Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 19 Kollox jgħaddi min irid ikun jaf jista' jaqra artiklu 48, dan assolutament mhux minnu. Hemm diversi ċirkostanzi kostituzzjonali fejn il-Prim Ministru jrid jikkonsulta mal-Kap tal- Oppożizzjoni, iżda mhux wieħed minnhom. Meta ntebhu li żbaljaw jew li mhux kulħadd jibla' kull ma jisma', bdew idawru d-diska. Bdew jgħidu li dan ma kienx obbligu iżda konswetudni. Meta lill-Avukat Ann Fenech għedtilha li dan ma kienx minnu flok b'umiltà ammettiet l-iżball, "on air" litteralment bgħatitni naħsel għajni! Arroganza tipika ta' dawk li kien hemm qabilha. Il-problema tal- Oppożizzjoni hi li fejn jaqblilha hija legalistika u fejn trid le. Iżda tal-inqas meta tipprova tkun legali għandha tkun preċiża. Suppost hija l-aktar ħaġa faċli għall-Amministrazzjoni li hija komposta minn seba' avukati. Iżda lanqas dan mhu jiġri. Għaliex il-filosofija predominanti fit-tmexxija tal-partit Nazzjonalista hija li kollox jgħaddi. L-anqas jintebhu li meta jieħdu din l-attitudni jkunu qegħdin joffendu li dawk li għandhom moħħ biex jaħsbu u li għandhom dixxerniment politiku. Jaħsbu li ħadd mhu informat jew intelliġenti biex jintebah bl-ineżattezzi tagħhom. Hemm tendenza fost il- klassi legali li jaħsbu li jifhmu f 'kollox. Jiena mhux eskluż. Għalhekk tajjeb li jkollok taħlita ta' nies li jkunu intiżi f 'diversi materji. Il-problema tal-Partit Nazzjonalista hi, li għandu wisq avukati li mhumiex preċiżi f 'dak li suppost għandhom jifhmu u jitkellmu daqslikieku jifhmu fuq ħwejjeġ li ma jifhmux. L-aktar li spikkat din ix- xorta ta' preżunzjoni teknika kien fil-qasam tal-enerġija. Spikkaw b'mod partikulari Beppe Fenech Adami, Ann Fenech u l-kandidata Therese Comodini Cachia. Dawn it-tlieta jitkellmu fuq ir-riskji tekniċi ta' Power Station taħdem bil-gass f 'Marsaxlokk daqslikieku kienu inġiniera jew esperti fil-kimika. Beppe, bħali avukat tal-Awla. Ann Fenech tifhem f 'xi bejgħ ta' vapur mentri Therese taħdem l-aktar f 'kawżi kostituzzjonali dwar teħid ta' propjetà mingħajr kumpens. B'dan kollu bit-tixjir ta' ritratti f 'idejhom, ritratti meħudin mill-ajru u ħafna disinni superimposti u immaġinarji, jitkellmu dwar kalamiti nukleari u splużjonijiet appokalittiċi daqslikieku kienu l-assistenti ta' Albert Einstien. L-aħħar ktieb dwar il-kimika li qabdu b'idejhom kien meta għamlu l-eżami tal-O' Level tal-Chemistry, dejjem jekk kienu għażlu dan is-suġġett! Huma konvinti li għall- poplu Malti kollox jgħaddi. Li għadhom ma fehmux hu li dawk iż-żminijiet. Għadhom ma fehmux li din il-logħba ntilfet fl- aħħar elezzjoni. L-Inginier marrittimu Paul Cardona fil-programm Dissett għamel din l-osservazzjoni: kif dawn l-avukati saru jifhmu fi ħwejjeġ li mhumiex il- qasam tagħhom u li huma tekniċi għall-aħħar? Bil-pulit qallhom, tkellmu dwar dak li tassew tifhmu: fil-liġi! Għadhom jemmnu li jekk tbeżża' tirbaħ, meta illum in-nies qegħdin iffittxu soluzzjoni għall-problema li fniethom: enerġija rħisa u nadifa. Il-poplu Malti m'għadux dak ta' 50 sena ilu. M'għadekx tista' twerwer la bin-nar tal- infern u lanqas bil-babaw! Għalkemm illum mhux kollox jgħaddi, dak iż-żmien issa għadda. Republic Street, Valletta next to the Courts Il-problema tal-Partit Nazzjonalista hi, li għandu wisq avukati li mhumiex preċiżi f 'dak li suppost għandhom jifhmu u jitkellmu daqslikieku jifhmu fuq ħwejjeġ li ma jifhmux - Toni Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014