Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884
Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 23 Kummercjali GO tirreġistra sena oħra ta' profitti b'saħħithom ILKUMPANIJA GO plc ħabbret profitt qabel it-taxxa ta' €15.6 miljun u cash generation mill-operat ta' €39.6 miljun għas-sena finanzjarja 2013. Il-kumpanija qed tipproponi dividend ta' €0.07 nett qabel it-taxxa. Waqt l-indirizz tiegħu lill- istockbrokers wara li tħabbru r-riżultati, iċ-ċermen ta' GO plc Deepak Padmanabhan qal, "L-2013 kienet sena oħra pożittiva għal GO, minkejja l-kompetizzjoni u l-miżuri tar-regolatur li komplew jieklu mid-dħul. Fil-fatt l-użu mis- servizzi tagħna, jiġifieri l-linja fissa tat-telefon, il-mowbajl, l-internet u t-TV, kompla jikber u l-kumpanija żiedet ukoll in-numru tal-klijenti tagħha b'1% li laħaq iktar minn 500,000 konnessjoni għall-klijenti. In-numru dejjem jikber ta' klijenti li qed jaddottaw għall- bundle tas-servizzi tagħna hu vot ta' fiduċja fil-portafoll tal-prodotti tal-grupp u jkompli jinkuraġġixxi lil GO biex tkompli miexja lejn strateġija li twassal valur tanġibbli lill- klijenti tagħha. Din l-istrateġija tgħin biex twassal livelli tajbin ta' dħul, profitt u flus iġġenerati mill-operat prinċipali tagħna. Fl-isfond ta' dawn ir-riżultati kuraġġanti u balance sheet b'saħħitha, il-Bord tad-Diretturi qed jirrakkomanda li matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali li jmiss, l-azzjonisti japprovaw il-ħlas ta' dividend nett ta' €0.07 għal kull sehem." Dan ir-riżultat pożittiv inkiseb minkejja tnaqqis żgħir ta' 4% fid-dħul tal-Grupp ta' €122.1 miljun. Dan kien affettwat bejn minħabba tnaqqis fil-prezzijiet miġjuba min-natura tas-suq kompetittiv u kemm mit- tnaqqis fid-dħul aktar baxx mill- bejgħ bl-ingrossa, li jinkludi r-roaming, hekk kif ir-regolaturi jkomplu jawtorizzaw tnaqqis sinifikanti fit-tariffi inter- operaturi b'mod partikolari għat-terminazzjoni ta' sejħiet fuq in-netwerks tal-mowbajls. Il-prestazzjoni reżiljenti ta' GO ssaħħet bi tnaqqis ta' 3.5% fl-ispejjeż ta' bejgħ, amministrattivi u spejjeż oħra relatati, li fl-2013 ammontaw għal €102.4 miljun (fl-2012 ammontaw għal €106.1 miljun). Dan kien riżultat ta' enfasi fuq l-immaniġjar tal-ispejjeż inġenerali, fosthom dawk relatati mal-impjegati u ċertu spejjeż li jorbtu direttament mal- attività ta' bejgħ. Yiannos Michaelides, il-Kap Eżekuttiv ta' GO, qal, "Grazzi għall-isforz kbir li qed isir mill-impjegati kollha, il-GO mill-ġdid kisbet riżultati b'saħħithom, minkejja l-isfidi li tiffaċċja l-industrija tagħna. L-objettiv tagħna li ninvestu fin-nies u fit-teknoloġija biex inkunu nistgħu nwasslu l-aqwa prodotti fis-suq u servizz eċċellenti lill-konsumaturi qed iwasslu għal riżultati tajbin. L-użu tas-servizzi kollha tagħna u l-livell ta' sodisfazzjon tal- klijenti komplew jieħdu xejra 'l fuq. Dan kollu flimkien mal- isforzi kontinwi li qed nagħmlu fl-immaniġġjar tal-ispejjeż qed jawgura futur aħjar. L-imgħaref maġiċi ta' Kellogg's Coco Pops KELLOGG'S qed tniedi sett ta' erba' mgħaref maġiċi ġodda fil-pakketti taċ-ċereali popolari tagħha Coco Pops. Dawn l-imgħaref maġiċi jibdlu l-kulur dak il-ħin stess skont jekk il-ħalib hux kiesaħ jew sħun. "Għand Kellogg's għandna l-impenn li dejjem naraw kif nistgħu noħolqu mezzi ġodda u kreattivi biex ngħinu lit-tfal jieħdu pjaċir bil-kolazzjon ta' filgħodu. Fl-istess waqt noħolqu metodi sempliċi biex inrawmu drawwiet fost il-familji li huma utli għas- saħħa. Dawn l-imgħaref il-ġodda li jibdlu l-kulur huma biss eżempju wieħed ta' kif il-kolazzjon ta' kull filgħodu jista' jkun attività divertenti u delizzjuża," qal il-kelliem għall- Kellogg's. Għall-ġenerazzjonijiet sħaħ iċ-ċereali Kellogg's Coco Pops ipprovdiet kolazzjon li t-tfal iħobbu u jfittxu. Apparti milli jipprovdi numru ta' nutrijenti, dan iċ-ċereali delizzjuż hu sors tajjeb ta' fibra għat-tfal. "Hu fatt magħruf li l-fibra għandha rwol importanti fid-dieta tat-tfal. Għaldaqstant xi drabi jista' jkun diffiċli għall-ġenituri biex jiċċekkjaw jekk it-tfal tagħhom humiex qed jieklu l-fibra meħtieġa. Kolazzjoni biċ-ċereali ta' Kellogg's miżjud bil-ħalib ser isserraħ l-imħuħ tal-ġenituri li t-tfal qed jieklu kuljum sors bnin ta' fibra b'togħma tajba," żid il-kelliem għall-Kellogg's. F'kull pakkett ta' Kellogg's Coco Pops qed tingħata mgħarfa maġika b'xejn. L-offerta hi valida sakemm jispiċċa l-istokk. Just Musicals 6... il-kunċert annwali tant mistenni ILKUNĊERT tant mistenni li l-Kumpanija Teatru Rjal ittella' ta' kull sena reġa' magħna. Propju l-weekend li ġej, is-Sibt 29 fis-7.30pm u l-Ħadd 30 fis- 6.30pm fl-Istitut Kattoliku din il-kumpanija se ttella' spettaklu mużikali ieħor Just Musicals 6 b'temi mużikali li żgur jolqtu l-gosti ta' kulħadd. Fl-ewwel parti tal-ispettaklu nagħtu tislima xierqa lil tliet esponenti kbar tal-mużika Maltija Sammy Bartolo, Dominic Grech u Toni Gauci l-Kampanjol billi nisimgħu bosta siltiet mir-reportorju vast li huma kellhom fosthom Xemx, Inti Djamant, l-Aħħar Bidwi f 'Wied il-Għasel, Qalb ta' Kampanjol, il-Bajja tal-Mellieħa u bosta oħrajn. It-tieni parti fuq burdata mużikali differenti nisimgħu siltiet mill-West Side Story, mużika ta' Andrew Lloyd Webber u fl-aħħar u żgur mhux l-anqas kunċert bil- mużika tal-musical eċċezzjonali li tant kiseb suċċess f 'Londra, Priscilla, Queen of the Desert. Jieħdu sehem uħud mill-aqwa kantanti Maltin, Leontine, Mark Tonna, Dorothy Bezzina, Janvil, Glen Vella, Debbie Vella, Tiziana, Ivan Debattista, Jeffrey Scicluna, Neville Refalo u ma jistax jonqos it-tfal ta' Sammy Bartolo, il-Bartolo Sisters. L-arranġamenti mużikali saru kollha minn Maestro Joe Brown li wkoll imexxi l-orkestra live li takkumpanja lill-kantanti waqt l-interpretazzjoni tagħhom tal-kanzunetti. Il-produzzjoni u direzzjoni artistika hija f 'idejn Pawlu Testa, li jieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam mal- ispettaklu. Il-Kumpanija tagħlaq l-istaġun twil tagħha ġimgħa wara, fil-5 u 6 t'April billi tippreżentalna kummiedja oħra brillanti b'tislima lil Lino Grech, Barrin u Friefet. Il-booking huwa miftuħ mill- Booking Office u Bar tal-Istitut Kattoliku, Carmen Azzoppardi, Tereża Bazaar u Pawlu Testa Travel (21223340 /99476468). Wieħed jista' jibbukkja wkoll online billi jidħol fuq www. istitutkattoliku.com jew www. kumpanijateatrurjal.com li wkoll hawn isib l-informazzjoni kollha fuq il-produzzjonijiet mtella' minn din il-kumpanija. Nawgurawlkom aktar divertiment mal-Kumpanija Teatru Rjal. Magħref li jibdlu l-kulur Uħud mill-parteċipanti tas-serata GO qabżet il-500,000 konnessjoni

