Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 €145,000 lil eks deputat mill-bordijiet tal-gvern EKS Deputat Nazzjonalista tħallas €145,000 minn gvernijiet differenti mmexxija minn Lawrence Gonzi, bħala membru ta' bosta bordijiet li nħatar fuqhom. Dan l-eks Deputat huwa Louis Cuschieri. Cuschieri kien kandidat mal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1981, 1987, 1992, 1996 u tal-1998. Huwa kien elett fil-Parlament fl-1992. Wara li fl-1998 ma kienx elett, Louis Cuschieri ma baqax jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista. Minflok huwa nħatar fuq diversi bordijiet tal-gvern fejn tħallas mal- €145,000. Minn informazzjoni li għandu ILLUM bejn l-2004 u l-2012 Louis Cuschieri tpoġġa fuq xejn anqas minn seba' bordijiet differenti. Matul dan il-perjodu l-eks deputat Nazzjonalista nħatar fuq diversi bordijiet tal-ETC, fuq bord tal-AirMalta u fuq bordijiet differenti li kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal- Gvern Lokali. Fl-ETC l-eks deputat Nazzjonalista kien fil-Board Fees, fil-Board Members Extra Duties, membru wkoll fir- Re-Imbursement of Expenses Board u fl-Apprenticeship Committee Fees. B'kollox mill- Bordijiet tal-ETC l-eks deputat Nazzjonalista tħallas xejn anqas minn €89,000. Tul is-snin kemm dam fil-bordijiet tal- ETC l-ħlasijiet li rċieva Louis Cuschieri raw żidiet sostanzjali minn sena għal oħra. Fl-2005 bħala membru tal- Board Members Extra Duties huwa tħallas 18-il darba aktar minn kemm kien ingħata s-sena ta' qabel bħala membru fuq dan l-istess bord. Fl-istess ħin minn fost il-membri tal- bord, il-ħlas tiegħu kien dejjem l-ogħla. Fl-2006 u fl-2008 saħansitra l-ħlas tiegħu kompla jiżdied fuq dak li kellu. Bejn l-2004 u l-2012 Cuschieri nħatar ukoll fuq il-bord tal-kumpanija Selmun Palace Hotel Company Limited sussidjarja tal-Air Malta p.l.c., bord li kien responsabbli mil-lukanda Selmun Palace, u li GonziPN baqa' qatt ma rnexxielu jbiegħ. L-eks deputat Nazzjonalista ħa €18,867.96 oħra minn fuq dan il-bord. Fl-2006 l-eks Deputat Nazzjonalista kompla jinħatar f 'aktar bordijiet. Fil-fatt għal sitt snin sħaħ, Louis Cuschieri serva fuq żewġ bordijiet li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Tpoġġa ċermen tal-Local Enforcement System Committee u nħatar ukoll membru fil-Local Wardens Disciplinary Board. Minn dawn iż-żewġ bordijiet Cuschieri tħallas aktar minn €20,000. F'intervista li tat aktar kmieni din is-sena lil ILLUM il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech kienet qalet li fil-maġġoranza kbira tal- ħatriet li saru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, dawn saru fuq il-bażi tal-meritokrazija. Mal-MaltaToday f 'Diċembru li għadda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien saħansitra ddikjara li gvernijiet Nazzjonalisti kienu impekkabli fl-applikazzjoni tal- meritokrazija. Bejn l-2004 u l-2012 Louis Cuschieri tpoġġa fuq xejn anqas minn seba' bordijiet differenti Stħarriġ juri li 44% huma kkontaminati Jinsistu għall-ikel u x-xorb nadif, mingħajr l-użu tal-bexx JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt ILĠIMGĦA ta' Azzjoni Kontra l-Bexx (Pesticide Action Week) hija attività annwali li ssir f 'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja. Din l-attività li oriġinat fl-2006 fi Franza hija miftuħa għal kulħadd bil-għan li teduka lill-pubbliku dwar il-ħsara li jagħmel l-użu tal-bexx filwaqt li tippromwovi alternattivi oħrajn. Il-kampanja ssir fl-ewwel għaxart ijiem tar- rebbiegħa meta jerġa' jibda jintuża l-bexx. Din is-sena Malta wkoll daħlet għal din l-isfida. Fil-fatt il-Fondazzjoni ta' Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider, l-għaqda Slow Food Malta, l-għaqda Green Drinks Malta, kif ukoll il-Moviment għall-Ikel Nadif qed jaħdmu flimkien biex matul din il-ġimgħa jittellgħu bosta attivitajiet f 'pajjiżna wkoll. Marika Tabone li tifforma parti mill-Moviment għall-Ikel Nadif, spjegat mal-gazzetta ILLUM li fost l-għanijiet ta' din l-Azzjoni hemm li jiżdiedu l-għarfien dwar il-bexx u t-tniġġis tal-ambjent u l-effett li dawn għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem. "Iżda mhux se nieqfu hemm biss. Se nagħmlu kampanja pożittiva billi ninformaw lill- pubbliku dwar alternattivi oħra biex b'hekk jinħoloq moviment favur dinja aktar nadifa mingħajr bexx." Tabone qalet li biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, matul l-għaxart ijiem fil-bidu tar- rebbiegħa, li jibdew mill-20 sat-30 tax-xahar ta' Marzu, jitwaqqfu bosta attivitajiet bla ħlas li huma miftuħin għall- pubbliku. Normalment fil-pajjiżi li jidħlu għal din l-isfida u jingħaqdu mal-Azzjoni Kontra l-Bexx, isiru għadd ta' taħdidiet, wirjiet, 'workshops', konferenzi, turija ta' films u ġranet li fihom il-pubbliku jkun mistieden li jżur rziezet organiċi. "Kulħadd jista' jieħu sehem f 'din il-ġimgħa ta' informazzjoni. Fil-fatt kull sena mijiet ta' nies, għaqdiet mhux governattivi, bdiewa, kumpaniji, għalliema, u oħrajn iwaqqfu attivitajiet varji," sostniet Tabone. Din l-attività twaqqfet oriġinarjament fl-2006 mill- organizzazzjoni Franċiża Générations Futures u llum il-ġurnata ssir f 'aktar minn 16 il-pajjiż madwar id-dinja. F'Ġunju 2013 l-organizzazzjoni 'Friends of the Earth Europe' ippubblikat stħarriġ fejn inġabru kampjuni tal-urina mingħand voluntieri magħżula minn 18-il pajjiż fl-Ewropa. Minn dan l-istudju rriżulta li medja ta' 44% tal- kampjuni kienu kkontaminati minn tip ta' bexx –'glyphosate'. Malta f 'dan l-istħarriġ ġiet fuq quddiem flimkien mal- Ġermanja, l-Ingilterra u l-Polonja bl-aktar rati għoljin ta' kontaminazzjoni. Il-voluntiera kollha kienu jgħixu f 'ibliet u ħadd minnhom ma kellu kuntatt dirett ma' bexx fiż-żmien li fih sar l-istudju li kien bejn Marzu u Mejju 2013. Tabone qalet li aktar kemm jingħaqdu pajjiżi, aktar joħroġ b'saħħtu l-messaġġ ta' din il- kampanja. M'hemmx għalfejn tinvesti ħafna flus f 'din il- kampanja. Kull azzjoni żgħira kemm hi żgħira tgħodd ukoll. Kulħadd jista' jagħti s-sehem tiegħu. "Sfortunatament, b'xi mod aħna lkoll għandna kuntatt mal-bexx kemm fl-ikel li nikkonsmaw, l-ilma li nixorbu u l-prodotti li nużaw fil- ġonna jew fid-djar tagħna. Il-bexx iħalli impatt qawwi fuq l-ambjent u fuq saħħitna. L-aktar gruppi vulnerabbli huma n-nisa tqal u t-tfal." Għal aktar informazzjoni dwar il-Ġimgħa ta' Azzjoni Kontra l-Bexx wieħed jista' jżur is-sit www.pesticideactionweek. org. Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar l-attivitajiet li qed jsiru hawn Malta tista' tibat imejl lil info@greendrinksmalta.org. Medja ta' 44% tal-kampjuni tal-urina f 'pajjiżi Ewropej kienu kkontaminati minn tip ta' bexx Il-Qorti tordna li jiġi pospost il-funeral ILFUNERAL ta' Lisa Maria Zahra, it-tifla ta' 15-il sena li nstabet mejta fil-jiem li għaddew wara li waqgħet minn għoli f 'Ħad-Dingli, ġie pospost fuq ordni tal- Maġistrat. Il-Qorti ddeċidiet li l-funeral ta' Zahra, li mietet b'mod traġiku l-Erbgħa li għadda, ma jsirx għalissa u dan biex isiru l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa qabel ma ssir id-difna. Mistoqsi biex jagħti aktar informazzjoni fuq din id-deċiżjoni, kelliem għall- Pulizija ta' Malta qal li bħalissa qiegħda ssir l-inkjesta maġisterjali u l-Pulizija mhix f 'pożizzjoni li tagħti aktar informazzjoni. Zahra nstabet mejta f 'Ħad-Dingli l-Erbgħa wara nofsinhar. Hi kienet irrapurtata nieqsa flimkien ma' Erin Tanti ta' 23 sena li għadu f 'qagħda kritika fl- isptar Mater Dei. Tanti nstab fl-istess post li nstabet Zahra. Lisa Maria Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014