Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 Min hu Mark Spiteri? Għandi 41 sena, minn Tas-Sliema. Naħdem bħala Maniġer fis-settur bankarju. Għandi diversi passatempi fosthom is-safar, insuq il-mutur, u meta nista' nsiefer 'overland' bil-mutur tiegħi. Inħobb ukoll iċ-ċinema u l-films. Nikkunsidra lili nnifsi bħala bniedem estrovert u nħobb niltaqa' ma' nies ġodda. Nipprova mill-aħjar li nista' nkun ottimist fejn inħares lejn il-ħajja dejjem minn lenti pożittiva. Għandi faxxinu kbir lejn il-kultura Asjatika, partikolarment dik Ċiniża. Snin ilu anki mort vaganza ġewwa ċ-Ċina biex niskopri aktar dan il-pajjiż u l-kultura tiegħu mill-viċin. Kienet esperjenza indimentikabbli! Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-Arti Marzjali? Minn meta kont żgħir kienet taffaxxinani l-kultura Asjatika forsi għax naraha differenti sew mill-Kultura Ewropea. Meta bdejt nikber bdejt ninteressa ruħi aktar fl-Arti Marzjali partikolarment fl-istili diversi tal- Kung Fu. Kont nitpaxxa nara dawk il-movimenti magħmulin bi preċiżjoni kważi qishom parti minn xi żifna. Fl-1973 mal-mewt ta' Bruce Lee, il- films tiegħu saru aktar popolari minn qatt qabel. Fis-snin 80, ġewwa Malta, konna narawhom kontinwament fuq l-istazzjonijiet televiżivi Taljani. Dak iż-żmien Bruce Lee kien fil-quċċata tiegħu bħala popolarità u l-mewt tiegħu ħolqot ħafna sensazzjonaliżmu għal diversi snin. Minn meta kont ċkejken kont neħel mat-televixin nara dawn il-films għal diversi drabi. Meta kbirt aktar, mal-ewwel ċans li sibt ingħaqadt ma' klabb lokali għall-ewwel lezzjonijiet tiegħi fl-Arti Marzjali. Fi kliemek spjegalna x'tinkorpora fiha l-Arti Marzjali u x'inhu l-iskop ewlieni tagħha. Il-frażi 'Arti Marzjali' tiġbor taħtha diversi dixxiplini ta' kombattiment bi stili differenti li ġejjin minn partijiet varji tad-dinja. Ġeneralment din il-frażi tirreferi għall-Arti Marzjali li ġejjin mil- Lvant Imbiegħed, bħaċ-Ċina, Korea jew Ġappun. Forsi l-aktar popolari huma l-Kung Fu, il-Karate u l-Ġudo. L-iskop ewlieni ta' kull Arti Marzjali huwa d-difiża personali ('Self-Defence') fejn wieħed jitgħallem kif jiddefendi ruħu f 'diversi sitwazzjonijiet. Però kull stil huwa pprattikat b'modi differenti. B'hekk insibu Arti Marjzali li jiffokaw iktar fuq il-kompetizzjoni, oħrajn aktar fuq is-Self-Defence u oħrajn aktar fuq il-lat intern u psikoloġiku tal-ġisem. Induru issa għall-Kung fu. Spjegalna iktar fuq dan l-istil ta' Arti Marzjali. Jekk wieħed jitkellem dwar il-Kung Fu, dan huwa stil ta' Arti Marzjali li oriġina fiċ-Ċina 'il fuq minn 4,000 sena ilu. Jeżistu ħafna stili differenti fil-Kung Fu, forsi l-aktar popolari huma dawk li jibbażaw fuq il-movimenti tal-annimali. Tajjeb insemmi stili bħal Monkey, Tiger u Dragon. Dawn kollha ġew studjati fuq kif l-annimali diversi jiddefendu ruħhom, biex nagħtu eżempju, l- istil tat-tigra jibbaża ħafna fuq l-aggressività waqt li x-xadina l-aktar li tiffoka huwa fuq ħeffa u aġilità. Meta wieħed jitkellem fuq l-istil Dragon, dak li nipprattika jien, dan huwa bbażat fuq annimal misterjuż, bi 'stances' wesgħin u b'saħħithom, ħafna kicks u movimenti ċirkolari li jintużaw biex igerfxu l-avversarju tiegħek. Ħafna jsostnu li l-Arti Marzjali hija marbuta mal-vjolenza. Huwa minnu dan? Sfortunatament ħafna jibżgħu li jekk wieħed jitħarreġ l-Arti Marzjali jsir vjolenti. Din il-biżà ssibha speċjalment fil-ġenituri ta' wlied li jkollhom interess jibdew jitħarrġu fl-Arti Marzjali. Il-verità hija l-oppost! Aktar ma tiskopri u tkabbar l-ħila tiegħek f 'din il-prattika aktar titgħallem toqgħod 'il bogħod mill-inkwiet u tevitah. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar jirnexxielek iżżomm kalm f 'sitwazzjonijet diffiċli u toħroġ minnhom mingħajr inkwiet. Nemmen li maż-żmien it-tagħlim tal- Arti Marjzali jagħtik ħafna benefiċċji li jgħinuk tgħix ħajja aħjar! U x'inhuma dawn il-benefiċċji? L-għan prinċipali li wieħed jitħarreġ fl-Arti Marzjali huwa dejjem dak li wieħed jitgħallem jiddefendi ruħu. Madankollu, hemm ħafna aktar vantaġġi li wieħed jista' jibbenefika minnhom. Fost dawn insibu, aktar saħħa fiżika, aktar flessibilità ('stretching'), bilanċ u kordinazzjoni fiżika aħjar. Apparti min dawn il- benefiċċji fiżiċi, wieħed jibbenefika wkoll mil-lat psikoloġiku. Dawk li jitħarrġu fl-Arti Marjzali b'mod speċjali fil-Kung Fu, ikunu akar kunfidenti fihom infushom, ikollhom aktar self-control u rispett lejn in-nies ta' madwarhom. B'hekk wieħed jista' jinduna li dan it-taħriġ joffri bilanċ perfett bejn il-lat fiżiku u dak psikologiku. Kif jista' dan it-taħriġ jgħinek f 'sitwazzjoni reali tal-ħajja? Nemmen li wieħed li jkun ilu jipprattika din l-Arti għal ċertu żmien, ikollu ħafna aktar kontroll fuqu nnifsu jekk jiltaqa' ma' sitwazzjoni perikoluża. Bniedem li jkun imħarreġ iżomm aktar kalm fil-ħsibijiet tiegħu u jirnexxielu jikkontrolla aħjar l-azzjonijiet tiegħu b'mod li ma tiggravax s-sitwazzjoni għal xejn b'xejn. Dan jippermetilek tiddefendi ruħek b'mod li ma tużax saħħa żejda fejn m'hemmx bżonn. U f 'dak li għandu x'jaqsam ma' bullying? Sfortunatament, f 'dawn l-aħħar snin qegħdin nisimgħu aktar dwar każijiet ta' bullying u vjolenza domestika. Anki dawn jistgħu jiġu evitati bi ftit ħsieb u prattika. Jekk wieħed jitħarreġ f 'dan il-qasam, ikollu aktar kunfidenza fih innifsu li jgħinu jevita dawn is-sitwazzjonijiet. Bniedem li jħossu aktar kunfidenti fih innifsu jirnexxielu joħroġ minn sitwazzjonijiet ta' bullying b'mod aktar faċli. Niġu issa għall-esperjenzzi personali li kellek fl-Arti Marzjali u li fihom ġieli sibt ruħek f 'ċertu periklu. Xi tgħidilna? Fuq livell personali, kelli xi esperjenzi fejn sibt ruħi f 'periklu u sforz it-taħriġ li kelli matul iż-żmien irnexxieli noħroġ minn dawn is-sitwazzjonijiet mingħajr ħsara u bl-inqas inkwiet. Bla ma tkun taf, it-taħriġ jgħinek iżżomm ruħek aktar kalm f 'dawn s-sitwazzjonijiet u b'hekk tkun aktar ikkonċentrat fl-azzjonijiet tiegħek. B'dan il-mod jirnexxielek toħroġ mis-sitwazzjoni mingħajr ma tiggrava aktar is- sitwazzjoni u bl-inqas inkwiet possibbli. Tajjeb ngħidu li l-aqwa soluzzjoni dejjem hija, li wieħed joqgħod 'il bogħod mill-periklu kemm jista' jkun! Min qed jinteressa ruħu li jibda jipprattika xi tip ta' arti marzjali, x'jista' jagħmel? Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jibgħat imejl fuq info@ maltaselfdefenceacademy.com. jew jaċċessa s-sit elettroniku www. maltaselfdefenceacademy.com, inkella fuq Facebook www.facebook.com/ selfdefencemalta X'messaġġ finali tixtieq tgħaddi lill-qarrejja? Nemmen li l-aktar ħaġa prezzjuża li għandna hija ħajjitna. Il-messaġġ tiegħi jieħu forma ta' appell biex ilkoll nagħrfu kemm huwa importanti li nagħmlu xi tip ta' attività fiżika fil-ħajja tagħna. Sfortunatament illum ninsabu mdawrin minn ħafna affarijiet li jtellfulna l-konċentrament tagħna u jġegħluna ninsew lilna nfusna. Għalhekk nara l-bżonn li wieħed jitgħallem jiddefendi ruħu biex ikun ippreparat għal li jista' jinqala'. Għalkemm Malta huwa kkunsidrat bħala pajjiż sikur ħafna u l-livell ta' vjolenza hija waħda pjuttost baxxa, wieħed qatt ma jista' jkun jaf meta jista' jkollu bżonn jiddefendi ruħu jew lil ta' madwaru. Nixtieq nara aktar persuni jirrealizzaw l-importanza li wieħed jitgħallem jiddefendi ruħu billi jattendi lezzjonijiet fid-Difiża Personali, biex huma wkoll jieħdu vantaġġ minn dan it-tagħlim kemm fiżikament kif ukoll mentalment. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mark Spiteri – Għalliem tal-Kung Fu ġewwa l-'Malta Self- Defence Academy' jaqsam magħna kif l-imħabba tiegħu lejn l-Arti Marzjali għenitu jgħix stil ta' ħajja aħjar bil-għan li jgħaddi din l-istess imħabba lejn diversi tfal u żgħażagħ f 'pajjiżna "L-Arti Marzjali tgħollilek l-istima tiegħek innifsek" "Il-Kung Fu jibbaża ħafna fuq il-mod kif jiġġieldu l-annimali, bħat-tigra u x-xadina "Dawk li jitħarrġu fl-arti marjzali b'mod speċjali fil- Kung Fu, ikunu akar kunfidenti fihom infushom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014