Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884
28 illum Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Naxxar u Vittoriosa jaqsmu sitt gowls bejniethom Tarxien Rainbows jiksbu rebħa kbira kontra Qormi Tarxien R. ................4 Qormi......................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TARXIEN Rainbows kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Qormi biex b'hekk għamlu pass importanti li jassiguraw posthom fl- ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Tajjeb ngħidu li din kienet ir-raba' rebħa konsekuttiva għar- Rainbows u l-ewwel waħda kontra Qormi matul dan l-istaġun wara li tilfu ż-żewġ logħbiet ta' qabel fil-kampjonat bi skor kbir u ġew eliminati mill- istess tim mill-U*BET FA Trophy wara l-għoti tal- penalties. B'hekk issa r-Rainbows jinsabu fil-quċċata tar- Relegation Pool waħedhom b'21 punt, 3 punti vantaġġ fuq Floriana li iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu mpenjati llum kontra Rabat Ajax. Min-naħa l-oħra wara diversi wirjiet u riżultati ferm pożittivi, din kienet wirja deludenti u diżappuntanti għal Qormi. Tarxien Rainbows kellhom nieqes lil Manuel Caruana waqt li Jonathan Bondin kien nieqes għal Qormi. Kien Carlo Mamo li tefa' lir-Rainbows fil-vantaġġ fid-19-il minuta. Lucas Goncalves da Silva rdoppja l-iskor għalihom fit-63 minuta u Daniel Mariano Bueno għamel l-iskor 3-0 fit-78 minuta. Fil-ħin miżjud Tarxien Rainbows issiġġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' gowl fil-logħba grazzi għal awto-gowl. Tarxien R. - Vella, Mamo, Martinelli, Goncalves da Silva, Toure, Sammut, Menendez Hevia, Bueno, Mifsud, Bonnici, Santos Silva Qormi - Farrugia, Sammut, Vella, Gianola, Pisani, Quintieri, bajada, Da Silva, Grech, Effiong, Pereira da Silva Referee - Adrian Azzopardi CARLO MAMO Twieled fit-23 ta' April 1979 f'Ħal Tarxien Skorja l-ewwel gowl mill-erba' gowls ta' Tarxien Rainbows f'din il-logħba Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Birkirkara, Sliema Wanderers, Marsaxlokk u Tarxien Rainbows Huwa s-Segretarju Ġenerali tal- MFPA Naxxar L ............. 3 Vittoriosa S ......... 3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'LOGĦBA li offriet diversi emozzjonijiet, Naxxar Lions u Vittoriosa Stars qasmu 6 gowls bejniethom f 'parità ta' 3-3. B'hekk il-Lions żammew vantaġġ ta' 3 punti fuq l-iStars fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni. Permezz tal-punt li kisbu, Naxxar Lions ingħaqdu ma' Qormi fit-tielet post tar-Relegation pool bi 17-il punt, tliet punti vantaġġ fuq Vittoriosa Stars. Iż-żewġ kowċis rispettivi kellhom jagħmlu diversi tibdiliet fl-iskwadri tagħhom minħabba n-nuqqas ta' Angus Buhagiar, Thiago Lopes de Souza u Andrew Decesare għal Naxxar Lions waqt li Federico Santaguida, Ousmane Sidibe u Jose Filipe Aguiar kienu neqsin għal Vittoriosa Stars, ilkoll minħabba sospensjoni. Naxxar Lions irnexxielhom imorru fil-vantaġġ grazzi għall-gowl ta' Andre Rocha da Silva wara biss 9 minuti logħob. Clive Brincat ġab l-iskor indaqs għal Vittoriosa Stars fil-35 minuta u doppjetta ta' Oscar Guerrero fil-50 u fit-72 minuta, bit-tieni gowl jasal minn penalty poġġew lit-tim immexxi minn Oliver Spiteri f 'vantaġġ ta' 3-1. B'hekk l-iStars dehru li setgħu jiksbu t-tliet punti iżda Victor Bellia skorja penalty fl-84 minuta biex naqqas il-marġni tal-iskor għal-Lions u żewġ minuti biss wara huma ġabu l-iskor indaqs, meta David Alejandro Reano rnexxielu jsib ix-xibka permezz ta' penalty ieħor biex salva punt prezzjuż għal Vittoriosa Stars. Naxxar L. - Azzopardi, Bakare, Bellia, Cassar (Debono 80'), Da Silva Ribeiro, Debono (Scerri 80'), Drago, Falzon, Reano, Rocha da Silva, Stojanovic (Vignjevic 63') Vittoriosa S.- Muscat, Vella Critien, Torri, Sammut (Bamba 76'), Samir Arab, Martin (Siraj Arab 68'), Guerrero, Spiteri, Pereira (Grech 90'), Brincat, Arriagada Mella Referee - Clayton Pisani OSCAR GUERRERO Skorja doppjetta f'din il-logħba fil-50 u fit-72 minuta, bit-tieni gowl tiegħu jasal minn penalty Qed ikun determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 22 ta' Marzu Chelsea vs Arsenal 6-0 Cardiff C. vs Liverpool 3-6 Everton vs Swansea C. 3-2 Hull C. vs WBA 2-0 Manchester C. vs Fulham 5-0 Newcastle U. vs Crystal P. 1-0 Norwich C. vs Sunderland 2-0 West Ham U. vs Manchester U. 0-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 23 ta' Marzu 14:30 Tottenham H. vs Southampton 17:00 Aston V. vs Stoke C. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 22 ta' Marzu Torino vs Livorno 3-1 Fixtures Riżultati Serie A TIM Il-Ħadd 23 ta' Marzu 12:30 Parma vs Genoa 15:00 Bologna vs Cagliari 15:00 Inter vs Atalanta 15:00 Sampdoria vs Hellas Verona 15:00 Udinese vs Sassuolo 15:00 Napoli vs Fiorentina 20:45 Catania vs Juventus 20:45 Lazio vs AC Milan YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Chelsea jumiljaw lil Arsenal bil-kbir DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

