Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 17 Franco for Europe Smajtuha din li Franco Debono qed jikkunsidra li joħroġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew? Mhux aħjar joqgħod kif inhu u jieħu l-konsulenzi, it-tnejn li għandu u x-xufier u jirringrazzja lil Mulej ħanin li għandu li ħaddieħor m'għandux. Eħħ hemm bżonn li xi ħadd jgħid lil Franco Debono li l-karriera politika tiegħu … eħħ spiċċat! Kaputt, over and out, żero, fullstop, fine! No nonsense Michael Michael Falzon, kaċċatur u dilettant tan-nar għandu bżonn jifhem li ma jistax jinsa li meta jippresedi kumitat parlamentari jagħti ċans li dak li jkun jirrispondi. Is-Sur Mikiel irid forsi jaċċetta li min jistaqsi l-mistoqsijiet għandu drittijiet mhux bħall-għasafar li jħobb joqtol! Dan rajtu meta deher għall-ewwel darba bħala segretarju tal-ippjanar. Marlene qaltlu sew meta qaltlu li x-xogħol tal-kumitat tal-kamra jrid isir. Nathaniel ta' rasu l-isfel Ara vera kattivi tan-Nazzjon, għamlu storja biex jagħtu l-impressjoni li Martin Schulz dak li Berlusconi kien iddeskriva bħala gwardjan tal- kamp tal-konċentrament kien iffavorixxa lil John Dalli. Meta infatti hu kompletament l-oppost. Kien Schulz li ma tax permess lill-Maġistratura biex jitkellmu ma' deputati mill-Parlament Ewropew li qed jinvestigaw il-ħaxi kontra Dalli. Ara vera każ li Nathaniel Attard tant għandu kontra Dalli li ma jarax bejn sema u art. Il-perv hunter jieħu ritratt L-isqof bamboċċu l-isqof Scicluna huwa fan tal-President Coleiro Preca. U mhux dejjem kien għax bħal ma nafu Scicluna huwa Nazzjonalist sfegatat li ma jistax iħalli mument jgħaddi mingħajr ma jitfa' botta favur l-Pinne. U nnutaw xi smartphone għandu l-Isqof tagħna jiswa madwar €756. U din il-ġimgħa fil-gazzetta Scottish Daily Record, l-Isqof Scicluna ġie deskritt bħala 'l-perv' hunter tal-Papa. Is-saħħara tinsa l-Independent Mela dik il-kerha, kopja ta' żiemel, replika ta' saħħara, sostnuta mill-Independent, Alla jbierek (mhux lilha) ma qalet xejn dwar il-ġurnaliżmu tal-bass tal-gazzetta l-Independent fil-konfront tat-tifla ta' Tony Zahra. Ma qalet xejn li filwaqt li l-gazzetti l-oħra kienu għażlu li joqogħdu lura l-Independent marret tiffilmja l-funeral u ħarġet bl-idea ta' love pact. Din Defni għandha bżonn lil xi ħadd ipoġġiha f 'kantuniera u jfissrilha kemm hi beżqa, giddieba, għajjura u ipokrita. U biex ma tinsewx, ftakru kemm kienet tieħu pjaċir tippubblika informazzjoni mogħtija lilha mill-qattiel tal-qtates. Louis il-ballerina Kemm ħadt pjaċir li Louis Grech magħruf aħjar bħala l-ballerina tal-kabinett baqa' fejn kien. Infatti sar magħruf li l-ministeru tiegħu se jiżdidulu xi kliem ieħor. Apparti li ser ikun deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet dwar l-Ewropa u implimentazzjoni tal-manifest elettorali, ser jiżdiedu dawn il-kliem: "U responsabbli mill-għażż u li ħadd mill-ministri ma jkollhom sehem f 'kumpaniji privati." Olè. Prosit Joe Mizzi Prosit Joe Mizzi, talli ħallejt il-McDonalds tan-Naxxar jiftaħ u b'hekk komplejt taggrava t-traffiku bejn San Ġwann u n-Naxxar. Tant li biex timxi erba' kilometri ddum iktar minn nofs siegħa. Eħħ, Alla jbierek Joe Mizzi moħħu fis- south għax kieku jaf x'hawn fit-Tramuntana kieku jagħmel xi ħaġa bħal ma jagħmel xi ħaġa James Piscopo l-kap ta' Transport Malta li Alla jbierek ħarġu permess għall-McDonalds Drive In. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ …

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014