Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 5 Is-sawm fir-Randan fl-2014 Sawm mill-internet u s-siti soċjali, milli nuqqas mill-ħelu u televixin MIN ma jikolx laħam u min ma jiħux ħelu. Oħrajn jevitaw ix-xorb alkoħoliku jew jaraw inqas televixin. Ħafna huma dawk li waqt dan iż-żmien tar-Randan jagħmlu xi forma ta' sawm. Min hu konvint minn dak li qed iwettaq u min jagħmel dan is-sawm sabiex ikompli fuq it-tradizzjonijiet ta' missirijietna. Skont il-liġi kanonika, l-obbligu ta' sawm u astinenza huma biss jumejn fis-sena: Ras ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira. Minkejja dan, bosta huma dawk li jsumu wkoll f 'Jum id-Duluri li tiġi ċċelebrata eżatt ġimgħa qabel il-Ġimgħa Mqaddsa. Jum id-Duluri jiġi ċċelebrat il-ġimgħa qabel Ħadd l-Palm. Obbligati għall-astinenza huma dawk li għalqu l-14-il sena waqt li obbligati għas- sawm huma dawk li għalqu t-18-il sena. Eżenti mis-sawm huma dawk minn 60 sena 'il fuq jew huma morda, jew inkella għandhom xi ħtieġa oħra li titlob li jinkiser is-sawm. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' xi individwi dwar is-sawm fir-Randan. Staqsejnihom x'jaħsbu dwar l-idea li wieħed isum u jekk din hix sempliċiment mentalità antika. Fuq kollox, huma jsumu? Catherine Aquilina, ġurnalista mal-RTK qalet li m'hemmx bżonn tistenna r-Randan biex issum jew inkella tagħmel penitenza. Tajjeb li tul is-sena tiċċaħħad minn ċertu affarijiet jew inkella tillimitahom. "Bħal kważi kull ħaġa oħra, naħseb li tlifna l-veru sens tal-penitenza. Ħafna jirriduċu s-sawm u l-penitenza għal li toqgħod lura mill-ħelu, sigaretti, alkoħol, laħam, televixin, internet u ħafna iktar affarijiet materjali. Dawn huma s-sawm li mdorrijin nagħmlu. Possibbli ma nistgħu naħsbu f 'xejn aktar?" Aquilina qalet li dan l-aħħar semgħet bil-frażi li laqtitha ħafna, lir-Randan hu bħall- iSpeed Camera, jiġifieri jgħinek tnaqqas mill-veloċità li tkun għaddej biha, jikkalmak mill-ġenn ta' kuljum u jġiegħlek taħseb dwar fejn wasalt f 'ħajtek. Tajjeb li b'mod partikolari f 'dan iż-żmien tas-sena nagħmlu ftit eżami tal- kuxjenza u naraw kif inbidlu l-valuri tagħna (jekk inbidlu), liema huma l-punti ta' dgħufija tal-karattru u x'nista' nagħmel aħjar, qalet Aquilina. Meta l-gazzetta ILLUM staqsiet lill-ġurnalista x'tagħmel bħala sawm, hi wieġbet li bħalissa ġlieda magħha nniffisha biex tipprova tgħid iktar il-kelma 'grazzi'. "Inqatta' iktar ħin ma' tal- familja, nqis sew il-kliem li ngħid, nammetti meta għandi tort, napprezza iktar is-sabiħ tal-ħajja, insib dak il-ftit ħin tul il-ġurnata fejn imqar b'talba żgħira, nkun viċin iktar ta' Ġesù," sostniet Aquilina. Dun Luke Seguna, li huwa magħruf għal kemm iżomm ruħu aġġornat qal li iktar milli temmen bis-sawma, tajjeb li wieħed ikollu ċar f 'moħħu xi jfisser is-sawm. Il-Knisja tpoġġi quddiemna dawk li sa minn dejjem kienu meqjusin it-tliet pilastri tar-Randan. Dan huma it-talb, is-sawm u l-karità. Dun Seguna sostna li żgur hija mentalità antika li wieħed jgħid, "sum għax minn dejjem hekk qalulna!" "Tkun ħasra kbira jekk xi ħadd li jħaddan il-Fidi Kattolika, ma jitgħallimx, sa minn età żgħira, x'inhu l-iskop tas-sawm," qal Dun Seguna. Hu qal li llum nistgħu nkunu kreattivi ħafna dwar kif inrażżnu x-xewqat tagħna jew inkella dak kollu li jagħtina pjaċir, biex ma nħallux dawn il-pjaċiri jieħdu dominanza fuq ħajjitna. "Eżempji prattiċi huma li tagħmel xi ħin kuljum mingħajr aċċess għall-internet jew siti soċjali. Allura jekk ħriġt ma' qraba u ħbieb, ikolli aktar ċans li nitħadded magħhom." Dun Seguna qal li ġieli jħalli l-aħħar gidma minn xi platt tajjeb li jkollu quddiemu, speċjalment jekk ikun xi ikel li jħobb ħafna. "Ġieli nagħmel mezz li nqum kwarta qabel is-soltu u dik il-kwarta ngħaddiha fit-talb. Sal-aħħar tar-Randan hekk inkun iggwadanjajt sigħat sħaħ ta' talb iżjed mis-soltu," temm jgħid Dun Seguna. Sergio Fenech, seminarista fil-ħames sena ta' formazzjoni qal li meta wieħed jisma' l-kelma "sawm" ħafna drabi tiġi f 'moħħu "li ma tikolx ħelu", jew "ma tikolx laħam nhar ta' Ġimgħa". Imma s-sawm huwa xi ħaġa iktar minn hekk. Jekk inti tħares lejn is-sawm bħala xi ħaġa ta' żmien in-nanniet jista' jkun li għax f 'moħħok jiġuk dawn il-ħsibijiet u għalhekk tarah xi ħaġa ta' meta kont żgħir. Fattur ieħor huwa għax narawh bħala tbatija bla bżonn. It-tbatija mhux ta' min jieħu gost biha u din hija verità, sostna s-seminarista Fenech, imma jibqa' l-fatt ukoll li t-tbatija hija parti mill-ħajja tagħna. Għalhekk is-sawm ifakkarna u jippreparana għal dawk il-waqtiet li fihom aħna ħa nbatu biex nagħmlu t-tajjeb. "Is-sawm ifisser li wieħed jiċċaħħad minn xi ħaġa li għalih saret kumdità li diffiċli tgħaddi mingħajrha. Ngħid għalija b'mod personali huwa l-użu tal-internet. Għalhekk għal dan ir-Randan għażilt li wara d-9pm ma nużax internet. Nistqarr magħkom li stagħġibt bija nnifsi kemm ħassejtha diffiċli speċjalment biex nippjana l-ħin tax-xogħol li jkolli nagħmel bħala student biex nagħmlu f 'ħin ieħor u mhux f 'dak il-ħin." Fenech qal lis-sawm jidher importanti u relevanti meta wieħed jagħraf il-veru sens warajh. Dan għax is-sawm ifakkarna fil-limiti tagħna u fil-bżonn ta' Alla. Hu sostna li permezz tas-sawm wieħed jagħraf ukoll jikkontrolla lilu nnifsu u jimmatura fl-għażliet tiegħu speċjalment meta wieħed ikollu jbati biex jagħżel it-tajjeb. "Is-sawm ikabbarna wkoll fl-imħabba għall-oħrajn. Dan għaliex wieħed jitgħallem ma jpoġġix dejjem il-bżonn tiegħu fl-ewwel post; xi kultant il-bżonn ta' ħaddieħor jeħtieġ li jiġi qabel tiegħu," temm jgħid Fenech. Sergio Fenech Catherine Aquilina Luke Seguna Jeroma Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt "Il-kelma 'sawm' forsi tfakkarna biex ma niklux laħam jew ħelu, iżda llum tagħmel iktar sens li niċċaħħdu minn dawk l-affarijiet li jtuna gost u jiddominawna, bħal m'huma l-internet u s-siti soċjali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014