Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 15 portafoll tas-Saħħa. "Jien parti minn tim ta' tnejn min-nies li fiduċjużi li niksbu r-riżultati f 'dan il-qasam. Għalija hu vantaġġ li servejt bħala tabib għax għandi esperjenza vasta f 'dan il-qasam. Jien naf eżatt x'hemm bżonn li jsir u Konrad, bl-esperjenza li kiseb f 'din is-sena bil-proġetti li mexxa, għandu l-esperjenza meħtieġa ta' kif l-affarijiet għandhom isiru," jispjega l-pedjatriku. Iżda x'hemm verament bżonn fil- qasam tas-saħħa? Jieħu nifs twil il-ġewwa u bla tlaqliq jgħid li l-problemi li hemm bżonn jiġu indirizzati f 'dan il- qasam kulħadd jaf x'inhuma. "Il-pazjent qed iħoss diversi nuqqasijiet imma l-prijoritajiet huma l-iżjed tliet problemi akuti; is-servizz li mhux dejjem qed jingħata fil-ħin u b'mod effiċjenti, il-problema ta' spazju u nuqqas ta' sodod, u l-problema ta' mediċini out of stock." Jispjega li l-viżjoni tal-gvern dwar dawn il-problemi hija ċara u jaf x'għandhom ikunu l-ewwel passi li għandu jieħu. "Fi Frar 2013, xahar qabel dħalna fil-gvern, kien hemm medja ta' 130 tip ta' mediċina out of stock. Fi ftit xhur, Godfrey Farrugia rnexxielu jnaqqashom b'aktar minn nofs sax- xhur tas-sajf meta niżlu għal medja ta' 50. Fl-aħħar xahrejn komplew jinżlu għal 25. Biżżejjed? Ngħidlek li le. Sar ħafna xogħol u issa l-pass li jmiss hu li nkomplu naħdmu biex nindirizzaw il-problema fit- tul u b'mod strutturat," jenfasizza Fearne. Hu jissokta jgħid li fil-futur qarib se jkun qed iressaq ir- rakkomandazzjonijiet li ħarġu wara l-proċess ta' konsultazzjoni għad- diskussjoni fil-kabinett. Rigward il-problema tan- nuqqas ta' sodod, is-Segretarju Parlamentari jħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jinħatar project team li se jkun iddedikat għal din il-problema biss, biex fl-aħħar tas- sajf ikun hemm pjan lest li jilqa' għaż-żieda fil-mard li jkun hemm fix-xitwa. "Ittini ġewwa meta nara pazjent f 'sitwazzjoni mhux dinjituża. Il- pazjent ġa jkollu biżżejjed biża' fuq il-mard u l-kundizzjoni tiegħu, u l-inkwiet dwar x'se jiġri minnu minn ġurnata għal oħra. Ma rridux inżidulu aktar problemi b'nuqqas ta' privatezza u dinjità. Din il- problema ta' nuqqas ta' sodod li ntirtet se nindirizzaha b'serjetà kbira." Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li hemm bżonn madwar 100 sodda oħra kull sena biex tintleħaq id-domanda għas-servizz. Insaqsih jekk f 'dan il-kuntest il-bżonn ta' tieni sptar huwiex inevitabbli. "Fix-xhur li ġejjin se jkollna pjan ħolistiku dwar in-nuqqas ta' sodod. Dan il-project team se jikkonsidra kull għażla, naslu għal konklużjonijiet tagħna u ngħaddu r-rakkomandazzjonijiet lil kabinett. Minn hemm naġixxu," jirrispondi Chris Fearne. Is-Segretarju Parlamentari jisħaq li titjib sostanzjali fis-servizz tas- saħħa hu mistenni wkoll fl-isptar ġenerali t'Għawdex f 'dak li hu jiddeskrivi bħala 'pjanijiet kbar,' iżda naqas milli jagħti aktar dettalji minħabba 'raġunijiet kummerċjali.' Iżda mistoqsi jekk dan ifissirx sħubija mal-privat, Fearne deher jaħsibha darbtejn u qal li public- private partnerships hija waħda mill-għażliet li l-gvern kien qed jistudja. Mistoqsi jekk is-saħħa tistax tilħaq l-ogħla livelli u tibqa' b'xejn fl-istess ħin, hu jirrispondi fl- affirmattiv u jgħid li hu propju għalhekk li hemm bżonn li s-servizz ikun effiċjenti, għax inqas ma tkun effiċjenti iktar jiswa flus. Qal li fuq kollox is-saħħa mhijiex b'xejn għax qed tiġi ffinanzjata mit-taxxi. Fearne jikkwota wkoll ir-rapport ta' Hopkins ikkummissjonat mill- amministrazzjoni Nazzjonalista li jisħaq fuq il-bżonn ta' użu aħjar tar-riżorsi eżistenti biex is-servizz isir aktar effiċjenti. Rapport ieħor li qajjem dibattitu kien dak imħejji mill-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, b'Fearne jgħid li se jkunu qed jiflu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Nirrimarka li kien hemm il- perċezzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn il-predeċessur tiegħu u Dalli. Filwaqt li jirringrazzja lil Dalli tax- xogħol li għamel, Fearne iwieġeb fil-qasir li "s-sehem ta' John Dalli fil-qasam tas-saħħa hu lest." Mistoqsi jekk jaħsibx li fl-aħħar sena kien hemm wisq kaptani fuq l-istess bastiment, hu jiċċara biss li John Dalli la hu konsulent tiegħu u qas tal-ministeru. Iżda Fearne jaqbel ma' wieħed mill punti kardinali tar-rapport Dalli f 'dak li għandu x'jaqsam mat- tmexxija tal-isptar. "Jien naqbel li t-tmexxija tal- isptar titħalla f 'idejn min hu kompetenti fl-immaniġġjar. L-indħil politiku fil-micro- management mhuwiex ideali, jien bħala politiku xogħli hu li nagħti direzzjoni u nara li s-servizz hu ta' ċertu livell. Nara wkoll li fil-proċess, flus il-poplu jintefqu tajjeb." F'dan il-kuntest insaqsih jekk hux se jkompli fil-passi ta' Godfrey Farrugia u jżomm uffiċċju fil-qalba tal-emerġenza. "Dak l-uffiċċju se jibda jintuża b'mod kliniku biex il-pazjent jinqeda aħjar. Jien se jkolli uffiċċju imma f 'post differenti, biex niltaqa' mal-ħaddiema u l-management tal-isptar meta jkun hemm bżonn," tkun ir-risposta tas-segretarju parlamentari. Chris Fearne kien wieħed minn dawk imsejħa star candidates f 'isem il-Partit Laburista u rnexxielu jiġi elett bir-raba' siġġu li rebaħ il-Partit Laburista fir-raba' distrett. Kienet sorpriża għalih li wara sena backbencher sab ruħu fil- kabinett? "Nigdeb jekk ngħid li ma xtaqtx inkun involut fit-tmexxija tal-pajjiż b'mod aktar dirett. Bl-esperjenza ta' bosta snin li ksibt fil-qasam tas-saħħa ħassejt li dan kien l-aħjar servizz li stajt nagħti lill-pazjent." Dan minkejja li l-ħatra ta' Segretarju Parlamentari fissret li Fearne jibda jgħix fuq renumerazzjoni li kienet ħafna inqas mill-paga li kien idaħħal kull sena bħala speċjalista tat-tfal. "Dan hu wieħed mill-akbar sagrifiċċji tal-familja għax konna mdorrija ngħixu b'ċertu stil ta' ħajja. Kien għalhekk li ddiskutejt magħhom qabel iddeċidejt. Kif raw li kienet ix-xewqa tiegħi li nidħol għal din l-isfida tawni l-appoġġ ikkundizzjonat tagħhom li apprezzajt ferm," temm jgħid Chris Fearne. Wara x-xogħol preparatorju ta' Godfrey Farrugia, issa jmiss id-duo Konrad Mizzi - Chris Fearne biex jiksbu r-riżultati f 'dan is-settur. It-tieni tentattiv għal riforma fis-saħħa "Nigdeb jekk ngħid li ma xtaqtx inkun involut fit- tmexxija tal- pajjiż b'mod aktar dirett" "Jien naqbel li t-tmexxija tal- isptar titħalla f 'idejn min hu kompetenti fl- immaniġġjar" "Jien naf eżatt x'hemm bżonn li jsir u Konrad, bl-esperjenza li kiseb għandu l-esperjenza meħtieġa"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014