Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278
32 illum Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Taqbeż il-200 gowl ma' Hibernians FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet waħda mill- plejers ewlenin fil-futbol femminili, Dorianne Theuma, qabżet il-200 gowl tagħha ma' Hibernians fejn skorjat il-201 gowl tagħha mal-Pawlisti waqt li fl-avventura li għamlet ma' Mosta kienet skorjat xejn inqas minn 95 gowl ieħor. B'hekk s'issa Theuma skorjat xejn inqas minn 296 gowl fl-ogħla diviżjoni tal-futbol femminili f 'pajjiżna u għalhekk tinsab 4 gowls biss 'il bogħod milli tilħaq l-ammont tassew impressjonanti ta' 300 gowl. Niftakru wkoll li fl-14 ta' Ġunju li għadda Dorianne Theuma rebħet it-titlu ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena fil-futbol femminili għal ħames darba fil-karriera mill-aqwa tagħha. Matul l-istaġun li għadda hija għenet lill-Mosta jirbħu s-Super Cup fil-bidu tal- istaġun kif ukoll lit-tim tagħha biex jikseb it-tieni post fil-kampjonat wara li tilfu l-aħħar logħba tal- kampjonat kontra Birkirkara bl-iskor minimu ta' 1-0 u waslet lit-tim tagħha sal- finali tan-knock out fejn tilfu wkoll kontra l-istess Birkirkara wara l-għoti tal- penalties. Fl-1997, fl-età ta' 12-il sena bdiet titħarreġ mal- Hibernians fejn għamlet 12-il sena sħaħ li fihom rebħet disa' kampjonati (tmienja minnhom konsekuttivi) biex imbagħad fl-2008 marret ma' Mosta fejn fl-ewwel staġun taghha ma' dan il- klabb irnexxielhom jirbħu l-ewwel kampjonat fl-istorja tal-klabb. Hibernians u Mosta huma l-uniċi żewġ timijiet li lagħbet magħhom fil-karriera tagħha barra t-tim nazzjonali tan-nisa. Dorianne Theuma rebħet ukoll l-ewwel unur tal-BOV Plejer Mara tax-Xahar li qatt ingħata fil-futbol tan-nisa f 'Malta f 'Diċembru tal- 2012 għall-perjodu ta' bejn Settembru u Ottubru. Bdiet tilgħab mat-tim nazzjonali tan-nisa mill-ewwel logħba kompetittiva li dan it-tim kien involut fiha, jiġifieri lura fl-2003 kontra r-Rumanija fejn Malta tilfet bl-iskor ta' 3-0. Mat-tim nazzjonali lagħbet 49 logħba u skurjat 15-il gowl. Fil-kampjonat nazzjonali tan-nisa rebħet l-unur tal-aqwa skorer għal xejn inqas minn sitt darbiet. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Dorianne Theuma nnifisha fejn talabha x'fisser dan it-tragward għaliha. Hija kienet pronta u wieġbet li dan kien ritorn mill-aqwa għaliha mal- Pawlisti kemm għaliha personali kif ukoll bħala tim hekk kif issa għandhom ċans kbir li jirbħu l-kampjonat. Rigward il-futur tagħha fil- futbol Theuma saħqet li trid tibqa' tiskorja iktar gowls waqt li tibqa' tieħu gost bil- logħba li tant tħobb, kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali. Dorianne Theuma tifforma parti essenzjali wkoll mit- tim nazzjonali tan-nisa. L-MFA Plejer Mara tas-sena li għaddiet kif tħares lejn it-tim nazzjonali tan-nisa speċjalment wara l-aħħar riżultati ferm prestiġjużi li dan it-tim kiseb matul l-2013? "Nista' ngħid li f 'dawn l-aħħar snin it-tim nazzjonali għamel qabża kbira 'l quddiem. Tgħallimna nkunu tattikament dixxiplinati u ġibna riżultati rispettabbli fejn ksibna sensiela ta' riżultati pożittivi. Il-kwalifikazzjoni għar- rawnd ta' kwalifikazzjoni kienet l-ikbar sodisfazzjon personali tas-sena li għaddiet fejn irbaħna l-grupp li fih konna involuti u ma tlifniex logħba." Ilkoll nafu li l-interess tan-nisa fil-futbol f 'pajjiżna qed jiżdied kull ma jmur. Iżda Dorianne Theuma xtaqet tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet jew nisa li jixtiequ jibdew jieħdu bis- serjetà l-futbol f 'pajjiżna: "Il-messaġġ tiegħi lit-tfal li jixtiequ jibdew jipprattikaw il-futbol huwa biex ikunu ddixxiplinati u jieħdu t-taħriġ bis-serjetà imma fl-istess ħin ma jitraskurawx l-istudji tagħhom għax fil- ħajja għandhom isibu bilanċ f 'kollox!" Dorianne Theuma tidħol -istorja tat-tim tan-nisa ta' Hibernians FC Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD .PO5VFT5IVST4BUBNoQNt8FEOFTEBZNPSOJOHDMPTFE .PO'SJoQNQN *NQPSUFSTPG7BSJPVTIBOELOPUUFEDBSQFUTBOE,JMJNT /PO4MJQ6OEFSMBZ%SZBOE-JRVJETIBNQPP.PCJMF/P