charmaine Parnis... Ma nħobbx nagħmel pjanijiet fit-tul... biss nispera li nkompli b'aktar studji fl-Università u nimpenja ruħi fuq livell ta' Kunsill Lokali fil-futur qarib. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-Gwardjani Lokali – Ir-Riforma u l-Isfida JOSEPH BORG IKTAR ma nisma' u nsegwi kemm nista' dak li qiegħed jintqal dwar ir-riforma tal- gwardjani lokali, aktar nifhem kemm il-gwardjan lokali għal dawn l-aħħar 14 il-sena ġie użat, degradat u f 'ċerti każi kkalpestat intortament minn kritika u mibgħeda inġusta. Għalhekk ma nistax noqgħod lura milli nuri b'sodisfazzjon kbir il-gratitudni tiegħi lejn il-Gvern preżenti b'mod speċjali lejn l-Onorevoli Prim Ministru u xejn inqas is-Segretarju Parlamentari Dr. Jose Herrera li wara li għarblu fil-fond is-sistema tal-infurzar, urew b'mod ċar u determinenti li r-riforma tal-gwardjani lokali għandha taġevola lill-istess gwardjani. B'riżultat ta' sistema tal- infurzar li sfruttat lill-gwardjan lokali, illum il-Poplu fil- maġġoranza kbira tiegħu jiskredita lil dawn l-uffiċjali pubbliċi. Tajjeb li jintqal u dan għandu jintqal frankament li minkejja kull xewqa tal- gwardjan lokali li jkun moderat fl-infurzar, li jagħlaq għajn waħda fejn isib koperazzjoni, li jwissi qabel ma jħajrek, li jeduka qabel ma jinfurza , dan illum il-ġurnata s-sistema preżenti lill-gwardjan lokali ma tħallihx iwettqu. Naqbel perfettament ma' ħafna minn dak li qiegħed jeseġi l-pubbliku mingħand il-gwardjani lokali li jagħmel, imma mhux tort tal-gwardjan lokali li ma jistax iwettqu. Jekk illum il-ġurnata l-gwardjan lokali jeduka u mhux jinfurza, tikkrolla s-sistema għaliex jonqos id- dħul miċ-ċitazzjonijiet, dan id-dħul huwa dovut illum il-ġurnata lir-Reġjuni u jekk ir-Reġjuni ma jkollhomx dan il-qliegħ, l-Aġenziji tal- gwardjani lokali ma jitħallsux u jikber ir-riskju li ma jiħux il-paga l-Gwardjan jew iktar minn hekk jispiċċa mingħajr impjieg. Għalhekk tajjeb li kulħadd ikun jaf x'inhi r-raġuni u għala l-Gwardjan Lokali joħroġ kwantità ta' ċitazzjonijiet b'riżultat li mhux possibbli li jagħlaq għajnejh. Huwa każ magħruf illum il- ġurnata iktar minn qatt qabel li minkejja l-eseġerazzjonijiet ta' ċitazzjonijiet hemm miljuni fi flus li għadhom ma nġabrux. Riżultat ta' dan, il-gwardjan lokali jiġi instigat joħroġ u jżid fin-numru ta' ċitazzjonijiet u għalhekk għalkemm mhux ġustifikat nibdew naraw ħruġ ta' ċitazzjonijiet ripetuti. Huwa sodisfaċenti u wieħed jittama li Gvern jibqa' bl-istess ħsieb li quddiem dawn il-fatti u nasal biex ngħid ereżijiet, li jagħmel tajjeb li jieħu din is-sistema taħt idejh kif ngħid jien kellha tkun mill-bidu. Ma tagħmilx sens u hekk taw il-provi li jkollok Uffiċjali Pubbliċi bil-Liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinfurzaw il-liġi fuq bażi nazzjonali u dawn ikunu marbuta b'sistema iddettata mill-Kunsilli taħt l-operat tal-privat. Jiena nistaqsi liema settur, korp ta' infurzar tal-liġi jew li l-funzjoni tiegħu hija ta' servizz għall-poplu u huwa ristrett u kkundizzjonat kif inhu s-servizz tal-gwardjan lokali. Servizz li l-Kunsilli u r-Reġjuni jridu joffruh lill-poplu, iżda minħabba li l-gwardjani lokali huma taħt aġenzija privata li trid titħallas għal dan is- servizz, l-istess servizz ma jingħatax lill-poplu għaliex l-istess Kunsilli u Reġjuni ma jifilħux iħallsu. Sistema taħt ir-responsabbiltà u mmexxija mill-Gvern dan kollu jispiċċa. Illum is-sistema għandha diversi ndħil u li dan għandu jispiċċa u għalhekk hija għaqlija l-idea mfassla li din is-sistema tkun ċentralizzata u mmexxija minn unit li tneħħi kull setgħa lil kull reġjun li jfassal hu politika kif juża s-servizzi tal-gwardjani lokali. Unit li twassal biex f 'pajjiżna jkollna f 'kull belt u raħal politika waħda addattata l-istess għal kulħadd. Dan iffisser stampa ċara kemm lis-sewwieqa kif ukoll lil kull ċittadin fuq livell nazzjonali. Ħaġa tant meħtieġa u llum is-sistema preżenti ma tippermetihiex. Intqal ukoll li l-Gvern se jieħu riskju meta se jieħu Sistema ta' infurzar f 'idejh u meta se jimpjega b'mod dirett lill-gwardjani miegħu. Qabel xejn dan mhu riskju xejn u għal diversi fatturi. L-ewwel huwa l-fatt li la l-infurzar huwa servizz nazzjonali għandu jkun imreġi mill-Istat. It-tieni fattur hu li l-istess gwardjani lokali diġà huma inklinati li jwettqu dan il-kwalità ta' servizz għax jafu li sejrin ikunu bojja tal- poplu imma ta' servizz għall- poplu. It-tielet fattur għaliex l-istess gwardjani lokali qegħdin japprezzaw li għall-ewwel darba wara 14-il sena sabu Gvern li b'fiduċja fihom se jeġevolahom. Jafu li sabu Gvern li qiegħed japprezza il-ħiliet tagħhom u lest li tagħtihom karriera, jafu li din l-opportunità u l-ħidma mitluba minnhom se tkun tant apprezzata li se jkollhom żieda fil-paga. U għalhekk l-istess gwardjan lokali quddiem dan l-apprezzament min-naħa tal-istat, diġà qiegħed jintqal mill-istess gwardjan lokali li lest jirreċiprokah. Quddiem din ir-reazzjoni pożittiva li diġà tidher fil- beraħ min-naħa tal-gwardjani lokali mhux biss ma narax riskju min-naħa tal-Gvern , imma nara serhan il-moħħ għaliex il-Gwardjan Lokali filwaqt li qiegħed jifhem il-fiduċja li qiegħed juri fih il-Gvern, qiegħed jagħraf kull responsabbiltà li l-istess stat qiegħed jitlob minnu. Kien għalhekk li l-istess gwardjan lokali laqa' b'ferħa u bi ħsieb pożittiv din ir-riforma. Riforma 'l bogħod minn kull indħil preżenti, 'il bogħod minn kull abbuż, 'il bogħod minn kull sfruttar ta' ċitazzjonijiet u kundizzjonijiet imma b'servizz qrib iċ-ċittadin. Fl-aħħar u mhux l-inqas il- poplu jrid jifhem li l-Gwardjan Lokali qatt ma jista' jkun kompliċi fil-ksur tal-liġi u għalhekk meta dan jirriżulta jekk ma ssibx koperazzjoni jrid jinfurzaha. Iżda min- naħa l-oħra l-gwardjani lokali jistgħu jofru servizz ta' ħarsien, protezzjoni u prevenzjoni jekk tkun rispettata l-preżenza tagħhom.

