Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Scerri u l-aħwa Camilleri jirbħu f 'Ta' Qali u Caruana jirbaħ -Imġarr LASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi kienet impenjata b'numru t'attivitajiet mill-Kampjonat ASMK Pasta Poaitti 2013/14. Nhar il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 organizzat ir-raba' programm mill-Kampjonat Muturi Trials fil-Barriera ta' Torri Falka l-Imġarr u nhar l-Erbgħa li għadda fil-Kumpless Sportivi tal- Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali saret ir-raba' attività tal-Muturi Motocross u l-10 attività bil- karozzi Autocross. Intant, nagħtu ħarsa x'ġara nhar il-Ħadd fil-Barriera Torri Falka fejn ġiet organizzat attività oħra mis-sezzjoni Trials fejn fi Klassi A rajna lill-veteran Robert Caruana fuq mutur Gas Gas jiddomina din il-klassi għall-ewwel darba f 'dan l-istaġun. Caruana kiseb vantaġġ tajjeb fl-ewwel erba' sezzjonijiet tant li nqata' mill- kumplament tal-kompetituri l-oħra. Caruana spiċċa rebaħ il-ġurnata b'7 punti ta' penalità inqas mis-segwaċi tiegħu b'total ta' 19-il punt. Caruana kien segwit minn James Zahra fuq mutur Sherco li matul il-ġurnata mar tajjeb f 'diversi sezzjonijiet. Zahra spiċċa l-ġurnata b'26 punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Nick Farrugia fuq mutur Beta b'total ta' 35 punt ta' penalità. Fi Klassi B rajna għal darb'oħra lil Rowen Bonello fuq mutur Beta li ddomina din il-klassi. Matul il-ġurnata Rowen irnexxielu jagħmel sezzjoni waħda clean filwaqt li fil-kumplament mar tajjeb ħafna tant li għalaq il-ġurnata bi 12-il punt biss ta' penalità. Rowen kien segwit minn Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas li għalaq il-ġurnata bi 38 punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Manuel Camilleri fuq mutur Beta b'total ta' 54 punt ta' penalità. Intant, fil-jiem li għaddew l-Assoċjazzjoni kellha ġurnata oħra impenjattiva fejn matul il-ġurnata ġew organizzati aktar tiġrijiet mill-Kampjonati Autocross u Motocross tal- ASMK-Pasta Poiatti. Fuq trakka tajba ħafna tal-Autocross il-korsa offriet ġurnata kompetittiva ħafna fejn ħadd ma rnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex ħalliet il-kompetitur f 'iktar sfida f 'min se jikkwalifika għall-finali tal- ġurnata. Għall-finali Klassi A kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Manuel Muscat u Ryan Scerri t-tnejn fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Galea u lil Muscat jagħmlu ħruġ tajjeb sal-ewwel kantuniera. Muscat kien jidher b'saħħtu iktar minn Galea tant li ħa vantaġġ quddiem iżda Muscat u Galea kellhom kuntatt aċċidentali fl-ewwel kantuniera u kawża ta' dan l-inċident diversi sewwieqa sabu t-triq restritta għal ftit sekondi. Kien Scerri li rnexxielu jieħu t-tmun ta' din il-finali segwit minn Grech, Farrugia u Galea rispettivament. L-ewwel erba' pożizzjoniijet baqgħu hekk sa tmiem it-tiġrija. Scerri ddikjara l-ewwel rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun. Dan kien segwit minn Grech u Farrugia rispettivament. Johnson u Muscat irtiraw mit-tiġrija aktar kmieni. Fi Klassi B ikkwalifikaw Melo Zammit fuq Ford Escort, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Malcom Borg fuq Opel Corsa, Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova u Kurt Sammut fuq Ford Ka. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Borg, Vella u Zammit jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna tant li sal-ewwel kantuniera baqgħu kollha flimkien iżda Vella rnexxielu jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Zammit u Borg. L-attenzjoni marret mill-ewwel fuq Sammut li beda jagħmel pressjoni fuq Martin sakemm Sammut irnexxielu jissuperah. Martin għamel azzjoni anti-sportiva fuq Sammut u mill-ewwel ġie mwissi mir-referee tal-ġurnata. Kawża ta' din l-azzjoni, Sammut tilef post u kellu jkompli t-tiġrija mill-aħħar iżda f 'inqas minn ħamest dawriet rnexxielu jerġa' jieħu postu waqt li Borg kompla javvanza fuq Zammit biex il-finali spiċċat b'Vella rebbieħ, segwit minn Borg u Zammit fit-tieni u t-tielet post. Fir-raba' post spiċċa Sammut segwit minn Jason Martin. Fis-Sezzjoni Motocross erġajna rajna lill-aħwa Camilleri jiddominaw iż-żewġ klassijiet A u B fejn Clayton Camilleri fuq mutur KTM 250cc rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex issiġġilla rebħa oħra f 'dan l-istaġun segwit mill-aħwa Muscat Paul u Trever. Paul Muscat spiċċa fit-tieni post b'66 punt fuq KTM u fit-tielet post daħal Trevor Muscat fuq mutur Honda 250cc li spiċċa l-ġurnata b'60 punt. Fi Klassi B rajna lil Kyle Camilleri fuq Suzuki 85cc li rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex għal darb'oħra rreġistra r-raba' rebħa konsekuttiva f 'dan l-istaġun. Kyle kien segwit mill-Franċiż Pierre Jourdan fuq mutur KTM 150cc b'64 punt u fit-tielet pożizzjoni spiċċa Karl Micallef fuq mutur Honda 250cc b'total ta' 60 punt. Intant l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' tkompli bl- attivitajiet tagħha llum il-Ħadd. Din id-darba l-attività se ssir barra l-Kumpless Sportiv ta' Ta' Qali fejn is-sezzjoni Enduro se tkun qed torganizza r-raba' attività mill-Kampjonat ASMK - Pasta Poaitti 2013/14. L-attività se terġa' ssir fil-Barriera tal- Fawwara, grazzi għal Polidano Group u Schembri Barbros li jagħtu l-opportunità lill- Assoċjazzjoni tagħna biex tagħmel użu mill-Barriera. Dunlop Tyres u Thomas Smith Insurance ukoll jissapportjaw l-attività Enduro. Illum, ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am waqt li t-tiġrija tibda fl-10am. Kull min irid iktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-ASMK jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Jirbaħ l-unur tal-aħjar Ġerrej għal Jannar u Frar NHAR l-Erbgħa li għadda waqt il-programm ta' tiġrijiet taż-żwiemel, is-sewwieq Charles Camilleri ġie ppremjat bħala l-aħjar ġerrej għax-xhur ta' Jannar u Frar. Matul dawn ix-xahrejn saru total ta' 6 programmi li fihom Camilleri saq 37 darba fejn ħareġ rebbieħ 7 darbiet u kklassifika fi 13-il tiġrija. Fl-aħħar programm tax-xahar ta' Frar huwa rnexxielu jirbaħ 3 tiġrijiet. Charles Camilleri għandu 42 sena u s-sena l-oħra kien il-ġerrej tax-xahar t'April. B'aktar minn 3,500 tiġrija fis-serkin u kważi 500 rebħa, Camilleri kien l-aqwa ġerrej tal-Malta Racing Club 4 darbiet fl-2004, 2005, 2006 u 2009 u f 'dawn l-aħħar 4 staġuni dejjem spiċċa fit-tieni post. Bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika. Apparti plakka ta' tifkira, Charles Camilleri ngħata flixkun whiskey Johnnie Walker Red Label, grazzi għall- isponsors M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd u l-Marketing Manager tagħhom is-Sur Alfred Braddick. Charles Camilleri -azzjoni Clayton Camilleri fuq KTM segwit minn Paul Muscat fuq KTM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014