Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 31 SPORTSillum "Kien suċċess tat-tim kollu" – Karl Izzo FUQ fomm kulħadd speċjalment il-pubbliku sportiv fl-aħħar jiem kien hemm it-tim nazzjonali tal-waterpolo li rnexxielu jiskeb in-Nations Cup tal-Waterpolo f 'Dublin fl-Irlanda hekk kif fil-finali għeleb lid-Danimarka bl- iskor ta' 9-8. Barra minn hekk propju ġurnata qabel li t-tim nazzjonali rebaħ din il-kompetizzjoni prestiġjuża fid-dinja tal-waterpolo, it-tim nazzjonali ġie vvutat bħala t-Tim tas-Sena fis-serata finali ta' Ġieħ l-iSport Malti waqt li Karl Izzo ġie vvutat bħala l-aqwa kowċ. U dan wara li kemm l-istess tim nazzjonali u anki Karl Izzo kienu rebħu l-istess unuri waqt is-serata finali tal-għażliet sportivi nazzjonali. Dan il-ġurnal iltaqa' mal-kowċ nazzjonali Izzo biex itina stampa dettaljata ta' x'għadda minnu t-tim nazzjonali tal-waterpolo fl-Irlanda kif ukoll x'fisser dan is-suċċess uniku għall-istess tim nazzjonali. Karl Izzo saħaq li "Ġejna invitati biex nieħdu sehem f 'dan it-tournament prestiġjuż li jsir fl-Ewropa darba fis-sena. Waqt dan it-tournament kien hemm taħdidiiet bejn il-presidenti tan-nazzjonijiet li ħadu sehem (Irlanda/ Wales/ Malta/ l-Isvizzera/l-Awstrija/ id-Danimarka/ir-Repubblika Ċeka u l-iSkozja) bil- possibbiltà li dan jibda jsir darbtejn fis-sena wkoll peress li hemm interess kbir min-nazzjonijiet oħra li jieħdu sehem bħall-Isvezja, il-Polonja u anki timijiet ospiti bħall-Iżrael. Kien tournament mifrux fuq tliet ijiem fejn kull pajjiż lagħab ħames logħbiet. It-tnejn qabel it-tluq tagħna lejn l-Irlanda jien ħabbart il-lista ta' 13-il plejer li kienu se jagħmlu dan il-vjaġġ – fil-lista ma kienx hemm inklużi l-plejer prominenti Stevie Camilleri li weġġa' fl-aħħar logħba li kellu fil-Kampjonat Taljan kif ukoll Alexander Attard li ma setax jivvjaġġa minħabba impenji universitarji. Jordan Camilleri li kellu eżami tal- Università ngħaqad mat-tim il-Ġimgħa filgħaxija fejn tilef l-ewwel żewġ logħbiet kontra Wales u r-Repubblika Ċeka. Għall-ewwel darba għażilt lil Paul Fava li huwa difensur b'saħħtu li xtaqt nipprovah bil-perspettiva tal-Commonwealth Waterpolo Championships li se jsiru f 'Aberdeen fl-iSkozja f 'April u huma l-objettiv primarju għat-tim tiegħi din is-sena. Wasalna Dublin l-Erbgħa wara nofsinhar fejn immedjatament kellna sessjoni ta' taħriġ ta' siegħa u nofs fil-pixxina ta' kulleġġ f 'Dublin u hawnhekk ta' min jirrimarka li ġejna milqugħin tajjeb ħafna u kellna wkoll nies isegwu b'interess is- sessjoni ta' taħriġ tagħna. L-għada filgħodu kellna sessjoni oħra ta' taħriġ ġo l-istess pixxina ta' Dublin, fejn wara l-ikla kellna kowċ li ħaditna Limerick fejn kellu jsir l-8 Nation Tournament. Mal-wasla tagħna morna direttament il-pixxina għal sessjoni ħafifa ta' taħriġ – il-pixxina kienet waħda ferm sabiħa u akkoljenti fl-Università popolari ta' Limerick. L-ewwel logħba kienet kontra Wales, u wara bidu daqsxejn kwiet qbadna ritmu tajjeb u rnexxielna nirbħu bl-iskor konvinċenti ta' 23-8 . Wales bħat-timijiet Brittaniċi kollha ma jkollhomx teknika speċjali imma għawm tajjeb u kontiwu u saħħa fiżika sal-aħħar sekonda tal-logħba. Kienet prestazzjoni sodisfaċenti u issa bdejna nħarsu lejn il- logħba ta' filgħaxija kontra r-Repubblika Ċeka - tim li riċentament ħa sehem fil- kwalifikazzjoni għal Budapest u kellu riżultati tajbin ukoll. Ta' min jgħid li fil-logħba kontra Wales għamilt użu minn 12-il plejer li kollha li kienu għad-dispożizzjoni tiegħi, mingħajr Jordan Camilleri li kien għadu ma wasalx. Filgħaxija lgħabna kontra ċ-Ċeki u mill-ewwel urejna li ġejna hawn biex nirbħu dan it- tournament. Issorprendejna liċ-Ċeki mill- bidu u ma kellhomx risposta għalina, bir-rotazzjoni kontinwa tal-plejers, it-tim baqa' b'saħħtu u spiċċajtha rebbieħa bi skor tajjeb li kien eċċellenti meta tara li lgħabna kontra tim meqjus tamparna. Wara mistrieħ mistħoqq l-għada filgħodu kellna logħba iebsa kontra t-tim tad-Danimarka l-istess tim li rbaħna biss b'gowl meta lgħabna magħhom f 'April ġewwa Odense. Dakinhar aħna kellna wkoll fit-tim lil Stevie Camilleri. Kienet prestazzjoni oħra tal-ogħla livell fejn b'riżultat ta' 7-1 fit- tielet sessjoni urejna l-qawwa kollettiva tagħna u wara bidu inċert fejn konna anki minn taħt u mbagħad b'gowl biss minn fuq fil-bidu tat-tielet sessjoni, spiċċajna b'rebħa konvinċenti ta' 18-9. F'din il- logħba ddebutta wkoll Jordan Camilleri u t-13-il plejer kollha nkluż il-goalkeeper ta' riserva Dean Camilleri f 'xi ħin jew ieħor kienu lkoll fl-ilma. B'dan ir-riżultat ikkwalifikajna bħala l-ewwel tim fil-grupp tagħna u fis- semifinali kellna nilagħbu kontra t-tieni klassifikat tal- grupp l-ieħor li kienu l-home team tal-Irlanda. Quddiem pubbliku numeruż inżilna konċentrati biex inġibu riżultat tajjeb ieħor biex naslu sal-finali. Kienet ir-raba' logħba fi 30 siegħa għat-tim tiegħi, li ma tantx aħna mdorrijin nilagħbu daqshekk logħob f 'daqqa imma l-plejers baqgħu ffukati u rnexxielna nirbħu din is-semi-finali bl-iskor ta' 17-7. Kelli ħafna kliem ta' tifħir għall-mod kif it-tim beda jilgħab minn kowċis u diriġenti ta' nazzjonijiet oħra u dan ma jagħmilx ħlief itini pjaċir u sodisfazzjon għax-xogħol li nagħmlu matul is-sena. Jien assistejt għas-semi-finali ta' warajna bejn id-Danimarka u l-Awstrija biex inkun naf ma' min konna se nilagħbu fil-finali l-għada filgħodu. Id- Daniżi rebħu b'marġni żgħira u b'hekk kellna nerġgħu niltaqgħu magħhom għad- deheb! Kienet finali u kont ċert u konvint li kienet se tkun logħba differenti minn dik fil-grupp. U hekk kienet - kienet il-ħames logħba fi 48 siegħa għalina u t-tim beda jidher għajjien fiżikament u mentalment ukoll. Żvolġiet f 'logħba bilanċjata ħafna u sa nofs il-logħba konna f 'parita ta' 4-4. Irnexxielna nieħdu vantaġġ ta' żewġ gowls sal- aħħar tat-tielet sessjoni u tlieta sa nofs ir-raba' waħda. Żbalji tagħna taw ċans lid- Daniżi jiġu 9-8 bi 30 sekonda mit-tmiem imma għarafna nżommu l-pussess sal-aħħar u b'hekk wara logħba diffiċli u missielta rnexxielna nġibu t-Tazza u midalja tad-deheb lejn Malta. Kien mument ferm sabiħ tara lit-tim kollu jiċċelebra suċċess sabiħ u mistħoqq f 'tournament prestiġjuz u wkoll mingħajr wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa pajjiżna Stevie Camilleri - plejer ferm influenti f 'dan in-Nazzjonal tiegħi! Kien suċċess tat-tim kollu, ma nixba ngħid qatt li l-għaqda li hawn fit-tim hija waħda li qatt ma rajt bħala ġo tim. Il-plejers jilagħbu għal xulxin u huma dejjem ubbidjenti għat-tattika li jien inkun ippreparajt għal kull logħba speċifika. Immexxijin fl-ilma mill-captain eċċezzjonali Niki Lanzon, b'Matthew Zammit f 'forma stupenda fejn kien hemm ħinijiet meta l-oppożizzjoni kellha żewġ plejers iggranfati miegħu, u plejers bħal Michele Stellini, Jordan Camilleri, Jerome Gabarretta, John Brownrigg u Mark Meli ma jiqfux u jikkumplimentaw l-iskwadra inizjali ta' dan in-nazzjonal li kellhom tournament ferm pożittiv. Ta' min isemmi l-kontribuzzjoni siewja ħafna meta kien hemm bżonnhom tal-plejers Dino Zammit, Clint Mercieca, Paul Fava, Timmy Sullivan u l-goalkeeper ta' riserva Dean Camilleri. Fl-aħħar u mhux l-inqas insemmi lill- goalkeeper Alan Borg Cole li kellu wirjiet ferm tajba u kien strumentali fir-rebħa tagħna fil-finali kontra d-Danizi. Fil-fatt huwa ġie vvutat bħala t-tieni l-aqwa goalkeeper tat-tournament", temm jgħid Karl Izzo. It-tim nazzjonali tal-waterpolo f 'Dublin, l-Irlanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014