Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 7 Qtil li seħħ 32 sena ilu Leli Zammit inqatel b'daqqa ta' mazza fuq rasu OMIĊIDJU ieħor li s'issa għadu mhux solvut huwa dak ta' Leli Zammit li nqatel f 'xi ħin bejn il-Ħadd, 11 ta' Ottubru u t-Tnejn, 12 ta' Ottubru 1981 meta kien rieqed fuq l-iskuna tiegħu, bl-isem 'Chery II' li kienet sorġuta quddiem il-Power Station fil-Marsa. Kollox kien qed jindika li l-qattiela kienu resqu lejn l-iskuna bi speedboat u għaldaqstant kien hemm suspetti li l-qattiela setgħu kienu barranin. L-aħħar li Zammit deher ħaj kien il-Ħadd, 11 ta' Ottubru ftit wara s-6pm meta ħareġ mid- dar u minn hemm baqa' sejjer lejn il-Marsa biex imur fuq l-iskuna. Zammit x'aktarx li wasal il-Marsa għall-ħabta tas- 7pm meta kien beda jidlam. L-iskuna kienet mgħammra bi kċina, parti oħra fejn jiekol, kamra tas-sodda żgħira u isfel fejn kien hemm il-magna u l-istiva. Meta l-għada Leli ma marx lura d-dar ħuh Salvu mar ifittxu. Huwa wasal il-Marsa għall-ħabta tat-3pm u kif tela' fuq l-iskuna beda jsejjaħ lil Leli iżda ma kienx hemm risposta. Kif Salvu daħal fil-kabina ra lil Leli mitluq fuq is-sodda mingħajr ħajja. Peress li l-vittma kellu ferita f 'rasu, għall-ewwel ħasab li ħuh kien waqa' u ħabat rasu u kif ħassu stordut mar u ntefa' fuq is-sodda u miet. B'xokk fuqu Salvu niżel minn fuq l-iskuna u mar dritt l-Għassa tal-Pulizija tal-Marsa. Fi ftit ħin il-Pulizija waslu fuq il-post u bdew jinvestigaw. Investigazzjoni Meta l-Pulizija bdew jinvestigaw il-każ u eżaminaw il-kadavru, sabu li l-vittma ma kienx waqa' imma dan kien każ ta' qtil. Dakinhar kienu marru s-Supretendent Guido Muscat u l-Ispetturi Anġlu Farrugia, illum Speaker tal-Kamra tad-Deputati flimkien ma' diversi Pulizija oħrajn kemm tad-Distrett kif ukoll mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Kollox kien jindika li Zammit ma offra ebda reżistenza tant li meta nstab kien f 'pożizzjoni li s-soltu jorqod fiha. Huwa kien ingħata daqqa waħda biss fuq rasu b'oġġett iebes, x'aktarx mazza. Il-Pulizija kienu tal-fehma li l-qattiela daħlu fil-port bi speedboat b'muturi kbar li iżda kif resqu lejn l-iskuna fejn kien hemm rieqed Zammit, avviċinaw bil-mod u mingħajr ebda ħoss. Huma trakkaw mal-iskuna min-naħa tal-baħar biex b'hekk ma kinux jidhru min-naħa tax-xatt. Telgħu fuq l-iskuna, fejn x'aktarx li kienu tnejn li telgħu abbord u ieħor baqa' fuq l-ispeedboat. Kif daħlu fil-kabina fejn kien hemm rieqed Leli, wieħed minnhom ta daqqa waħda fuq ras Zammit u qatlu immedjatament. Il-ferita gravi f 'rasu kkawżat emoroġija f 'ras il-vittma li qattlitu mill-ewwel. Iż-żewġ qattiela reġgħu niżlu mill-istess post minn fejn telgħu, għal fuq l-ispeedboat u ħarbu mingħajr ħadd ma ra jew sema' xejn. Il-Pulizija dejjem ħadmu fuq it-teżi li dawn kienu qattiela professjonali li kienu mqabbdin minn xi ħadd hawn Malta. Fuq l-iskuna l-Pulizija ma kienu sabu l-ebda traċċa u ma kien hemm l-ebda taqlib ta' xejn. Litteralment il-qattiela ma kienu ħallew ebda traċċa warajhom. Il-ħin u l-arma li ntużat f 'dan il-qtil juru l-professjonalità u l-metodu ta' qtil "mafjuż". Sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-qattiela riedu jaħarbu minn fuq il-post, kif ukoll mill-pajjiż, mingħajr ma jagħtu fil-għajn. L-istess sorsi jemmnu li kien għalhekk li ma ntużatx arma tan-nar biex ma jkun hemm l-ebda ħoss li seta' jiġbed l-attenzjoni. Kienu jafu eżatt fejn riedu jolqtuh biex lanqas hu ma jilħaq jgħajjat. B'hekk il-ħarba saret ukoll bil-kwiet u mingħajr ma qajmu suspett ta' xejn. Li kieku l-qattiela għamlu xi tip ta' storbju, dan seta' ġibed l-attenzjoni kemm ta' xi ħadd li seta' kien għaddej mill- inħawi kif ukoll tal-għassiesa u l-ħaddiema tal-Power Station, dawk li kienu jaħdmu ta' Bezzina u ta' Cassar Shipyards. Tant kien qtil professjonali li l-Pulizija ma sabu xejn x'jelevaw minn fuq l-iskuna bħalma huma marki tas-swaba' jew xi ħaġa li b'xi mod setgħet titfa' xaqq ta' dawl. X'kien qal Anġlu Farrugia L-Ispeaker tal-Kamra tad- Deputati, Anġlu Farrugia, dak iż-żmien kien Spettur fil-Korp tal-Pulizija stazzjonat mad-DIK u kien wieħed mill-investigaturi f 'dan l-omiċidju. Dr Farrugia kien qal li Zammit kien wieħed mill-ftit sajjieda li dak iż-żmien kien joħroġ ħafna 'l barra mill-kosta. Ftit sajjieda kienu jmorru daqshekk 'il bogħod. Għaldaqstant Zammit kien għamel ħafna kuntatti ma' sajjieda barranin l-aktar sajjieda Sqallin. Meta bdew jinvestigaw dan id-delitt kienu sabu li Zammit kellu kuntatti ma' sajjieda min-naħa ta' Ragusa u Licata li jinsabu fin-naħa ta' isfel ta' Sqallija. Dak iż-żmien il-Pulizija ma eskludewx il-fatt li Zammit seta' wkoll kellu konoxxenza ta' persuni li hu min għalih li kienu sajjieda barranin, iżda fil-fatt dawn kienu jmorru fuq il-baħar biex jagħmlu negozju ieħor bħalma huwa kontrabandu. Leli Zammit seta' kellu kuntatt u ħbiberija mas-sajjieda li hu lanqas biss kien konxju tat-tip ta' negozju li kienu qegħdin jagħmlu ma' dawn il-kuntrabandisti. Meta l-Pulizija kienu daħlu aktar fil-fond fl-investigazzjonijiet, irriżultalhom li Zammit kellu nies qrib tiegħu li kienu Sqallin. Kien jemmen li nqatel għax beża' Investigatur ieħor f 'dan il-każ kien l-eks-Supretendent Guido Muscat ukoll fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Guido Muscat kien intiż ħafna bil-mod kif kienu jaħdmu l-kriminali Taljani dan għax huwa kellu kuntatti tajbin ħafna mill-Italja, speċjalment minn Sqallija, dwar ċerti kriminali Sqallin u l-mod kif dawn joperaw. Dak iż-żmien il-Pulizija kienu jemmnu li dan kien qtil ta' vendetta. Leli Zammit żgur li ma kienx ta' xi xkiel għal xi ħadd jew kien qiegħed joħloq xi theddida għal xi ħadd partikolari. Iżda l-probabbiltà hija li Leli ma kienx wasal fuq xi tip ta' negozju, għax forsi ma riedx li jidħol bejn il-basla u qoxritha, u għalhekk il-mafja ordnat il-qtil tiegħu bħala vendetta. Punt kurjuż kien li minkejja li l-investigaturi kienu konvinti li involuti kien hemm Sqallin li qatlu lil Zammit, qatt ma marru Ragusa biex jaraw jekk setgħux iġibu xi informazzjoni minn hemm. Anġlu Farrugia kien qal li l-Pulizija qatt ma marru Sqallija għax fl-ebda ħin ma kellhom xi indikazzjoni min kienu l-persuni involuti. Kienu jemmnu li kienu grupp ta' persuni minn żoni partikolari, iżda mhux min kienu l-individwi. Appell Qed nappellaw biex jekk xi ħadd għandu xi informazzjoni, avolja għaddew 32 sena, huwa mitlub li jgħaddiha lill-Pulizija jew iċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. L-iskuna kienet sorġuta quddiem il-Power Station tal-Marsa John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt L-iskuna li fuqha sar id-delitt, ma kienet instabet l-ebda traċċa tal-qtil professjonali bi stil mafjuż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014