Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278
34 illum Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Melo Zammit ikompli jiddomina l-Klassika tal-Autocross ILLUM l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' (ASMK) se tkompli l-attivitajiet tagħha bil-11- il attività bil-programm mill-Kampjonat ASMK - Pasta Poiatti 2013/14. L-Attività bit-tiġrijiet tal- Karozzi Autocross se ssir fil-Kumpless Sportiv ASMK f 'Ta'Qali. L-ewwel tiġrija tibda f 'nofsinhar. Kulma jmur, qed joqrob iż-żmien lejn tmiem ta' staġun ieħor li jikkonsisti fi 15-il tiġrija. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-klassifika sal-10 tiġrija tal-istaġun fejn naraw lil Melo Zammit fuq Ford Escort Mk3 għadu jiddefendi postu u dan minkejja li fl- aħħar attività ma kkwalifikax għall-finali A u spiċċa jsuq l-aħħar attività fil-finali Klassi B. Din żammietu milli jkompli javvanza fil-klassi u fil-klassifika ġenerali però xorta baqa' jiddefendi l-ewwel pożizzjoni b'vantaġġ sostanzjali. Zammit għandu 162 punt segwit minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'133 punt fit-tieni post. Fit-tielet pożizzjoni nsibu taqtigħa bejn Gordon Johnson fuq Peugeot 205 u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo li jinsabu t-tnejn bl-istess punteġġ ta' 130 punt kull wieħed. Johnson u Farrugia jinsabu wkoll f 'taqtigħa ma' Galea li qiegħed fit-tieni pożizzjoni f 'din il-klassi b'differenza minima ta' 3 punti vantaġġ. Fix-xena hemm ukoll Josef Grech fuq Ford Fiesta li minkejja li jinsab fil-ħames pożizzjoni b'126 punt xorta għandu ċ-ċans ma' Galea, Johnson u Farrugia li jkompli javvanza għax id-differenza bejn dawn il-ħames sewwieqa hija minima. Għaldaqstant, illum l-attenzjoni se tkompli tiddomina fuq dawn l-erba' kompetituri u naraw min se jirnexxielu jkompli javvanza postu. Zammit bħalissa jinsab trankwill b'vantaġġ sostanzjali però jekk irid ikompli jiddefendi postu irid jikkwalifika tal-inqas fi Klassi A fl-attività li ġejja. Fis-Sezzjoni Gozo Autocross għadna qed insibu lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud f 'ras il-klassifika. Dan huwa segwit minn Joseph Vella u Joseph Agius it-tnejn fuq Ford Fiesta. Fir-raba' post f 'din il-klassi nsibu lil Marvin Grima fuq Opel Corsa. Fis-Sezzjoni Autocross Klassi A nsibu lil Melo Zammit fuq Ford Escort segwit minn Christian Galea fuq Fiat Ritmo u fit- tielet post insibu lil Manuel Muscat fuq Opel Corsa segwit fir-raba' post minn Josef Grech fuq Ford Fiesta. Fi Klassi B insibu lil Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova segwit minn Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova oħra. Fit-tielet pożizzjoni nsibu lil Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo u flimkien miegħu lil Kurt Sammut fuq Ford Ka bl-istess punteġġ. Fir-raba' post insibu lil Josef Grech fuq Ford Fiesta. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Ryan Scerri fuq Opel Corsa segwit minn Kurt Sammut fuq Ford KA La Salle ikomplu jiddominaw ix-xena tal-handball LA Salle BHS komplew jiddominaw ix-xena tal- handball lokali wara li ftit tal-jiem ilu għelbu l-isfida ta' Aloysians f 'logħba deċisiva għar-rebħ tal- kampjonat. Dan l-istaġun, La Salle, li sa issa għadhom mhux megħluba, assiguraw il-11-il unur konsekuttiv tagħhom. Taħt il-gwida ta' Krisztjan Olschleger u Pierre Vassallo La Rosa, La Salle rebħu l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-irġiel għas-seba' darba fl-istorja tal-klabb. Il-partita bdiet b'ritmu mgħaġġel ħafna. Quddiem preżenza rekord ta' spettaturi, iż-żewġ timijiet ikkanċellaw lil xulxin iżda lejn tmiem l-ewwel taqsima, La Salle fetħu vantaġġ ta' żewġ gowls. L-ewwel taqsima spiċċat 13 - 11 favur La Salle. Fit-tieni taqsima Aloysians ippruvaw jagħmlu reazzjoni iżda l-Lasalljani kkontrollaw il-logħba sat-tmiem. Il-plejers laterali, Ian Turban u Bendik Holstad kellhom prestazzjoni mill-aqwa u skurjaw numru ta' gowls importanti. Il- goalkeeper John Scicluna kellu partita eċċellenti u kien strumentali għat-tim tiegħu waqt li wkoll ġie vvutat bħala l-Plejer tal-Logħba. Il-logħba tant mistennija spiċċat 28 – 24 favur La Salle. Krisztjan Olschleger, awtur ta' 9 gowls spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat b'total ta' 76 gowl. Wara l-partita, il-President tal-Malta Handball Association, is-Sur Louis Borg, ippreżenta t-trofew lill-captain ta' La Salle BHS, Andrew Said. Ir-rebħ ta' dan il-kampjonat kien it-tielet wieħed konsekuttiv għal La Salle. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' wieħed mill- plejers ewlenin ta' La Salle BHS u anki tal-handball lokali in ġenerali, Christian McClean, biex itina r-reazzjonijiet tiegħu rigward dan is-suċċess ta' La Salle BHS. Huwa saħaq li: "Aħna bħala tim inħossuna kburin ħafna minħabba l-fatt mhux biss li rbaħna l-kampjonat lokali u ż-żewġ unuri ta' qabel (l-MHA Cup u s-Super Cup) imma li rnexxielna nirbħu l-unuri kollha tal-handball Malti fil-kategorija tagħna sa llum f 'dawn l-aħħar tliet staġuni. Huwa rekord li jtina motivazzjoni kbira biex inkomplu nibnu fuq dak li sar u niġġieldu għall-aħħar titlu tal-istaġun li huwa n-knock- out. Dawn is-suċċessi huma frott ta' grupp magħqud ta' plejers li sena wara l-oħra jkomplu jiġġieldu għal xulxin bl-għajnuna ta' kull membru tal-familja La Salljana. Mill- membri tal-kumitat, sal- kowċis, plejers u dawk kollha li ħadmu biex din il-ħolma saret realtà", temm jgħid Christian McClean. La Salle champions għat-tielet darba konsekuttiva u għas-seba' darba -istorja tagħhom