Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 23 ta' Marzu 2014 Kummercjali Banif Bank ilaqqa' l-maniġment għall-Annual Strategy Meeting ILKAPIJIET u l-maniġers ta' Banif Bank attendew għal- laqgħa li ssir ta' kull sena, fejn tkun diskussa l-istrateġija u l-pjan tal-Bank għas-sena li tkun għadha kif bdiet. Grupp ta' ħamsin impjegat li jmexxi u jikkoordina x-xogħol fil-Banif semgħu x'se tkun il-viżjoni tal-Bank għall-2014, u l-miri ta' kull dipartiment għas-sena li għadha kif bdiet, u kif dawn il-pjani se jkunu implimentati. L-avveniment hu wieħed annwali fejn il-Bank ilaqqa' t-tim maniġerjali tiegħu fil-preżenza tad-diretturi, u li jservi bħala eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-operat tal-Bank fis-sena li tkun għadha kif għaddiet u tintuża bħala pjattaforma biex ikun diskuss il-pjan korporattiv tal- Organizzazzjoni. Il-laqgħa nfetħet miċ-ċermen tal-Bank Dr Michael Frendo li tkellem fuq is-sitt snin ta' kisbiet li għamel il-Bank fejn il- marka Banif ikkonsolidat ferm, fi sfond ta' ekonomija diffiċli u suq kompetittiv għall-aħħar. Waqt li kull dipartiment għandu l-impenn li jkun aktar effiċjenti u li jinvesti fl-impjegati tiegħu, huma se jħaddnu strateġiji partikolari li se jgħinuhom jimxu 'l quddiem u jtejbu l-effettività u l-kompetenza. L-għan aħħari hu li l-Bank jibqa' jagħti servizz eċċellenti lill-klijenti tiegħu u jibqa' jiżviluppa firxa wiesgħa ta' soluzzjonijiet finanzjarji li dejjem għamlet lill-Bank differenti mill-oħrajn. "Banif Bank m'għadux start-up imma qiegħed jaqdi persentaġġ sinifikanti tas- suq lokali," qal Joaquim F. Silva Pinto, Kap Eżekuttiv ta' Banif Bank (Malta) plc. "F'din il-fażi partikolari tat- tkabbir tagħna qed inkomplu nirrevedu l-operat tagħna biex intejbu l-produttività u l-pożizzjoni tagħna fis-suq. Għandna programm ambizzjuż għall-2014 li jinkludi l-ftuħ ta' aktar fergħat u li nsaħħu r-relazzjonijiet mal-klijenti tagħna li fl-aħħar mill-aħħar huma l-qalba tal-operat tagħna. L-esperjenza u l-impenn tat- tim eċċellenti tagħna jfisser li m'għandna l-ebda dubju li se nilħqu l-miri tagħna. Aħna sodisfatti ħafna bir- riżultati li ksibna s'issa, u dawn jixprunawna 'l quddiem waqt li dejjem naspiraw għal aktar!" Memoriam – il-programm ta' marċi funebri b'għan nobbli MEMORIAM hu kunċert ta' marċi funebri li ser ikun qiegħed jittella' nhar il- Ġimgħa 4 t'April 2014 fil- knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu (ta' Ġieżu) fir-Rabat. Dan il-kunċert qiegħed ikun organizzat minn grupp ta' bandisti voluntiera li ġejjin minn diversi każini tal-baned differenti. L-għan ta' dan il- kunċert hu li nużaw it-talenti tal-bandisti Maltin, flimkien mad-dilettantiżmu ġenerali Malti għall-marċi funebri għall-għan nobbli li ngħinu entità filantropika. Fil-fatt, wara li l-ewwel edizzjoni tas-sena l-oħra, bl-isem ta' 'Tifkira', ġiet organizzata bil-għan li tiġbor fondi għad-Dar tal- Providenza, din is-sena ġie deċiż li l-fondi jinġabru għall-Multiple Sclerosis Society. Din l-NGO taħdem biex tgħin persuni li jsofru mill-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis, kundizzjoni li tattakka s-sistema nervuża, u li tista' taffettwa iktar minn parti waħda tal-moħħ jew l-ispina. Sfortunatament, din il-kundizzjoni għadha mhix kurabbli s'issa u agħar minn hekk, kulħadd jista' jkun vittma tagħha. Għaldaqstant, it-tim organizzattiv ta' Memoriam qed jagħmel dan il-kunċert biex jgħin lil din l-għaqda żgħira takkwista ftit fondi biex tkun tista' tilħaq l-għanijiet tagħha, u toffri l-appoġġ meħtieġ lill-membri tagħha li qed isofru minn din il- kundizzjoni. L-għażla mużikali għal dan il-kunċert ser tkun tikkonsisti f 'marċi funebri minn kompożituri Maltin ħajjin, mejtin u barranin. Flimkien mal-banda, li ser tkun taħt id-direzzjoni ta' Mro Lesley Tabone, ser jieħu sehem ukoll il-kor tat-tfal ta' Romina Vella. Memoriam mhuwiex biss programm mużikali funebri, imma huwa wkoll opportunità li bit-talent tal-bandisti, li tgħallmuh mill-każini, jiġi mgħejjun ħaddieħor li jinsab fil-bżonn. Barra minn hekk, saret ukoll inizjattiva biex is-Sibt 8 ta' Marzu, grupp ta' bandisti, familjari u ħbieb marru jagħtu d-demm flimkien. It-tim ta' Memoriam ġentilment qiegħed jistieden lil kulħadd biex jattendi għal dan il-programm u flimkien tkun saret xi ħaġa sabiħa, ġabra żgħira ta' fondi sabiex tingħata għajnuna lil din l-għaqda tant fil-bżonn. Memoriam se jittella' nhar il-Ġimgħa 4 t'April 2014 fil-knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu (ta' Ġieżu) fir-Rabat mit- 8pm 'l quddiem. Għal iktar informazzjoni nħeġġuk iżżur il-paġna fuq Facebook www. facebook.com/memoriam. team. Irbaħ abbonament ta' sena Interactive TV b'xejn ma' GO GO nediet kompetizzjoni ġdida fuq il-paġna ta' Facebook tagħha www. facebook.com/go.com.mt biex tippremja lill-klijenti tagħha. Il-premju li qed ikun offrut hu abbonament ta' sena b'xejn mal-GO Interactive TV u Samsung TV ta' 40 pulzier minn Sound Machine Digital. Il-kompetizzjoni l-ġdida tiffoka fuq ix-sharing ta' għażla ta' xows ta' GO Interactive TV imxandra fuq l-istazzjonijiet GO Stars, Fox, Fox Life u GO Sports HD. Biex wieħed jieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni, l-utent tal-Facebook għandu jagħfas like fuq il-Facebook page ta' GO, jagħżel il-kompetizzjoni 'Share and Win', idaħħal id- dettalji tiegħu, jagħżel wieħed mix-xows ta' GO Interactive TV u jagħmel share. Kuljum sat-2 ta' April. Persuna waħda ser tkun magħżula u tingħata mistoqsija. Jekk dik il-persuna tagħti r-risposta t-tajba, l-isem jiddaħħal fil-lotterija għal permju l-kbir li ser jittella' nhar is-7 ta' April. Ma hemmx limitu fuq kemm-il darba persuna tista' tieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni. Din il-kompetizzjoni qed issir flimkien mal-offerta Limitless Home Pack fejn dawk li jabbonaw ser igawdu mill- promozzjoni ta' GO Interactive TV b'xejn għal sitt xhur. GO Interactive TV joffri 100 stazzjon b'għażliet innovattivi bħal catch up, re-start, rewind u record. Il-Limitless Home Pack Interactive jipprovdi wkoll internet downloads u telefonati għal linji ta' GO bla limitu. Claire Galea, Maniġer tad- Digital Marketing & Portals ma' GO, qalet, "Permezz tal- paġna tagħna fuq Facebook, GO qed tagħmel l-aħjar li tista' biex tikkomunika b'mod interattiv mal-klijenti kollha tagħha b'kitbiet informattivi u divertenti. B'mod konsistenti qed iniedu kompetizzjonijiet li huma divertenti u fl-istess waqt nippremjaw lill-klijenti tagħna bi premijiet sbieħ. Din id- darba ser inkunu qed nagħtu Samsung TV ta' 40 pulzier u abbonament ta' sena b'xejn mal-GO Interactive TV. Ser ikollna aktar kompetizzjonijiet bi premijiet sbieħ fil-ġimgħat u xhur li ġejjin." Għal aktar tagħrif wieħed jista' jċempel fuq il-Freephone 80072121 jew iżur is-sit www.go.com.mt għal aktar dettalji. Kumpaniji jissieħbu biex isebbħu istituzzjonijiet tal-karità F'MALTA, id-19 ta' Marzu hi festa pubblika, u bosta Maltin iqattgħu din il-ġurnata rilassati jew inkella jgawdu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta' San Ġużepp f 'diversi lokalitajiet. Imma għal mijiet ta' impjegati minn seba' kumpaniji Maltin din kienet ġurnata ta' xogħol volontarju b'risq il-komunità. Minn kmieni filgħodu, madwar 400 voluntier li huma impjegati ta' Farsons Group, Forestals Group, HSBC Malta Foundation, MSV Life, Munich Re, Tumas Group u Vassallo Group issieħbu flimkien biex isebbħu l-ambjenti f 'diversi djar u istituzzjonijiet tal- karità bħala parti mill-Jum ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR Day) ta' din is-sena. Aktar għajnuna matul il-ġurnata ngħatat mill- Junior Chamber International, l-Ordni Sovran Militari ta' Malta, u r-Red Cross Malta. Id-djar residenzjali u l-istituzzjonijiet li bbenefikaw minn din l-attività kienu jinkludu id-Dar Merħba Bik, iċ-Ċentru Taħriġ ta' Aġenzija Sapport, il-Fondazzjoni St. Jeanne Antide, Young People's Unit, il-Fondazzjoni Wens, id-Dar ta' San Ġużepp, u l-Fondazzjoni Arka f 'Għawdex. L-Arċisqof Mons Paul Cremona u l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli żaru l-voluntiera u rringrazzjaw lill-impjegati għad-dedikazzjoni u mpenn tagħhom għal din il-kawża ġusta. Ix-xogħlijiet varjaw minn tibjid u żebgħa ta' ħitan, għal xogħlijiet strutturali, tisbiħ u ġardinaġġ. Ix-xogħol kollu kien sponsorjat minn fond komun wieħed li nġabar mill-organizzazzjonijiet li ħadu sehem f 'din il- ħidma. "Nemmnu li hi r-responsabbiltà korporattiva tagħna li nagħtu kontribut lis- soċjetà, mhux biss bl-għajnuna finanzjarja, imma wkoll billi noffru l-ħin u l-enerġija tagħna. Sena wara sena, CSR Day qed dejjem tkabbar il-ħidma u dan jagħmilna kuntenti li qed noffru daqqa t'id f 'xogħlijiet ta' manutenzjoni biex nipprovdu ambjent isbaħ. Nilqgħu kull organizzazzjoni oħra li għandhom interess li tissieħeb magħna f 'din il-kawża ġusta," qal Mark Watkinson, Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta. Madwar 400 voluntier taw daqqa t'id f 'Jum ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva b'risq l-istituzzjonijiet tal-karità madwar Malta u Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014