Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278
Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 31 SPORTSillum Daqqa ta' ħarta kbira għal Chelsea Iċċelebrati 80 Sena ta' storja permezz tat-Tazza l-Kbira taż-Żwiemel ILLUM se jingħata bidu għall-aktar avveniment importanti fil-kalendarju tat-trott Malti – It-Tazza l-Kbira li se tkompli għada u nhar it-Tnejn il-31 ta' Marzu. Din is- sena l-isponsors ta' dan il-Kampjonat se jkunu l-Bank of Valletta. It-Tazza l-Kbira hija l-unur li kull sid u ġerrej jaspira li jniżżel ismu fuqha għax fiha jikkompetu l-aqwa żwiemel tal- pajjiż. Din is-sena hija aktar speċjali mis-snin l-oħra peress li huwa t-80 anniversarju minn mindu saret l-ewwel edizzjoni fl- 1934 u li kienet intrebħet minn Frise Poulet. Sintendi dak iż-żmien din kienet issir fil-Korsa l-Antika. Għalkemm ilha 80 sena ssir, però minħabba diversi raġunijiet din ma saritx kull sena hekk kif din reġgħet bdiet terġa' tiġi organizzata b'mod regolari mill-2008. Din is-sena nkitbu total ta' 61 żiemel u li ġew imqassma f 'ħames tiġrijiet li minnhom l-ewwel sitta jikkwalifikaw għas-semi-finali. Fost dawn il-61 żiemel hemm ħamest idwieb u nistgħu ngħidu li b'kollox hemm żwiemel li ġejjin minn tmien pajjiżi differenti – 33 Franċiżi, 17 Svediżi, 5 Ġermaniżi, 2 Taljani kif ukoll Belġjan, Olandiż, Amerikan u Daniż. Fl-edizzjoni ta' din is-sena se jiddebuttaw tmint iżwiemel ġodda. Fosthom, insibu wkoll lir-rebbieħ tas-sena l-oħra Nabab du Chatelet. It-30 żiemel li jgħaddu għall-fażi tas-semi-finali jerġgħu jkunu fl-azzjoni l-Ħadd 13 t'April fejn jinqasmu fi 3 tiġrijiet u minnhom l-ewwel 4 jgħaddu għall-finali li ssir il-Ħadd 27 t'April. Din is-sena l-fond tal- premjijiet se jkun wieħed rekord bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet tat-80 anniversarju. Fil-fatt fil- finali biss se jitqassmu total ta' €8,000 fejn ir-rebbieħ ser jieħu €4,250, tat-tieni €2,000, tat-tielet €1,000, tar-raba' €500 u tal-ħames €250. Total ta' €9,600 oħra jitqassmu fi premjijiet għall-heats u s-semi finali. Iż-żwiemel finalisti tingħatalhom ukoll għata kommemorattiva li joħorġu biha għall-parata. Is-sid rebbieħ minn barra li jkollu d-dritt li jżomm it-Tazza l-Kbira għal sena jingħata trofew kommemorattiv li din is-sena ser ukoll ikun wieħed speċjali. Il-Malta Racing Club (MRC) xtaq jirringrazzja lill-kumpanija b.e.d u lid-direttur tagħha Samuel Agius Livori li ħa ħsieb id-disinn tal-logo kommemorattiv li se jkun qed jintuża matul dawn il-ġimgħat. Is-sidien taż- żwiemel li jispiċċaw mit- tieni sal-ħames post ukoll jirċievu trofew. Il-Malta Racing Club bħal kull sena għal dakinhar qed iħejji programm speċjali li joffri spettaklu għall- familja kollha. Minn naħa tiegħu s-CEO tal-Bank of Valletta s-Sur Charles Borg qal li din mhux l-ewwel darba li l-Bank of Valletta qed jassoċċja ruħu mat-tiġrijiet taż-żwiemel peress li fil- passat diġà kien sponsorja xi kampjonati oħra. Il-BOV dejjem kien ta' sostenn lill-eċċellenza fl-isport u għalhekk ma setax jonqos li jassoċċja ruħu mal- aqwa tiġrija fil-kalendarju tal-Malta Racing Club. Meta wieħed iħares lejn il-kwalità ta' żwiemel miktuba, m'hemm l-ebda dubju li l-pubbliku ser jikkonkorri bi ħġaru kemm dawk diġà dilettanti kif ukoll oħrajn li ser jieħdu l-okkażjoni li jżuru l-korsa għall-ewwel darba. Il-Malta Racing Club xtaq jieħu din l-opportunità sabiex jawgura lis-sidien u l-ġerrejja kollha li se jipparteċipaw f 'dan il- kampjonat. Dr Matthew Brincat u Charles Borg bil-BOV Tazza l-Kbira taż-Żwiemel CHELSEA qalgħu daqqa ta' ħarta kbira f 'dak li għandu x'jaqsam mat- tamiet tagħhom li jirbħu l-kampjonat hekk kif sorprendentament meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom tilfu bl- iskor minimu ta' 1-0 kontra t-tim ferm inferjuri ta' Crystal Palace bil-gowl waħdieni għal Palace fil-logħba jasal minn awto-gowl sfortunat ta' John Terry fit-52 minuta. Intant Manchester City barra minn darhom fl- Emirates Stadium kisbu punt f 'parità ta' 1-1 kontra Arsenal bil-gowl għalihom jasal minn David Silva fit-18-il minuta waqt li Arsenal ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Mathieu Flamini fit-53 minuta. B'hekk issa s-City jinsabu żewġ punti biss taħt il- leaders Chelsea iżda għandhom żewġ logħbiet inqas mit-tim immexxi minn Mourinho u għalhekk jinsabu fost il-favoriti li jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra fi tmiem l-istaġun. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford kisbu rebħa kbira ta' 4-1 kontra Aston Villa bil-gowls għar-Red Devils jaslu minn doppjetta ta' Wayne Rooney bit-tieni gowl tiegħu jasal minn penalty, Juan Mata u Javier Hernandez propju fid-90 minuta. Min-naħa l-oħra Aston Villa kienu marru fil- vantaġġ permezz ta' Ashley R. Westwood fit-13-il minuta. Southampton ġewwa darhom ukoll kisbu rebħa kbira ta' 4-0 kontra Newcastle United bil-gowls għalihom jiġu skurjati minn doppjetta ta' Jay Rodriguez u gowls kull wieħed għal Rickie Lambert u Adam Lallana. Stoke City ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Hull City bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Peter Odemwingie fit-62 minuta bl-istess plejer jiġi ammonit propju ftit wara li rnexxielu jsib ix- xibka. Swansea City ġewwa darhom f 'Wales kisbu rebħa ta' 3-0 kontra Cardiff City bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' De Guzamn f 'temp ta' 8 minuti biss u gowl ta' Wayne Routledge fil-75 minuta. West Bromwich Albion u Cardiff City qasmu 6 gowls bejniethom f 'parità ta' 3-3 bil-gowls għal WBA jaslu minn Amalfitano, Dorrans u Bifouma waqt li t-tliet gowls ta' Cardiff City waslu minn Mutch, Caulker u Mats Moeller Daehli. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Bologna ġewwa darhom tilfu bl-iskor ta' 2-0 kontra Atalanta bil-gowls għat-tim minn Bergamo jaslu minn Giuseppe De Luca u Marcelo Estigarribia f 'temp ta' erba' minuti biss eżattament fit-22 minuta u fis-26 minuta rispettivament.