Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 33 SPORTSillum Messi se jsir l-iktar futboler imħallas d-dinja BARRA li m'hemmx dubju li l-fenomenu Arġentin, Lionel Messi, huwa meqjus fost l-aqwa plejers fid-dinja, b'uħud isostnu li huwa saħansitra l-aqwa plejer li qatt ipproduċa l-futbol mondjali, għadu kemm ġie żvelat mill-President ta' Barcelona, Josep Maria Bartomeu, li Messi se jkun l-iktar plejer imħallas fid- dinja fil-futur qarib, wara li jiġu finalizzati d-dettalji tal-kuntratt il-ġdid tiegħu. L-internazzjonali Arġentin għad fadallu erba' snin fuq il-kuntratt tiegħu mal- Katalani iżda f 'intervista li ta lill-ġurnal Franċiż, Agence France-Presse, Bartomeu żvela li s-salarju l-ġdid ta' Messi se jkun qed jaqbeż dak ta' Cristiano Ronaldo ma' Real Madrid. F'Settembru li għadda BBC Sport kien irrapporta li wara li ffirma kuntratt ġdid mal- Galacticos, Ronaldo kien mistenni li jaqla' s-somma ta' xejn inqas minn 17-il miljun Ewro fis-sena. Din is-somma għamlet lil Ronaldo l-iktar plejer imħallas fid-dinja. U la qegħdin insemmu lill-iktar futbolers imħallsa fid-dinja ma nistgħux ma nsemmux lill-plejer internazzjonali Ingliż, Wayne Rooney, li jaqla' s-somma eżorbitanti ta' 300,000 Sterlina fil-ġimgħa ma' Manchester United li xejn mhuma għaddejjin minn perjodu feliċi bħalissa. Fl- intervista tiegħu Bartomeu indirizza wkoll il-fatt li Messi jista' jitlaq lil Barca fil-futur qarib fejn bosta spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir qed isostnu li huwa jista' jingħaqad mal-ġganti Franċiżi ta' Paris Saint-Germain, iżda l-President Spanjol kien pront u ċaħad dan kollu b'mod kategoriku. Dawn in- negozjati rigward il-kuntratt ġdid ta' Messi waslu wara li l-fenomenu Arġentin kompla jikser iktar rekords fil- karriera unika u mill-aqwa tiegħu fil-futbol. Dan hekk kif bħal-lum ġimgħa fl-El Clasico bejn Real Madrid u Barcelona li ntlagħab fis-Santiago Bernabeu huwa skorja hat-trick fir-rebħa ta' 4-3 ta' Barcelona wara li kienu minn taħt, biex b'hekk sar l-aqwa skorer ta' kull żmien f 'dan il-konfront meqjus minn ħafna bħala l-iktar wieħed importanti u eċitanti fuq livell domestiku fid- dinja. U dan wasal propju ġimgħa waħda biss wara li Messi kien kiser ir-rekord tal- aqwa skorer ta' kull żmien għal Barcelona bi 371 gowl. Għall-fini ta' statistika fl-El Clasico bejn Real Madrid u Barcelona, Messi skorja tliet gowls, kellu sitt xuttijiet indirizzati lejn il-lasti avversarji, ta erba' passes fundamentali lejn sħabu l-plejers ta' Barcelona, kellu assist, kellu perċentwal ta' 100 % f 'dak li għandu x'jaqsam ma' tackles u 88 % f 'dak li għandu x'jaqsam ma' rata ta' suċċess tal-passes tiegħu. It-tliet gowls li skorja Messi kontra Real Madrid rawh jaqbeż ukoll lill-eks attakkant formidabbli ta' Real Madrid fil-lista tal- aqwa skorers ta' kull żmien tal-Liga Spanjola, Hugo Sanchez, fejn issa jinsab fit- tieni post wara Telmo Zarra li skorja 252 gowl. U jidher li propju kontra Real Madrid Messi juri l-aħjar logħob tiegħu hekk kif kemm ilu jilgħab kontrihom huwa skorja b'kollox 21 gowl: 14 fil- Liga Spanjola, 5 fis-Super Cup ta' Spanja u 2 fil-UEFA Champions League. U jidher li Messi għandu antipatija partikolari għall-belt kapitali ta' Spanja, Madrid, hekk kif it-tieni l-iktar tim li Messi skorja gowls kontrih huwa propju t-tim l-ieħor li ġej mill-belt ta' Madrid, Atletico Madrid fejn kontrihom skorja 20 gowl: 17 fil-Liga Spanjola u 3 fit-Tazza Spanjola magħrufa bħala l-Copa del Rey. U propju dan kollu wasal fiż-żmien meta t-tim immexxi mill-kowċ Spanjol, Gerardo Martino, deher li kien qed jinqata' mit-tiġrija għar-rebħ tal- kampjonat hekk kif kellu distakk ta' erba' punti minn Real Madrid fil-quċċata tal-klassifika, iżda li issa grazzi għall-maġija ta' Messi ta' nhar il-Ħadd li għadda, naqas għal punt wieħed biss u għalhekk nistgħu ngħidu li l-Kampjonat Spanjol, La Liga, huwa tabilħaqq miftuħ beraħ! Messi se jkollu l-ikbar salarju d-dinja tal-futbol Cassano jitlob lil Prandelli jikkunsidra lil Totti għat-Tazza tad-Dinja LATTAKKANT kontroversjali ta' Parma Antonio Cassano li f 'dan l-istaġun qed ikollu staġun mill-aqwa mal-istess tim talab lil kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Cesare Prandelli biex jikkunsidra li jsejjaħ lil Francesco Totti għat-Tazza tad-Dinja tal-Brażil għalkemm dan għandu 37 sena u għalhekk jitqies bħala plejer veteran fil-futbol. Cassano jinsab lest li jirritorna fit-tim nazzjonali Taljan li se jkun qed jipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja tal-Brażil wara li ilu sentejn ma jiġi msejjaħ mal-Italja. Cassano lagħab għal ħames snin sħaħ ma' sieħbu Totti fit-tim nazzjonali Taljan eżattament bejn l-2001 u l-2006, qabel ma ġie mibjugħ lil Real Madrid. Prandelli fetaħ il-bibien tat-tim nazzjonali Taljan ftit tal- jiem ilu għall-ewwel darba sa mill-Kampjonati Ewropej tal-2012, xhieda tal-forma mill-aqwa li għaddej minnha bħalissa l-plejer ta' 31 sena ma' Parma. Il-11-il gowl li skorja Cassano ma' Parma sa issa fil-kampjonat u l-wirjiet formidabbli tiegħu ma' dan it-tim għenu bis-sħiħ biex Parma jitilgħu fis-sitt post tal-Kampjonat Taljan Serie A wara serje ferm impressjonanti ta' 17-il logħba mingħajr telfa u għalhekk kollox jindika li fi tmiem l-istaġun jistgħu tabilħaqq jiksbu post fl- Ewropa eżattament fl-Europa League. Però f 'kummenti li għadda fil-mezzi tax-xandir, Prandelli ma tantx jidher entużjast li jsejjaħ lura lil Totti fit-tim nazzjonali Taljan. Dan jikkuntrasta bis-sħiħ mal-fatt li l-plejer veteran ta' Roma qed jirriżulta bħala pedina ferm importanti fit-tim mill-kapitali Taljana li bħalissa jinsab fit-tieni post tas-Serie A u li din is- sena kellu wirjiet u riżultati mill-aqwa taħt it-tmexxija tal-kowċ ferm bravu Franċiż, Rudi Garcia. Fil-passat ilkoll nafu kemm xi kummenti li kien għadda Cassano kif ukoll iż-żieda sostanzjali fil- piż tiegħu qajmu kontroversja partikolari fil-mezzi tax- xandir. Iżda riċentament l-istess plejer naqas milli jiżbroffa permezz tal-kummenti kontroversjali tiegħu fil- mezzi tax-xandir waqt li f 'dak li għandu x'jaqsam ma' piż naqas xejn inqas minn 10 kilogrammi, u għalhekk Cassano magħruf bħala wieħed mill-iktar plejers li jippossjedi karattri kontroversjali fil-futbol Taljan u mhux biss ġibed l-għajn ta' Prandelli biex jerġa' jikkunsidrah billi jsejjaħlu mill-ġdid mat-tim nazzjonali Taljan fuq il-bażi ta' dak li jagħmel fil-grawnd iktar milli barra minnu! Cassano u Totti lura s-snin mat-tim nazzjonali Taljan Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD .PO5VFT5IVST4BUBNoQNt8FEOFTEBZNPSOJOHDMPTFE .PO'SJoQNQN *NQPSUFSTPG7BSJPVTIBOELOPUUFEDBSQFUTBOE,JMJNT /PO4MJQ6OEFSMBZ%SZBOE-JRVJETIBNQPP.PCJMF/P

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014