Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 9 Ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa Sa dil-ġimgħa jrid joħroġ il-verdett mill-Kummissjoni Elettorali 3. Ir-referendum dwar l-Indipendenza – 1964 Fir-referendum tal-1964, l-elettorat kien mitlub jivvota għad-domanda: "Tapprova l-kostituzzjoni proposta mill- Gvern ta' Malta, approvata mill-Assemblea Leġislattiva u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?" Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien favur l-Indipendenza ta' Malta, filwaqt li l-Partit Laburista talab lill-partitarji tiegħu sabiex jivvutaw kontra. Il-votazzjoni saret fit-2, 3 u 4 ta' Mejju 1964. Ir-referendum għadda u Malta saret Indipendenti fil-21 ta' Settembru tal-1964. 5. Ir-Referendum għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea – 2003 Ir-referendum dwar id-dħul ta' pajjiżna f 'Unjoni Ewropea sar fit-8 ta' Marzu 2003. Il-vot IVA rebaħ b'madwar 20,000 vot iżda l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni ma aċċettax dan ir-riżultat. Sant kien qal li r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2003 li saret fit-12 ta' April kien se jiddetermina jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-Partit Nazzjonalista rebaħ dik l-elezzjoni b'maġġoranza kbira u b'hekk pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Dan ir-referendum kellu l-ikbar numru ta' persuni li ħarġu jivvutaw u l-iktar oppożizzjoni ħarxa kontra d-dħul fl-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi kollha li għamlu referendum fl-2003. Il-mistoqsija tar-referendum kienet: "Taqbel li Malta ssir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fl-1 ta' Mejju, 2004?" Dan huwa l-uniku referendum li dawk eleġibbli biex jivvutaw kienu biss mill-gżira Għawdxija. Taħt gvern Laburista, sar referendum f 'Għawdex fl-1973 dwar l-abolizzjoni tal- Kunsill Ċiviku għal Għawdex. Il-mistoqsija kienet twila mmens: "Trid li Għawdex jibqa' differenti minn Malta, fis-sens, li mhux biss ikollu r-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament, magħżulin minn Għawdex, imma wkoll rappreżentanti fil-Kunsill Ċiviku għal Għawdex, li fost poteri oħrajn, għandu dak li jimponi taxxi speċjali fuq l-Għawdxin li mbagħad jintużaw skont ix-xewqat tal-poplu Għawdxi?" Il-maġġoranza tal-1.25% li ħarġu jivvutaw kienu favur, imma l-Kunsill Ċiviku għal Għawdex taw struzzjonijiet lil Għawdxin jagħmlu bojkott fuq ir-referendum preċiżament minħabba n-natura kkumplikata tal-mistoqsija. GĦAŻLA VOTI PERSENTAĠĠ Favur 65,714 50.69% Kontra 54,919 42.36% Invalidi jew vojta 9,016 6.95% Voti totali 129,649 Voti reġistrati 162,743 Ma vvutawx 33,094 20.34% Ħarġu jivvutaw 79.66% GĦAŻLA VOTI PERSENTAĠĠ Favur 143,094 52.87% Kontra 123,628 45.68% Invalidi jew vojta 3,911 1.45% Voti totali 270,650 90.86% Voti reġistrati 297,881 Ma vvutawx 27,231 9.14% Ħarġu jivvutaw 90.86% GĦAŻLA VOTI PERSENTAĠĠ Favur 137 76.97% Kontra 41 23.03% Invalidi jew vojta 17 0.11% (tal-votanti reġistrati) Voti totali 195 Voti reġistrati 15,621 Ma vvutawx 15,426 98.75% Ħarġu jivvutaw 1.25% Nhar is-6 ta' Lulju 2010, id-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando ressaq Private Member's Bill fil- Parlament biex jiġi introdott id-divorzju. Fl-istess jum, l-Ar¬ċisqof Pawlu Cre¬mona stqarr li l-Private Member's Bill li ppreżenta dakinhar id-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fil-Parlament kienet bħal sajjetta fil- bnazzi, peress li l-kwistjoni tad-dħul tad-divorzju ma saritx referenza għaliha fil-manifest elettorali taż- żewġ partiti l-kbar matul il-kampanja elettorali tal- aħħar Elezzjoni Ġenerali. Ir-referendum dwar l-introduzzjoni tad- divorzju f 'Malta sar fit-28 ta' Mejju 2011. Il-Parlament approva din il-liġi fil-25 ta' Lulju u fl-1 ta' Ottubru 2011 il-liġi daħlet fis- seħħ. Il-mistoqsija kienet: "Taqbel mal- introduzzjoni tal-għażla tad-divorzju f 'każ ta' koppja miżżewġa li tkun ilha separata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill-anqas erba' (4) snin, u meta ma jkun hemm l-ebda tama raġjonevoli ta' rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, filwaqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t-tfal?" GĦAŻLA VOTI PERSENTAĠĠ Favur 122,547 52.67% Kontra 107,971 46.4% Invalidi jew vojta 2,173 0.93% Voti totali 232,691 71.6% Voti reġistrati 325,102 Ma vvutawx 92,411 Ħarġu jivvutaw 71.6%% 6. Ir-Referendum dwar id-divorzju – 2011 4. Ir-referendum dwar Għawdex – 1973 Il-polza tal-vot tar-referundum fuq id-divorzju 65,714 ivvutaw favur li Malta ssir indipendenti. Ir-referendum għadda u Malta saret indipendenti fil-21 ta' Settembru 1964