Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 9 Fidi u Tradizzjoni Minn nhar is-Sibt Għawdex jinbidel fil-Golgota Żebbuġ, Fontana, Qala, Xagħra u Għarb. Wieħed irid isemmi li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Għawdex għandhom stili differenti minn xulxin. L-aktar waħda antika hi dik ta' San Ġorġ tar-Rabat Għawdex li jingħad li ilha toħroġ mill-1788, għalkemm b'mod dokumentat insibuha msemmija fil-viżta tal-Isqof Mattei fl-1809. L-aktar waħda riċenti f 'Għawdex ukoll hi dik tar-Rabat, imma dik li toħroġ mill-Katidral li ħarġet għall-ewwel darba fl-1968. Dik tan-Nadur imsemmija għall-ammont kbir ta' suldati Rumani li jieħdu sehem fiha u anke għal persunaġġi bibliċi li jimlew din l-attrazzjoni tan-Nadur fejn fil-fatt jieħdu sehem 350 persunaġġ bejn tfal u adulti u tkun akkumpanjata miż- żewġ baned tar-raħal. Il-purċissjoni tax-Xagħra għandha l-ewwel sett vari oriġinali tal-istatwarju Guacci minn Lecce, iżda din il-purċissjoni tiġbed ħafna turisti lejha minħabba l-ammont ta' żwiemel li jieħdu sehem fil-purċissjoni. Dik taż-Żebbuġ hi l-unika waħda fil-gżejjer tagħna fejn il-vari huma maħduma mill- istess statwarju. L-Għawdxi Wistin Camilleri u l-istatwi huma mlibbsa bil-ħwejjeġ maħdumin bl-idejn lokalment min-newl. Il-purċissjoni tal-Qala hi waħda ferm differenti mill- oħrajn kollha u din toħroġ f 'Ħadd il-Għid, jiġifieri fit-12 ta' April filgħaxija. Mill-knisja joħorġu fila ta' xbihat u għal sagħtejn it-toroq tal-Qala jinbidlu fit-triq twila li wasslet lil Kristu sal-Kalvarju, il-Via Sagra, it-triq Qaddisa. Bħall- folla f 'Ġerusalemm, il-Qalin jimxu ma' Kristu fit-tbatija u jirriflettu fuq dak li għadda minnu Kristu. Din il-'Via Sagra fil-Beraħ' għalkemm ilha ssir ftit snin biss qed tissebbaħ sena wara l-oħra. Minbarra l-banda tar-raħal li takkumpanja bil-marċi funebri, jieħdu sehem il- fratelli tal-erba' fratellanzi mwaqqfa f 'dan ir-raħal, tfal lebsin iż-żimarri u rġiel lebsin ta' suldati Rumani, oħrajn mgħammda jġorru s-slaleb u l-ktajjen. Biż-żieda fil-vari, aktar ma jmur, aktar din il-Via Sagra qed tieħu l-forma ta' purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira kif nafuha f 'lokalitajiet oħra. Iżda l-aktar attrazzjoni li mistennija toħloq interess din is-sena hi l-Fidwa. Rappreżentazzjoni biblika li tevoka l-aħħar mumenti li għex Ġesù Kristu, li ser tittella' fil-Ġnien ta' Blankas ix-Xewkija bejn it-12 u t-13 ta' April. Il-Ġnien ta' Blankas, fil- limiti tax-Xewkija joffri atmosfera unika għal dawk kollha li jmorru jgawdu din ir-rappreżentazzjoni permezz tal-effetti viżivi li joffri dan il-post. Fit-8pm ser tinżamm parata tas- suldati Rumani mill-Pjazza tax-Xewkija sal-Ġnien ta' Blankas. Il-Ħadd 13 ta' April, il-Ġnien ta' Blankas ser ikun miftuħ ukoll matul il-jum. Din il-produzzjoni qed tiġi mtellgħa mill- Kunsill Lokali tax-Xewkija u x-Xewkija Drama Group bil-kollaborazzjoni tal- Ministeru għal Għawdex. Dawn il-festi se jiftħu nhar is-Sibt 5 ta' April bl-attività L-Imsallab fi Triqatna. Dramm tal-passjoni li se jittella' fit-toroq tal- belt Victoria. Id-dramm jibda b'parata tas-suldati minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Santu Wistin. Minn hawn tibda l-mixja bil-korteo ta' persunaġġi mill-passjoni ta' Kristu. Ix- xeni prinċipali tal-passjoni jinżammu fi Pjazza Santu Wistin, Triq Vajrinġa, Pjazza San Franġisk, Triq Palma, Triq ir-Repubblika sat-Telgħa tal-Kastell u Pjazza Indipendenza. Din ir-rappreżentazzjoni tibda fis-7pm. L-għada l-Ħadd fis-6.30pm se jkun hemm Via Sagra fuq l-Għolja tal-Għammar ta' Pinu mmexxija mill-Isqof Mario Grech ta' Għawdex. Għawdex: Int djamant minn John Busuttil It-toroq tal-Qala jinbidlu fit-triq li wasslet lil Kristu sal- Kalvarju Il-Ġnien ta' Blankas joffri atmosfera unika għal dawk kollha li jmorru jgawdu din ir- rappreżentazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014