Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 Il-PN iniedi l-moviment tal- opportunitajiet indaqs ILPARTIT Nazzjonalista llum nieda l-moviment tal- opportunitajiet indaqs li se jieħu ħsieb li jippromwovi l-ugwaljanza fil-partit filwaqt li jaħdmu fuq politiki proposti. Simon Busuttil, il-Kap tal-PN, qal li l-bidu ta' dan il-moviment il-ġdid qiegħed mal-linja tal-aħħar diskussjonijiet li kellu l-partit li jagħmel bidla fl-istatut tiegħu u jiġġieled kull forma ta' diskriminazzjoni li tista' teżisti fil-pajjiż. "L-għan tal-moviment hu li jinkludi l-iżvilupp tal-proposti li jindirizzaw id-diskriminazzjoni fil- livelli kollha tas-soċjetà," qal Busuttil. Dan il-moviment inħoloq wara diskussjonijiet bejn persuni professjonali fil-PN u skont Busuttil dan sar għax il-partit ħa l-messaġġ tal-poplu li wasal iż-żmien li jiġġedded biex ikun jista' jwassal aħjar il-messaġġ. Busuttil żied li l-moviment, li se jkun qiegħed japprova l-istatut u l-membri tal- kumitat tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin, se jinkludi wkoll fih attivisti tal-LGBTI fi ħdanu. Huwa fakkar li l-partit kien ressaq 'il quddiem private member's bill biex tiddaħħal din il-klawżola fil-kostituzzjoni kontra d-diskriminazzjonijiet sesswali. "Fost affarijiet oħra nfakkar li l-istatut tagħna jgħid b'mod ċar li l-ebda persuna ma tista' tiġi ddiskriminata minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħha u li aħna se nagħtu l-ispazju kollu lill-attivisti tal-LGBTI biex jipparteċipaw f 'dan il- moviment." Busuttil żied jgħid li l-moviment kien magħmul minn uċuħ ġodda li bdew jinvolvu ruħhom fil-politika għall-ewwel darba f 'ħajjithom. Il-moviment, li hu ddominat min-nisa, mhux se jkun qiegħed jissostitwixxi l-Moviment Nisa PN, qal Busuttil, filwaqt li żied li l-partit ma jridx li jneħħi xi ħaġa li kienet ilha fi ħdanu għal snin twal. F'reazzjoni għal dan kollu, il-PL qal li l-Oppożizzjoni ma kinitx qed tappoġġja lis-Civil Union Bill, li hi l-ikbar pass 'il quddiem favur l-ugwaljanza f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin. "Hi ironija farseska traġika," qal il-Partit Laburista. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Pjazza San Ġorġ Victoria KAV JOE M ATTARD RABAT, GĦAWDEX HU fatt magħruf li din il-pjazza fil-qalba tal-Belt Victoria sa minn dejjem kienet tiġbed lejha ħafna nies għaliex hija pjazza ħelwa u magħluqa u sadanittant tista' tintlaħaq minn erba' triqat. Imponenti hija l-faċċata tal-Knisja Bażilika tal-Martri San Ġorġ kif ukoll jilqgħuk ferm il-bars dejjem mimlija parruċċani, Maltin u barranin. Minn xi xhur 'l hawn fetaħ hawnhekk ukoll il-mużew tal-knisja li kompla jiftaħ tieqa fuq l-istorja tagħna. Dawn il-jiem il-familja Tabone għoġobhom iqiegħdu fuq il-faċċata tal-binja tagħhom biċċa lavur fil-ġebla Maltija, xogħol id-ditta Axiaq, li żgur se tikkumplimenta ferm mal- armar tal-festa li jintrama matul il-festa tal-patrun San Ġorġ fit-tielet ġimgħa ta' Lulju; u dan kollu fuq disinn tal-artist Rabti Frank Cassar li ħaqqu kull tifħir; morru arawha u għiduli iniex qed ngħid kelma b'oħra! F'kelma waħda din il-pjazza mal- medda tas-snin qed tissokta tisbieħ grazzi għall-ħidma u l-istinkar tal-Kunsill Lokali tal-Victoria. Iżda hemm dehra kerha minħabba roqgħa art f 'parti mill-paviment li nqalgħet minn postha u li nifhem li bi ftit spejjeż u investiment ta' ħsieb tista' titranġa f 'kemm trodd salib qabel il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa mnejn se tgħaddi l-purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira, il-visti lis-seba' knejjes kif ukoll il-purċissjoni bi Kristu Rxoxt, jekk mhux ukoll xi manifestazzjoni bl-istatwa titulari li dis-sena qed tagħlaq 175 sena! X'aħna nistennew li jaqa' xi ħadd, jinbarax jew jikser xi riġel? Il-PN iħajjar nies ġodda jinvolvu ruħhom LELEZZJONI ġenerali tas-sena li għaddiet waslet għal rebħa storika tal- Partit Laburista. Il-Partit Nazzjonalista tilef b'distakk ta' 36,000 vot. Ħafna kienu diżappuntati bit-tmexxija ta' dak iż–żmien u bil-fatt "li telqu u injoraw lin-nies." Iżda sena mill-elezzjoni ġenerali l-PN qed ikompli jiġġedded. Matul dawn l-aħħar ġimgħat saru diversi elezzjonijiet tal- fergħat u l-kummissjonijiet tal-PN. F'kummenti mal- gazzetta ILLUM, l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-PN, Jean Pierre Debono, qal li fil-fergħat stabbiliti fuq l-istatut ta' qabel, kien hemm tliet elezzjonijiet minn sitt fergħat. "Fl-oħrajn kien hemm nies biżżejjed biex jimlew il- postijiet kollha fl-eżekuttivi tal-fergħat jiġifieri ħmistax. Issa wara li tnieda l-ewwel forum ġdid fil-ġranet li ġejjin ikollna l-proċess ta' tliet fora jew kulleġġi ġodda skont l-istatut il-ġdid," qal Debono. Debono sostna li f 'dawn l-eżekuttivi biss il-partit se jkollu 150 ruħ jew aktar jaħdmu b'mod iffukat fuq setturi varji tas-soċjetà Maltija. Hu qal li f 'dawk li huma kumitati din il-ġimgħa ntemm il-proċess tat-tiġdid tal-kumitati sezzjonali fejn mal-65 kumitat ikunu taw rendikont tal-ħidma tagħhom tul l-aħħar xhur waqt li jkollna l-ħatra ta' kumitati ġodda, b'taħlita ta' membri li diġà kienu hemm u membri ġodda. "Illum bis-saħħa tal- istatut il-ġdid, in-numru tal-membri f 'kull kumitat tela' għal tmintax. Dan wassal għal aktar membri ġodda. Minn naħa l-oħra bir-reviżjonijiet tan-nisa u ż-żgħażagħ rajna żieda inkoraġġanti fl-involviment tagħhom." Minkejja ż-żieda għal tmintax-il membru fil- kumitat xorta kien hemm numru ta' kumitati li kellhom elezzjoni. Debono qal li kien hemm kumitati li saħansitra kkontestaw għalihom aktar minn 30 persuna. Waqt li l-laqgħat ġenerali annwali jsiru kull sena, l-elezzjonijiet isiru kull sentejn. Kollox ma' kollox dawn il-laqgħat ġenerali annwali ssarrfu f 'tiġdid pożittiv ħafna għal Partit Nazzjonalista. Marlene Farrugia f 'Reporter GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Il- programm ser jiddiskuti r-reshuffle u temi politiċi oħrajn. Il-mistiedna speċjali se tkun id-deputata Laburista Marlene Farrugia. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, se janalizza l-kummenti li għaddiet Marlene Farrugia dwar diversi deċiżjonijiet tal-Gvern. X'għandha xi tgħid dwar ir-reshuffle? Għalfejn ma qablitx mal-mod ta' kif ġie trattat Norman Vella? X'għandha xi tgħid dwar id-deċiżjonijiet tal-MEPA li jistgħu jaffetwaw l-ambjent? Fuq kollox, id-deputata Laburista se tivvota favur jew kontra l-att li jirregola l-Unjoni Ċivili? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, se jixxandar għada fis-6.55pm fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM2. "Aħna se nagħtu l-ispazju kollu lill-attivisti tal-LGBTI biex jipparteċipaw f 'dan il-moviment" - Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014