Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278
Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 35 SPORTSillum Erba' atleti Maltin jorganizzaw kamp ta' taħriġ f 'Ċipru ERBA' atleti ewlenin Maltin u li żgur li m'għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni, Steve Camilleri, Rebecca Camilleri, Rebecca Sarè u Andy Grech, immexxija mill-kowċ Jivko Jetchev organizzaw kamp ta' taħriġ f 'Ċipru. Dan sar bi preparazzjoni għall-istaġun outdoor li se jibda minn hawn u ftit taż-żmien ieħor. L-erba' atleti li jiffurmaw parti mill-iskema 'elite' tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) qattgħu għaxart ijiem sħaħ fil- belt kaptali u l-ikbar belt ta' Ċipru, Nicosia, fejn kellhom l-opportunità unika li jitħarrġu f 'ambjent professjonali. Il-programm ta' taħriġ tagħhom kien kemxejn differenti minn dak li huma mdorrijin bih f 'pajjiżna. Ippermettielhom li jitħarrġu darbtejn kuljum, f 'Ċentru tal-iSports mgħammar bl- aħjar faċilitajiet possibbli li kien jinkludi żewġ trakki full sized, weight room kif ukoll faċilità ta' rijabilitazzjoni, li ppermettitilhom li jżommu l-ġisem tagħhom fl-aħjar forma possibbli għal kull sessjoni ta' taħriġ li kienu involuti fiha. Dan il-kamp ta' taħriġ kellu l-għan li jgħin lil dawn l-erba' atleti jtejbu l-livell ta' fitness tagħhom kif ukoll li jkunu fl-aħjar forma possibbli għal kompetizzjonijiet internazzjonali li fihom se jkunu involuti dawn l-atleti Maltin fil-ġimgħat li ġejjin fosthom il-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet tal-Atletika kif ukoll il- Logħob tant mistenni tal- Commonwealth. Intant nagħtu ftit tagħrif rigward dawn l-erba' atleti li ħadu sehem f 'dan il-kamp ta' taħriġ f 'Ċipru: Rebecca Camilleri Għandha r-rekord tal-long jump f 'pajjiżna kif ukoll hija ċ-champion nazzjonali tal-2013 fil-long jump u l-100 metru. F'dan il-kamp ta' taħriġ f 'Ċipru, Rebecca rritornat għat-taħriġ tal- long jump wara li kienet ilha ssofri minn injury serja f 'irkopptejha sa mill-istaġun li għadda. Rebecca Sarè Rebħet il-midalja tal-fidda fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2013 fil-Lussemburgu waqt li fl-istess sena rebħet ukoll it-titlu ta' Champion Nazzjonali tat-triple jump. Bħalissa din l-atleta qiegħda titħarreġ biex tgħolli l-qbiż tagħha għal-livell ġdid fejn qed taspira li tikser ir-rekord nazzjonali tat-Triple Jump. Andy Grech Għandu r-rekord nazzjonali tat-Triple Jump waqt li rebaħ żewġ midalji tal-bronż fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil- Lussemburgu matul is-sena li għaddiet. Steve Camilleri Huwa ċ-champion nazzjonali tas-sena 2013, fil-kompetizzjonijiet tal-100 metru u tal-200 metru waqt li rebaħ żewġ midalji tal-bronż fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu bejn Mejju u Ġunju tas-sena li għaddiet. Andy Grech, Rebecca Camilleri, Steve Camilleri u Rebecca Sarè f 'Nicosia, Ċipru Beckham jiżvela l-istadium li se jkun qed iġib ismu f 'Miami GĦALKEMM il-futboler magħruf mad-dinja kollha, David Beckham, irtira mill-futbol milgħub, huwa xorta waħda għadu qed jikseb suċċess barra mill- grawnd hekk kif fil-jiem li għaddew żvela stadium mill-isbaħ li se jkun qed iġib ismu f 'Miami fl-Istati Uniti. L-istadium li se jkun qed jesa' xejn inqas minn 25,000 ruħ bilqiegħda se jkun jinsab fil-port ta' Miami, għalkemm qed jiġu kkunsidrati erba' żoni oħra li jistgħu jospitaw dan l-istadium mill-isbaħ. Barra li f 'dan l-istadium se jkun qed jintlagħab il-futbol, barra minnu se jkun qed jinkludi numru ta' ristoranti, kafetteriji, ħwienet kif ukoll diskoteka fil-pjazza ċentrali. L-istadium għandu jospita 17-il logħba mill-Major Soccer League fl-Istati Uniti matul l-istaġun regolari li jintlagħab bejn Marzu u Novembru. Dan l-istadium għandu jkun it-tielet l-ikbar wieħed li jospita logħob mill-Major Soccer League. It-timijiet ta' New England Revolution u Vancouver Whitecaps għandhom stadia ikbar, iżda l-kapaċità tagħhom ma tlaħħaqx il- 25,000 ruħ bilqiegħda waqt li l-grawnd ta' Beckham se jkun kapaċi jiflaħ għal dan l-ammont kbir ta' nies. Saħansitra, it-tim ta' Beckham, Miami se jkun jista' jġib massa ikbar ta' nies mit-tim ferm popolari tal-basketball ta' Miami li miegħu jilgħab l-istilla tal-basketball mondjali, LeBron James. Beckham u l-imsieħba tiegħu fil-kummerċ qed jippjanaw li jħallsu għall- istadium mingħajr ma jitolbu l-għajunua ta' fondi governattivi Amerikani. L-eks captain tal-Ingilterra qed jippjana wkoll li joħloq akkademja għal futbolers żgħażagħ f 'dan is-sit grandjuż. Madankollu bħal kull ħaġa ohra fil-ħajja meta wieħed ikollu proġett f 'moħħu Beckham qed isib oppożizzjoni partikolari. Din ġejja minn kumpanija tal-cruise liners li jimbarkaw propju f 'wieħed mill-iktar portijiet importanti u li fihom ikun hemm attività partikolari fid-dinja. Fil- fatt il-cruises tal-kumpanija Royal Caribbean għandhom riservi u oġġezzjonijiet kbar għal dan il-proġett grandjuż ta' Beckham minħabba l-fatt li għandhom il-pjanijiet tagħhom biex jiżviluppaw it-12-il tomna ta' art li Beckham u l-investituri tiegħu indikaw bħala propizji biex fihom jinbena l-istadium li għandu jġib l-isem ta' wieħed mill-aqwa plejers li qatt ra l-futbol mondjali, David Beckham. Dehra artistika tal-istadium maestuż hekk kif propost minn David Beckham