Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil l-Klima Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil l-Klima jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li b'eett min- nhar it-Tnejn 24 ta' Marzu 2014, l-Uċċini tas-Segretarjat Permanenti tal-istess Ministeru imkien mad-direttorati rispettivi ser jimxu mill-Binja Millennia l-Marsa għal Uċini MSDEC, Triq Ħal Qormi, Santa Venera SVR 1301 ( blokka li qabel kienet tiorma parti mill-ex-Skola ta' Umberto Colosso). In-numru tat-telefon ser jibqa' l-istess - 22926200. Lejn tmiem l-era ta' Ecclestone t-tmun tal-F1 FILJIEM li għaddew, il- persuna li jmexxi l-istrutturi tal-Formula 1, Bernie Ecclestone, ammetta għall- ewwel darba li mhuwiex ċert jekk hux se jkompli fit-tmexxija ta' dan l-isport ferm popolari fl-2015 u jista' jirtira qabel iż-żmien jekk mhux se jiġi mħolli jmexxi dan l-isport kif irid hu. Tajjeb ngħidu li Ecclestone ilu jemxxi dan l-isport għal xejn inqas minn 40 sena sħaħ. Illum, Ecclestone jgħodd it-83 sena u f 'Ottubru li ġej jagħlaq 84 sena. Li qed jiffrustra lil Ecclestone huwa l-fatt li qed jitlef il- poter assolut li għandu fuq dan l-isport li ttrasformah minn grupp ta' entużjasti għal industrija li llum tlaħħaq is-somma ta' 5 biljun Sterlina, liema sport jinqabeż biss f 'dak li għandu x'jaqsam finanzi mill-Olimpjadi u mit- Tazza tad-Dinja tal-Futbol. Allegatament Ecclestone ħallas parti minn somma ta' 44 miljun Dollaru Amerikan lill-bankier Ġermaniż biex imexxi l-bejgħ tal-F1 lill- kumpanija kummerċjali li tmexxi l-F1, CVC. Iżda huwa ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u saħaq li kien ġie mqiegħed f 'nasba. Huwa ċaħad ukoll li l-każ li għandu bħalissa fil-Qorti tal-Ġermanja, fejn jekk jinstab ħati jista' anki jeħel il-ħabs, kellu xi influwenza partikolari fuq il-ħsieb tiegħu. Is-sidien kummerċjali tal-F1, CVC, jinsabu f 'taħdidiet ma' diversi kumpaniji fosthom is-sid biljunarju ta' Liberty Media, John Malone, li huwa wkoll is- sid tal-istazzjon televiżiv Euro Sport, biex ibigħ is-sehem tiegħu ta' 35 fil-mija fl-F1 għal madwar 15-il biljun sterlina. U l-azzjoni legali fil- Ġermanja sfurzat lil Ecclestone biex ineħħi d-dittatorjat tiegħu fl-F1 u jħalli l-bord tal-kumpanija kummerċjali li tmexxi l-F1, Delta Topco, taħt it-tmexxija ta' Donald Mackenzie. Iżda sa issa Ecclestone għadu fil- kontroll tal-F1, li l-istaġun tiegħu tal-2014 beda fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bil- Grand Prix tal-Awstralja, għalkemm kollox jindika li l-jiem tiegħu fit-tmun tal-F1 huma magħduda. Il-jiem ta' Bernie Ecclestone t-tmun tal-F1 huma magħduda Malti fit-8 post minn 1,278 triatleta f 'Abu Dhabi WIEĦED mit-triatleti ewlenin f 'pajjiżna, Fabio Spiteri, li matul is-sena li għaddiet ġie vvutat bħala t-Triatleta tas-Sena spiċċa fit-tmien post overall minn 1,278 triatleta u fit-tieni post minn 359 triatleta fil-grupp tal-età tiegħu li kienet dik ta' bejn l-40 u l-45 sena f 'tellieqa internazzjonali ferm importanti tat-triathlon li saret f 'Abu Dhabi nhar is-Sibt 15 ta' Marzu. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess triatleta fejn talbu jagħtina rendikont dettaljat ta' din l-esperjenza unika fil-karriera mill-aqwa tiegħu ta' triatleta. Fabio Spiteri afferma li: "Fil-ftit jiem ta' qabel it- tellieqa, it-temp ma kienx favurina minħabba li kien hemm maltempati tar-ramel u ħafna rwiefen sal-ġurnata ta' qabel it-tellieqa li kien jagħmilha ferm diffiċli biex wieħed jiġri bir-rota li jkollha 'disc wheel'. Fil-ġurnata tat- tellieqa, it-temp kien perfett bi ftit riħ u bis-sħana. Qabel it-tellieqa rnexxieli nieħu b'idejn l-aħwa Brownlee. Jien bdejt minn kareġġjata numru 7 li kienet tinkludi atleti ta' bejn l-40 u l-45 sena, għalkemm jien se nagħlaq 40 sena f 'Ġunju li ġej, però huma jikkalkulaw f 'liema grupp ta' età skont kemm tkun se tagħlaq fis- sena li fiha tkun se ssir din it-triathlon. Kelli bidu perfett permezz ta' ġirja fuq il-bajja ta' quddiem il-palazz tal-Emirates. Sibt ruħi fi grupp żgħir ta' ħames għawwiema u bqajt warajhom. F'ħin minnhom tlift lill-għawwiema hekk kif konna qed ngħumu flimkien mal-għawwiema ta' wave 6 li kienu telqu ħames minuti qabilna. 'Overall', kelli l-aħjar ħin personali fl-għawma f 'ħin ta' 23 minuta u ħames sekondi. Wara dħalt fit-tinda, biddilt il-ħwejjeġ li kelli fuqi, qbadt ir-rota u tlaqt. Kont naf li kont fl-aħjar forma fil-karriera tiegħi fiċ-ċikliżmu u l-fatt li tellaqt fil-high ways ta' Abu Dhabi li nista' ngħid li huma perfetti, ħaffifli kollox. Irnexxieli ntellaq fil-korsa ta' 100 kilometru f 'ħin ta' sagħtejn u 33 minuta b'veloċità medja ta' 39.6 kilometru fis-siegħa. F'dan l-istadju bdejt inħossni ferm tajjeb u bdejt it-tellieqa fuq nota ferm tajba minħabba li kont naf li definittivament kont f 'pożizzjoni tajba. Iżda fil-ħin li fih bdilt it-tellieqa kienu l-11.15am u t-temperatura f 'dak il- ħin kienet ta' madwar 38 ċentigradi, li jfisser sħana kbira li għamlitha diffiċli għalina t-triatleti saħansitra biex nieħdu n-nifs. Dan kien l-ewwel ħin f 'din it-triathlon li fih bdejt inħoss l-uġigħ. Kawża t'hekk sofrejt minn bugħawwieġ fit-tielet kilometru f 'tellieqa ta' 10 kilometri u kelli nistreċċja għal ftit minuti. Irnexxieli ntemm din it-tellieqa diffiċli f 'ħin ta' 42 minuta fejn anki l-aħwa Brownlee li lkoll nafu kemm huma rinomati f 'dan l-isport sofrew f 'din it- tellieqa u spiċċawha f 'ħin ta' 35 minuta. Meta qbiżt il-linja finali kont naf li kont f 'pożizzjoni tajba ħafna minħabba li waqt ir-rotta taċ-ċikliżmu u waqt il-ġirja ħadd ma rnexxielu jgħaddini. Stennejt ir-riżultati finali u b'sorpriża għalija spiċċajt fit-tmien post overall b'ħin ta' 3 sigħat u 46 minuta u fit-tieni post minn 359 triatleti fil-grupp ta' età tiegħi. M'hemmx dubju li se nkun qed nieħu sehem f 'din it-triathon matul is-sena d-dieħla. Kienet tellieqa brillanti għalija." Tfajla Maltija tispikka fl-Ingilterra GĦALKEMM Malta hija mdawra bil-baħar Mediterran u ħafna mit- tfal jitgħallmu jgħumu ta' età żgħira, huwa ta' diżappunt il-fatt li l-bniet li jridu jieħdu l-waterpolo bis-serjetà, għandhom triq diffiċli ħafna, jew almenu sakemm ikun hemm numru biżżejjed li jista' jagħmel differenza. Minkejja li fis- snin li għaddew kien hemm attentati biex isir kampjonat tan-nisa, is-sitwazzjoni llum il-ġurnata hija li għandna kompetizzjoni tan-nisa kbar bi ftit jew mingħajr appoġġ lejn il-bniet li jridu jissieħbu f 'dan l-isport ta' età żgħira. Bħalissa hemm biss sitt ibniet taħt il-ħmistax-il sena, li bilkemm jagħqdu tim bejniethom, li qed jitħarrġu u jilagħbu dan l-isport b'mod regolari fit-timijiet kollha lokali. Mingħajr kampjonat tat-tfajliet, iż-żgħar mhu qed ikollhom l-ebda għażla oħra milli jilagħbu mas-subien. Għalkemm din tista' titqies bħala ugwaljanza bejn is- sessi, mhijiex tgħin lill-bniet jiżviluppaw l-aħjar kapaċitajiet tagħhom. Michela Zammit, tifla ta' 11-il sena minn Birżebbuġa, hija determinata biex tegħleb dan l-ostaklu u qed tagħmel minn kollox biex tibdel din is-sitwazzjoni. Hi tilgħab mal-Exiles SC, li flimkien mal-kowċ Joe Sciortino, qed joffri kull appoġġ biex hi tipprattika kuljum matul is-sena kollha fil-Pixxina Nazzjonali. Matul waħda mil-logħbiet tagħha s-sajf li għadda, it-talent tagħha ġibed l-attenzjoni ta' spettatur u ġiet offruta esperjenza ta' taħriġ fl-Ingilterra. Bl-appġġ tal-ġenituri u tal-iskola tagħha, ħadet l-opportunità u marret l-Ingilterra. Hemmhekk tħarrġet fil-waterpolo kull filgħodu kmieni u attendiet għal-lezzjonijiet ġol-iskola ta' Bolton. Fl-Ingilterra kellha l-opportunità tipprattika mal-bniet ta' taħt l-14, is-16 u t-18-il sena tat-timijiet ta' Tyldesley, Liverpool u Manchester u wkoll mat- tim tan-nisa ta' Manchester. It-tim ta' Manchester rebħu l-kampjonati kollha tan-nisa fl-2013 segwiti mit-tim ta' Liverpool. Minkejja li kienet l-iżgħar tfajla fil-pixxina, Zammit ħalliet impressjoni tajba ħafna u ġiet offruta iktar taħriġ fil-futur u opportunità biex tilgħab fil-kampjonati taż-żgħar u tal-kbar f 'Settembru li ġej. Fabio Spiteri bir-rota ċ-ċirkwit tal-F1 Yas Marina f 'Abu Dhabi Suċċess għal Michela Zammit - Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014