Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 I t-tabib pedjatriku Chris Fearne qed ikun meqjus mhux biss bħala wieħed mill-uċuħ il-ġodda tal- kabinett, iżda wkoll bħala t-tama ġdida għal riforma fis-saħħa; settur li kien fost ta' quddiem li ma laħaqx l-aspettattivi tal-elettorat wara l-ewwel sena Laburista. Fl-uffiċċju tiegħu f 'Palazz Castellania jumejn biss wara l-ħatra tiegħu, Chris Fearne dlonk jiddefendi lil predeċessur tiegħu Godfrey Farrugia u jgħid li l-problemi li ntirtu minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ma kinux żgħar. "Il-passat hu passat, l-iżbalji tal-Partit Nazzjonalista f 'dan il- qasam m'hemmx għalfejn nidħol fihom. Imma Godfrey għamel ħafna xogħol li ma kienx faċli. Sar ħafna xogħol preparatorju li fuqhom se nkompli nibni, imma sar ukoll xogħol ieħor li diġà kiseb ir-riżultati," jgħid Fearne, li jissokta jgħid kif diġà kellu laqgħat ma' Farrugia dwar ix-xogħol li sar fl- aħħar sena. "Kelli diversi laqgħat ma' Farrugia u se nkomplu nitkellmu fil- ġranet li ġejjin għax hemm bosta proġetti u inizzjattivi li beda hu li għandhom jitkomplew għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin." Fost l-oħrajn, isemmi s-servizz tal-kimoterapija f 'Għawdex lil Għawdxin bħala waħda mill- affarijiet konkreti li rnexxielu jagħmel l-eks Ministru. B'hekk, ġie evitat it-trasport żejjed li kien ikollhom jagħmlu pazjenti Għawdxin li wara l-kimoterapija ftit li xejn kienu jsibuha faċli biex jagħmli dawn il-vjaġġi żejda. Mingħajr ma jomogħda wisq, Fearne jammetti li wara l-ewwel sena ta' ħidma l-aspettattivi tan-nies għadhom ma ntleħqux fuq l-effiċjenza tas-servizz tas-Saħħa. Iżda dlonk iżid li l-mandat tal-gvern hu ta' ħames snin u b'ottimiżmu jassigura li l-aspettattivi se jintlaħqu sal-aħħar tal-leġislatura. Jgħid li l-wegħdiet elettorali fosthom it-tqassim ta' mediċini fid-djar għadhom f 'moħħhom u se jitwettqu. "Dħalt għal dan l-inkarigu b'umiltà għax naf li hemm problemi kbar fil-qasam tas-saħħa, kemm għax ilhom ġejjin snin u kif ukoll ħabba l-bdil fid-demografija, b'popolazzjoni li qed tixjieħ. Dan iġegħelna nbiddlu l-mod kif inkunu qed nipprovdu s-servizz tas-saħħa, imma kemm jien kif ukoll Konrad determinati li nħallu impatt pożittiv fuq dan il-qasam." Matul l-intervista jirreferi diversi drabi għal dan id-duo ta' Konrad Mizzi - Chris Fearne, mossa li ssorprendiet xi ftit meta l-Ministru tal-Enerġija ngħatalu wkoll il- It-tieni tentattiv għal riforma fis-saħħa Chris Fearne dwar il- viżjoni tal-gvern għal qasam tas-saħħa wara r-riżenja ta' Godfrey Farrugia Età: 51 Sportiv: Iva Reliġjuż: Iva imma mhux ħafna Ikel favorit: Lasagne qabel ma sirt lactose intolerant! L-aktar sena li tatek sodisfazzjon: Is-snin ta' meta twieldu t-tfal Chris Fearne James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014