Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884
Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 29 SPORTSillum Chelsea jumiljaw lil Arsenal bil-kbir Christian Schembri determinat li jkompli jirbaħ LAĦĦAR kompetizzjoni li kien involut fiha wieħed mill-kick-boxers ewlenin f 'Malta, Christian Schembri, kienet dik ta' nhar is-Sibt 8 ta' Marzu fid-dixxiplina tal-K1. Dan kien l-ewwel avveniment fix-xena tal-kickboxing u K1 għal din is-sena, u għalhekk kien mistenni ħafna kemm mill-atleti u kowċis li kienu se jipparteċipaw, u anki mill- partitarji numerużi ta' dan l-isport. Christian Schembri kien qiegħed jistenna dan l-avveniment b'ħerqa kbira, 'il għaliex kien jaf li kien se jiġġieled it-tielet u l-aħħar ġlieda tiegħu ma' Brandon Spiteri, wara li kienu rebħu ġlieda waħda kull wieħed fiż-żewġ kompetizzjonijiet ta' qabel. Bħas-soltu, Schembri pprepara għal dan il-konfront b'serjetà u dedikazzjoni, fejn segwa l-programm ta' taħriġ intensiv li kien jikkonsisti li jitħarreġ kuljum mit-Tnejn sas-Sibt f 'eżerċizzji differenti bħal: rounds mal-punchbag, shadow boxing (tagħti daqqiet fl-arja) u sparring (effettivament tiġġieled ma' sieħbek imma bi protezzjoni kemm għal saqajk, għal rasek, u ingwanti ikbar). Eżerċizzju importanti ħafna ieħor li jagħmel Christian jissejjaħ Pad Work. Dan huwa eżercizzju li jsir bejn il-kick-boxer u bejn il-kowċ tiegħu, fejn hu jżomm f 'idejh Pads b'tali mod li l-atleta jolqothom b'tekniċi u kumbinazzjonijiet differenti. Barra dan, Schembri jipprova wkoll idaħħal sessjoni ta' ġiri ma' dawn is-sessjoijiet fl-istess ġurnata, biex dejjem ikollu iktar nifs. B'din il-preparazzjoni, Christian wasal għall-konfront tiegħu f 'kundizzjoni fiżika u psikoloġika tajba ħafna, u dan wasal biex jagħti prestazzjoni tajba ħafna fil-kompetizzjoni. B'sodisfazzjon kbir huwa saħaq ma' dan il-ġurnal li wara erba' rawnds diffiċli, irnexxielu jirbaħ din it- taqtigha b'deċiżjoni mill-ġurija. Din ir-rebħa fissret ħafna għal Schembri, għax il-ġlidiet ta' qabel wasslu biex bejnu u bejn l-avversarju tiegħu tikber ir-rivalità sportiva tagħhom. Barra minn dan, il-ġlidiet ta' bejniethom iġġeneraw interess kbir mill-partitarji lokali ta' dan l-isport, allura kien sabiħ għal Schembri li ħareġ minn fuq f 'din is-serje ta' ġlidiet. Il-kick-boxer Malti xtaq iżid ukoll li wara din it-taqtigħa, huwa u Brandon Spiteri ħadu b'idejn xulxin u wrew rispett kbir lejn xulxin. Wara din ir-rebħa Christian mill-ewwel beda jħares 'il quddiem u wara tliet ijiem mistrieħ, reġa' beda jitħarreġ, għaliex ftit tal-jiem oħra għandu kompetizzjoni oħra important ħafna fid-dixxiplina tal-K1. Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa, se tiġi organizzata serata ta' Kickboxing, Boxing u K1 minn Smash Muay Thai 8, li hija promozzjoni kbira bbażata fl-Ingilterra u tagħmel avvenimenti madwar id-dinja. Christian ġie mistieden biex jieħu sehem f 'din il-Kompetizzjoni min- naħa ta` Marlon Conrad 'The Game' Hunt, li huwa atleta professjonali ta` suċċess kbir f 'dan l-isport, li rebaħ 11-il titlu Mondjali fil- Kickboxing u K1. Minn barra li huwa qiegħed jorganizza dan l-avveniment, huwa se jiġġieled ukoll għal żewġ titli Mondjali oħra, din id-darba fid-dixxiplina tal-Muay Thai. F'din is-serata se jieħdu sehem boxers u kickboxers Maltin kontra atleti Ewropej. Se jkun hemm ukoll il- boxer professjonali Tyrone 'El Terribile Borg', li se jkun qiegħed jagħmel it-tielet ġlieda professjonali tiegħu. Christian Schembri għandu konfront fuq livell internazzjonali ta` tliet rawnds ta` tliet minuti 'il wieħed, fid-dixxiplina K1, kontra atleta tajjeb u magħruf fix-xena Ingliża, Ian McGowan. Fl-aħħar nett, Schembri xtaq jirringrazzja lill-kowċis tiegħu Master Silvio Camilleri u 'Super' Steve Martin, fejn fi kliemu dawn huma persuni li jtuh għajnuna kbira f 'dan l-isport, u li mingħajr ix- xogħol siewi tagħhom żgur li dan kollu ma jkunx possibbli. Huwa rringrazzja wkoll lil sħabu taż-żewġ klabbs li jattendi fihom: il-Wu Shu Ky Kickboxing u l-Fight Factory Home of Champions tal- għajnuna li jtuh fit-taħriġ tiegħu, lil-ġenituri u lil oħtu tal-għajnuna imporanti li jtuh fil-ħajja ta kuljum, u lill- partitarji tiegħu li Christian Schembri b'wiċċu minn quddiem saħaq magħna li qegħdin ituh appoġġ kbir fil-kompetizzjonijiet li jkun involut fihom. Christian Schembri jkompli jikseb suċċess x-xena tal-kick-boxing lokali CHELSEA umiljaw bil- kbir lil Arsenal meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0 biex b'hekk ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika fejn flimkien ma' timijiet bħal Manchester City u Liverpool qed jitqiesu bħala l-favoriti ewlenin biex jirbħu l-Kampjonat Barlays Premier f 'Mejju li ġej. Il-gowls għal Chelsea waslu minn doppjetta ta' Oscar, Eto'o, Shurrle, penalty ta' Hazard u Mohamed Salah. Arsenal qalgħu daqqa ta' ħarta wara kwarta logħob hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Kieran Gibbs. Rebħa kbira oħra waslet minn Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium kontra Fulham meta għelbuhom bl-iskor ta' 5-0 bil-gowls għalihom jaslu minn żewġ penalties ta' Yaya Toure, gowl ieħor iżda din id-darba mhux minn penalty tal-istess plejer, Fernandinho u Martin Demichelis. Fulham spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fl-54 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Fernando Amorebieta. Fil- konfront bejn Cardiff City u Liverpool rajna xejn inqas minn 9 gowls meta r-Reds kisbu rebħa kbira ta' 6-3 barra minn darhom. Għalihom irnexxielhom isibu x-xibka tliet darbiet is-soltu Luis Suarz, darbtejn Martin Skrtel u darba Daniel Sturridge. Għal Cardiff City skorja doppjetta l-plejer Jordon Mutch waqt li l-gowl l-ieħor għalihom wasal minn Fraizer Campbell. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park kisbu rebħa ta' 3-2 kontra t-tim minn Wales, Swansea City, bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Baines, Romelu Lukaku u Ross Barkley. Min-naħa l-oħra Wilfred Bony u Ashley Williams rnexxielhom isibu x-xibka għal Swansea City. Hull City ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' West Bromwich Albion bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Rosenior u Long fejn tajjeb ngħidu li Nikica Jelavic kien falla penalty fil-11-il minuta. Newcastle United kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Crystal Palace bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Cisse propju fid-90 minuta. Norwich City ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Snodgrass u Tettey f 'temp ta' 13-il minuta. Manchester United barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 2-0 bil-plejer internazzjonali Ingliż Wayne Rooney ikun l-eroj assolut għar-Red Devils f 'din il-logħba meta skorja doppjetta personali fl-ewwel taqsima. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Torino ġewwa darhom fl-iStadio Olimpico għelbu lil Livorno bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għall- Granata jaslu minn tripletta tas-solitu Ciro Immobile waqt li l-uniku gowl għal-Livorno fil-logħba wasal minn Luca Siligardi fid-89 minuta. - Renewal of Subscription of Red Hat Enterprise Linux and Red Hat Directory Server – T002/14 Data ta' ħruġ: 14 ta' Marzu 2014 / Data ta' għeluq: 7 ta' April 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota tal-workshop li se jkun organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana, nhar il-Ġimgħa 28 ta' Marzu d-9.00 ta' logħdu (CET ). F'dawn il- workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt)

