Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 12 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 Ħames Minuti ma' Fabian Demicoli FABIAN Demicoli, Żabbari ta' 25 sena, ġurnalist u jaħdem mal-Where's Everybody. Producer ta' Xarabank u Bijografiji u anke jagħti s-sehem tiegħu fuq Newsbook fuq RTK Kelma waħda li tispjega ħajtek? Ikkulurita. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? L-atitudni tiegħi hi waħda pożittiva. X'aktarx li minħabba d-diffikultajiet li kelli fit-tfulija, speċjalment bil-mewt għall-għarrieda ta' missieri meta kelli sentejn, tgħallimt li qatt m'għandi naqta' qalbi u jekk irrid xi ħaġa, irrid naħdem kemm niflaħ biex nilħaq l-għan tiegħi. Għaldaqstant l-attitudni tiegħi hija dejjem pożittiva u dejjem moħħi biex noħlom u noħloq affarijiet ġodda. Kif tħajjart tidħol fix-xena tat-televixin? Niftakar lil ħija, Keith, dejjem moħħu biex jirrekordja programmi fuq ir-recorder u dak iż-żmien kien jagħmel programm fuq stazzjon tar-radju tal-komunità fejn jien kont immur miegħu, u kien dejjem jinkoraġġini nidħol fil-qasam tax-xandir. Esperjenza partikolari li kellek waqt programm u li se tibqa' tiftakar… Bla dubju li għixt il-gwerra fil-Libja u l-faqar man-nies fit- Tanżanija, madankollu hemm esperjenzi oħrajn bħat-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t'isfel, u stejjer umani li ħdimt fuqhom l-Ingilterra u l-Awstralja. Ma' dawn kien hemm ħafna oħrajn, fosthom kull darba li nagħmlu programm li matulu niġbru flus għall-persuni vulnerabbli. Huwa possibbli li tkun xandar full-time f 'pajjiżna? Possibbli. Iżda jfisser sigħat twal u ħafna drabi ma jkunx pakkett finanzjarju attraenti. Preżentatur/preżentattriċi li tammira? Peppi Azzopardi Il-programm favorit tiegħek (minbarra Xarabank)? Iċ-Ċaqqufa. X'tikkummenta għall- kritika li issa Xarabank ilu snin għaddej u jeħtieġ li nimxu għall-programm ieħor? In-nies Xarabank għadhom iriduh, u dan ma ngħidux jien, iżda jgħidu l-istħarriġ tal-udjenzi li jsiru b'mod regolari, li minkejja li ilu għaddej 17-il sena, irnexxielna nevolvu maż-żmien u naddattaw għal dak li jridu jaraw in-nies. X'valur għandhom il-flus f 'ħajtek? Inkun qed nigdeb jekk ngħid li mhux importanti, imma nipprova ma nħallihomx jikkundizjonawni. X'tippreferi: is-sajf jew ix-xitwa? Is-sajf. X'jiffrustrak? In-negattività. X'ibeżżgħek? Jekk xi ħadd jitkellem minn wara dahri. Kemm hi importanti r-reliġjon f 'ħajtek u għalfejn? Kbirt fl-ambjent tal- Kapuċċini l-Kalkara, u ngħożż il-valuri kollha li għaddewli, u għadhom jigwidawni sal-lum. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Lanqas xejn, naħseb li aħna konservattivi wisq fejn tidħol moda. Kemm tħobb lil pajjiżek? Naprezza pajjiżi, imma tgħidlix nagħżel bejn Malta u postijiet oħra, għax f 'kull post jirnexxili nsib xi ħaġa sabiħa. L-aħħar safra li kellek fejn mort? Ruma, fuq xogħol għall- aħħar żjara tal-President Emeritus George Abela lil Papa Franġisku. X'inhu s-suċċess fil-ħajja għalik? Li tilħaq dak li jkun deher impossibbli. L-iktar darba li stħajt f 'ħajtek? Meta kont qed nikteb imejl ta' stedina lill-Eks President George W Bush, u bi żball bgħatlu email biex nistieden lil band One Direction. Il-Futur ta' Fabian Demicoli… Nimmaġinani fil-mezzi tax- xandir. Bini ġdid għal Ministeru ta' Leo Brincat LEKSBINI tal-iskola Umberto Colosso, li dan l-aħħar kien qiegħed jintuża bħala Akkademja tal-Pulizija, għadu kif ġie trasformat f 'bini ġdid li se jibda jservi bħala l-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima. Din id-deċiżjoni tat nifs ġdid lill-impjegati tal- Ministeru li sa ftit jiem ilu kienu għadhom qegħdin jaħdmu minn uffiċini żgħar mingħajr arja ta' xejn f 'Millenia Building fil- Marsa, viċin l-Open Centre fejn preżentament hemm l-MRA. Minkejja din il-bidla, is-Segretarjat fil-Ministeru u l-Ministeru nnifsu se jibqgħu separati minn xulxin f 'Casa Leoni f 'Santa Venera, li minkejja li jkollu ħafna nies involuti ta' kuljum f 'laqgħat, xorta dejjem irnexxielhom jagħmlu mill-ispazju li kien hemm wieħed adekwat. Il-Communications Officer fl-uffiċċju tal-Ministeru irringrazzja lill-Prim Ministru u lill-Prinċipal Permanenti fis-Segretarjat – il-PPS – talli wettqu din iċ-ċaqliqa f 'ħin rekord. Sa mill-ewwel ġimgħat ta' din l-amministrazzjoni minn meta l-Ministeru sar l-istess bħalma kien il- Ministeru tal-Ambjent u parti mill-MRRA, ingħata d-dritt lill-impjegati biex jiċċaqalqu temporanjament fil-Marsa. L-impjegati kienu ġejjin mill-bini tal-MRRA f 'Belt is-Sebħ u mill- Ministeru tal-Ambjent fil- Belt Valletta. Issa, iċ-ċaqliqa tant mistennija tal-impjegati kollha flimkien taħt saqaf wieħed, saret u kulħadd jinsab f 'postu. Il-Ministru żar il-bini u ltaqa' mal-impjegati tal- Ministeru tiegħu l-ġimgħa li għaddiet. DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014