Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 13 Il-Punt President Mara – Simbolu ta' Għaqda u Għajnuna Soċjali MATUL dawn l-aħħar jiem ġiet maħtura d-disa' President ta' Malta u t-tieni President mara mill-kisba tar-Repubblika wara li 32 sena ilu l-eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff kien ħatar lil Agatha Barbara bħala President. Avveniment li bħala Żabbari ma jistax ma jfakkarnix fil-Presidenza ta' Barbara u l-ħidma tagħha fl-interess tal-poplu kollu, l-aktar il-fqir u l-batut f 'pajjiżna. Nemmen li huma karatteristiċi li ser isawru l-Presidenza ta' Marie Louise Coleiro Preca matul il- ħames snin li ġejjin u li juru biċ-ċar korrelazzjoni bejn iż-żewġ Presidenti. Jidher ċar li Marie Louise mhux se tkun mogħmija miċ-ċerimonji jew ix- xinxilli, iżda se tibqa' impenjata taħdem b'risq il-poplu, l-aktar dawk fil- bżonn minħabba faqar jew esklużjoni soċjali. Bħala t-tieni President mara tar- Repubblika Maltija, Marie Louise Coleiro Preca se tkun qiegħda twassal ukoll il-messaġġ tar-ruħ soċjali, tal-ħniena, tal-ħidma sfiqa u fuq kollox, tal-għaqda nazzjonali. Dan ifakkarni ferm f 'dak li jirrakkuntaw il-ġenituri tiegħi u dawk akbar fl-età meta Agatha Barbara kienet tgħin bla waqfien lill-familji u l-ħaddiem fil-bżonn. Fil- lokal ta' Ħaż-Żabbar dan ma kienx b'inqas, infatti isem il-familja Barbara għadu imnaqqax f 'qalb bosta familji Żabbarin. L-għajnuna siewja u qalbiena li offriet lill-komunità Żabbarija tul il-karriera politika tagħha u fit-terminu tagħha bħala President jitqies bħala wieħed imprezzabbli u nazzarda ngħid li sa minn dak iż-żmien ftit kienu dawk li offrew u sostnew lil-lokal tagħna b'dak l-istil u l-ħeġġa li dejjem uriet Barbara. Barbara għarfet kif tuża l-politika bħala vejjikolu sabiex tgħin lill-ħaddiem u dawk fil-bżonn fl-istess ħin żammet soda fil-prinċipji u l-valuri li dejjem ħaddnet. Bl-istess mod nemmen li ser tiżvolġi l-Presidenza ta' Marie Louise li b'qalb u ruħ soċjali żżomm viċin il-poplu Malti kollu. Mhux b'inqas l-Għawdxin li sa mill-bidu tinħass mewġa ta' interess fil-familji Għawdxin mill- irwol Presidenzjali li Marie Louise issa ser tokkupa. Għalhekk ninsab aktar minn konvint li Marie Louise Coleiro Preca ser tkompli fuq dak li bnew ta' qabilha u ssaħħaħ l-kariga ta' President billi tkompli taħdem aktar viċin in-nies sabiex teżerċita u twettaq dawk il-bidliet il-kbar fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, l-aktar il-fqir u l-batut f 'pajjiżna. Filwaqt li bħal bosta Maltin u Għawdxin oħra nuri l-apprezzament tiegħi għall- ħidma sfieqa u importanti li wettaq l-Eċċellenza tiegħu l-President George Abela flimkien mat-tim formidabbli tiegħu, minn qalbi nixtieq nawgura lil Marie Louise Coleiro Preca l-ħidma t-tajba f 'dak kollu li se tkun qiegħda twettaq b'risq in-nazzjon Malti. Ninsab ċert li Marie Louise Coleiro Preca se tkun il-President tal-għaqda, l-impenn soċjali u l-enerġija f 'isem Malta tagħna. Quinton Scerri huwa s-Sindku preżenti ta' Ħaż- Żabbar. QUINTON SCERRI Stefano Mallia favur li Għawdex jingħata siġġu għalih WAQT konferenza stampa organizzata mill- assoċjazzjoni tal-NGOs, il-kandidat Nazzjonalista Stefano Mallia qal li kien qiegħed jappoġġja l-idea li wieħed mill-kandidati eletti fil-Parlament Ewropew f 'isem Malta jkun riservat għal Għawdex. Mallia qal li jekk kemm- il darba jkun hemm din il-proposta, hu kien se jappoġġjaha. "Qiegħed ngħid dan kollu minħabba l-qagħda ekonomika partikolari u d-dimensjoni soċjali ta' Għawdex li hemm bżonn li nappoġġjawha." Mallia qal li kieku siġġu wieħed minn ta' Malta jkun riservat strettament għal Għawdex, bħala pajjiż inkunu qegħdin nibagħtu messaġġ ċar lill-Għawdxin u lill-Ewropa. "Għawdex reġjun li għandu ċirkostanzi li jridu jiġu indirizzati speċifikament b'azzjonijiet speċifiċi," kompla qal. Hu qal li hemm bżonn li Għawdex ikollu viżjoni x'wieħed jiżviluppa biex tingħata direzzjoni għall- ħames snin li ġejjin. "Din xi ħaġa ta' importanza speċifika għaż-żgħażagħ Għawdxin li llum ma jafux liema direzzjoni sejra l-gżira tagħhom," qal Mallia. L-ewwel president mara Agatha Barbara