Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 33 SPORTSillum Tkompli l-avventura ta' suċċess ta' Daniel Tanti d-Danimarka ILPLEJER Malti tal- handball li jilgħab fl-irwol ta' goalkeeper u li tajjeb ngħidu li ġie vvutat bħala l-Plejer tas-Sena fil- handball għal dawn l-aħħar tliet snin konsekuttivi, Daniel Tanti, qed ikompli bl-avventura ta' suċċess tiegħu fid-Danimarka fejn qed jilgħab ġewwa Aarhus li hija t-tieni l-ikbar belt fid-Danimarka wara Aarhus. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess plejer fid-Danimarka fejn talbu jagħtina l-aħħar dettalji rigward l-andament tal-Kampjonat Daniż tal- handball kif ukoll x'inhuma l-għanijiet tiegħu għall- futur fil-logħba li tant iħobb. Tanti saħaq li "il- Kampjonat Daniż tal- handball issa daħal fil-qofol tiegħu. Id-differenza bejn il-kampjonat Daniz u dak lokali hija li l-logħba Daniża tintlagħab b'iktar veloċità u b'iktar tattika speċjalment fl-attakk fejn l-azzjoni dejjem tibda minn moviment korali li tinvolvi lit-tim kollu. Madanakollu ma kienx diffiċli li nadatta għal dan kollu anki għall- fatt li l-pożizzjoni tiegħi ta' goalkeeper ma tinvolvix ħafna t-tattika imma biss il-veloċità tal-attakki avversarji. Issa li l-kampjonat beda t-tieni nofs, t-timijiet kollha li nilgħab magħhom fil-klabb li qed nilgħab miegħu qegħdin f 'pożizzjoni avvanzata fejn it-timijiet tat-tieni u t-tielet diviżjoni qegħdin f 'ras il-klassifika filwaqt li t-tim ta' Serie 1 ikkwalifika għall-grupp ta' kwalifikazzjoni fejn min jirbaħ dan il-grupp bejn sitt timijiet jingħata l-promozzjoni għad- diviżjoni li jmiss. Bħalissa t-tim ta' Serie 1 ukoll jinsab fil-quċċata tal-klassifika fejn minn ħames logħbiet tlifna waħda biss u jonqosna ħames logħbiet oħra biex naraw min se jirbaħ it-taqtiegħa għall- promozzjoni. Il-logħob bħalissa sejjer fuq nota tajba kemm għall- kollettiv kif ukoll bħala prestazzjonijiet personali. L-iskola sportiva li qed nattendi fiha qiegħda tgħinni billi sabitli aġent li qiegħed ifittixli klabbs f 'diversi pajjiżi differenti biex inkun nista' nkompli ntejjeb il- livell. Għalissa għadni fi stadju prematur biex ikolli taħdidiet ma' klabbs peress li ħafna minn dawn il-klabbs ikunu qegħdin jistennew il-kampjonat rispettiv tagħhom jispiċċa. Għalkemm dan huwa ċans uniku biex inkompli ntejjeb il-livell barra minn xtutna, hemm ħafna fatturi li jridu jitqiesu u jitkejlu sew. Bl-għajnuna u l-appoġġ tal-familja, tat- tfajla u ta' ħija Joseph Tanti li dejjem mexxieni u għeni fil-passi tiegħi fil-handball, jien ninsab ċert li se jkolli l-opportunità u l-kuraġġ biex inkompli fuq il-passi tal-handball. Filwaqt li waqt li qiegħed id-Danimarka, ppubblikajt paġna tal- Facebook biex inżomm lil dawk kollha interessati infurmati, dalwaqt se jkolli l-opportunità li nippubblika sit elettroniku personali wkoll. Kif għidt diġà qabel, l-għanijiet tiegħi huma li nkompli ntejjeb il-livell u li nagħmel ħilti biex inkompli nilgħab barra minn xtutna. Fil-pjanijiet tiegħi għal dan is-sajf, hemm ċans li nattendi għal xi kampijiet ta' taħriġ f 'pajjiżi differenti wkoll. Għalkemm dawn il-pjanijiet huma ta' piż finanzjajru, jien ninsab ċert li se jkun hemm nies li jibqgħu jissaportjawni u jgħinuni biex il-ħolmiet tiegħi jsiru realtà. Minn dawn il-kolonni nixtieq inħeġġeġ iktar tfal u żgħażagħ biex jibdew jilagħbu din il-logħba movimentata u sabiħa. L-Assoċjazzjoni Maltija tal- handball, li s-sena d-dieħla se tkun qiegħda tibda l-20 sena mill-fondazzjoni tagħha taħdem b'ruħha u ġisimha, kif jagħmlu wkoll ħafna voluntiera oħra fil-kamp tal- handball Malti. Jien nemmen li b'iktar investiment din il-logħba tista' żżid fil- popolarità tagħha fil-gżejjer Maltin u ninsab ċert li b'iktar għajnuna, ikollna plejers oħrajn li jfittxu avventuri ġodda u jkomplu jtejbu l-livell tal-logħba lokali kif ukoll inżidu l-livell tat-tim nazzjonali", temm jgħid Daniel Tanti. Daniel Tanti jġorr il-bandiera Maltija b'suċċess d-Danimarka Michael Myers Keitt u Patricia Bright jimpressjonaw fil-basketball lokali FOST l-iktar plejers barranin li qed jimpressjonaw fil- basketball lokali nsibu lill-plejer Amerikan ta' Bupa Luxol Michael Myres Keitt li ftit tal-jiem ilu sar ir-raba' rebbieħ tal-unur tal-You Shop We Ship Player tax-xahar tal-ewwel diviżjoni meta rebaħ l-unur għax-xahar ta' Jannar. Għal Micheal Myres Keitt dan kien l-ewwel unur individwali tiegħu f 'Malta wara li ngħaqad ma' Luxol fis-sajf li għadda. Matul ix-xahar ta' Jannar, Luxol komplew jissieltu għall- post fil-play-offs u waslu wkoll sal-finali tat-Tazza Louis Borg. Myres Keitt ikkontribwixxa għal dawn il-wirjiet meta skorja 65 punt fejn kellu wkoll żewġ three pointers. Micheal Myres Keitt bħalissa huwa l-aħjar assist-man tal-istaġun fejn għandu medja ta' 4.33 assist kull logħba. Huwa għandu wkoll medja ta' 2.07 steals u huwa wkoll il-ħames l-aħjar rebounder b'medja ta' 11.73 rebounds. Intant, jekk indawru l-ħarsa tagħna lejn il-basketball femminili, fil-kampjonat tal- ogħla diviżjoni tan-nisa qed tispikka l-plejer Amerikana ta' Caffè Moak Luxol, Patricia Bright. Fil-fatt din rebħet l-unur tal-You Shop We Ship Player tax-xahar tan-nisa għax-xahar ta' Jannar. Dan kien l-ewwel unur individwali għal Patricia Bright f 'Malta wara li nqgħqdet ma' Luxol fis- sajf li għadda. Matul ix-xahar ta' Jannar, Luxol komplew bil-wirjiet pożittivi tagħhom fil-kampjonat biex saħħew it- tieni post tal-klassifika u għal waqtiet kienu wkoll fl-ewwel post. Barra minn hekk, huma waslu wkoll sal-finali tas-St. James Hospital knock-out. Bright ikkontribwiet għal dawn ir-riżultati meta skorjat 63 punt u spiċċat bħala l-aħjar skorer femminili għal Jannar b'medja ta' 21 punt kull logħba. Patricia Bright bħalissa għandha medja ta' 1.70 steal kull logħba u 1.15 assists. Hija wkoll it-tielet l-aħjar rebounder tal-istaġun b'medja ta' 12.40 rebounds kull logħba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014