Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278
Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 7 Qtil ta' aktar minn 36 sena ilu, għadu mhux solvut "Il-politika qatlet lil Ġużeppi" - martu kellha tagħmilha ta' omm u ta' missier f 'daqqa. Antonia Callus dejjem kienet tissuspetta li l-qtil ta' żewġha kien l-aktar fuq bażi personali. Il-qtil Dakinhar li Ġużeppi Callus inqatel kienet ġurnata sħuna. Wara l-quddiesa tal-Ħadd, Callus, bħalma kien jagħmel is-soltu, għen lil martu tipprepara l-ikel għal familja. Ġeneralment il-Ħadd wara nofsinhar Ġużeppi kien jistrieħ siegħa u wara jmur jew sal-Korsa tal-Marsa jara t-tiġrijiet taż-żwiemel jew kien jinżel il-Gżira fl-Empire Stadium għal xi logħba futbol. Min-naħa tagħha Antonia kienet tmur tilgħab it-tombla. Qabel daħal jistrieħ, Ġużeppi kien qal lil Antonia biex tqajmu fit-2.45pm biex imur il-Marsa, iżda meta marret biex tqajmu kien qalilha li bidel il-ħsieb u ma kellux aptit imur u għalhekk dakinhar baqa' d-dar. Wara li l-familja kielu l-ikla ta' filgħaxija, fid-dar baqgħu biss Frances, it-tifla ż-żgħira li kellha 11-il sena, u ommha għax l-aħwa l-oħrajn kienu kollha l-knisja peress li kien hemm il-purċissjoni tal- Madonna tar-Rużarju. Għall-ħabta tas-6.30pm, Ġużeppi ħareġ mid-dar u mar ipejjep fl-għalqa peress li huwa qatt ma kien ipejjep id-dar u għaldaqstant kien jaqsam it-triq u jmur ipejjep fl-għalqa tagħhom, dejjem fl-istess ħin. Ftit minuti wara li Ġużeppi kien fl-għalqa, instema' tir wieħed ivenven fil-kwiet tal- inħawi. Il-ħoss tal-isparatura ħasad lil Antonia li telqet kollox minn idejha u ħarġet tiġri. Kif qasmet it-triq semgħet lil żewġha jokrob bl-uġigħ. Il-mara sabet lil Ġużeppi mimli dmija jipprova jimxi. B'xokk fuqha, Antonia xorta waħda sabet il-kuraġġ u żammitu magħha biex ma jiħux tisbita fl-art. Fi ftit minuti Ġużeppi miet f 'idejn martu qabel laħqet waslet l-għajnuna. Fil-pront ħarġet it-tifla u rat lil missierha fi ħdan ommha, it-tnejn mimlijin demm. Hija reġgħet daħlet lura d-dar u ġabet l-ewwel imħadda li sabet, iżda ommha, konxja li Ġużeppi kien mejjet, bagħtitha lura biex iġġib l-imħadda ta' missierha. Ta' tifla żgħira li kienet, lanqas biss daħlilha f 'rasha għaliex ommha riedet l-imħadda ta' missierha. Ftit tal-ħin wara wasal il- Kappillan u Antonia qaltlu li kien mejjet. Il-Kappillan ħares lejh, għalaqlu għajnejh u amministra l-aħħar sagramenti u għamel ftit ħin jitlob. Meta waslet l-ambulanza u l-vittma kien eżaminat mit-tabib, iċċertifikah mejjet u l-ambulanza marret lura vojta. Kif ġriet l-aħbar bdew jinġabru n-nies fosthom il-familja Debono, ġirien tal-familja Callus, li ħadu lil Frances id-dar tagħhom u żammewha għandhom 'il bogħod mix-xena kerha ta' missierha mejjet fl-għalqa f 'għadira demm u ta' ommha tibki fuq il-kadavru ta' dak li kien l-akbar għożża tagħha. X'kienu s-suspetti ta' mart il-vittma Antonia kienet irrakkontat li Ġużeppi kien jargumenta dwar il-politika u dan kien jafu kulħadd. Ġużeppi kellu rasu sħuna u kien akkanit ħafna. Għall-partit tiegħu kien jagħmel kollox. Qatt ma ġġieled jew wera li kien inkwetat, iżda Antonia kellha s-suspetti tagħha. Min qatel lil żewġha kien qiegħed jistennieh u ma qatlux bi żball jew għax ħasbu xi ħadd ieħor. Ried joqtlu u rnexxielu. Qatlu kiesaħ u biered, kienet irrakkontat l-armla. Dakinhar stess il-Pulizija kienu arrestaw xi persuni iżda qatt ma kellhom provi sodi biex iressqu lil xi ħadd il-Qorti. Meta l-għada filgħodu l-Pulizija komplew ifittxu qalb is-siġar u anke qalb il-bajtar tax-xewk, ma setgħux isibu l-balla. Kienu jafu li din qiegħda x'imkien għax daħlet minn sidru u ħarġet minn dahru. Fl-aħħar kienu sabu l-balla f 'ġebla fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Antonia Callus kienet stqarret, "il-politika qatlet lil Ġużeppi." Min-naħa tagħha Frances kienet qalet li hi lesta li taħfer lil min qatel lil missierha u jekk tiġi wiċċ imb wiċċ miegħu kulma trid tkun taf huwa għaliex qatlu. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. - Provision of Canteen Services at MITA – T007/14 Data ta' ħruġ: 24 ta' Marzu 2014 / Data ta' għeluq: 5 ta' Mejju 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota tal-workshop li se jkun organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana, nhar il-Ġimgħa 4 ta' April d-9.00 ta' logħdu (CET ). F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Ġużeppi Callus miet fi ħdan martu wara li l-balla għaddiet minn sidru u ħarġet minn dahru Il-qattiel kien jaf eżatt il-passi ta' Ġużeppi, missier ta' disat itfal