Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 06 ta' April 2014 SPORTSillum SPORTSillum Sliema W .................0 Balzan ....................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA l-mistrieħ, eżattament fit-52 minuta Balzan spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Justin Grioli wara li rċieva t-tieni karta safra fil-logħba. Madankollu t-tim immexxi minn Jesmond Zerafa baqa' jattakka u resaq viċin li jiftaħ l-iskor permezz ta' Pedro dos Santos Calcado li kkonkluda azzjoni tajba permezz ta' xutt sabiħ li għadda ftit għoli f 'nofs it-tieni taqsima. Erba' minuti minn tmiem id-90 minuta Manuel Bartolo wettaq save tajjeb fuq Matias Muchardi wara li dan ġie wiċċ imb wiċċ mal-istess goalkeeper eks Valletta u Birkirkara. Minuta mit-tmiem tal- logħba kien imiss lil Sliema Wanderers li jisġiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom id-difensur internazzjonali Clifford Gatt Baldacchino wara li dan bħal Justin Grioli wkoll irċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Fil-ħin miżjud Balzan ħolqu pressjoni tremenda fuq l-avversarji tagħhom u Lydon Micallef kważi skorja l-gowl tar-rebħa permezz ta' xutt angulat mix-xellug u ftit wara Pedro Calcado kkonkluda azzjoni personali permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit barra. Madankollu l-istorja ma kinitx għadha ntemmet hawn hekk kif fit-93 minuta, Pedro Calcado għadda tajjeb lejn Jose Luis Armario Negrin fuq il-lemin b'dan tal-aħħar jitfa' l-ballun wara Glenn Zammit biex ta r-rebħa meritata lil Balzan. Sliema W. - Zammit, A. Muscat, Borg, Mintoff (Podda 59'), Ohawuchi, Gatt Baldacchino, Woods (Cilia 46'), Barbetti, Muchardi, B. Muscat (Xuereb 59'), Bianciardi Balzan - Bartolo, Grioli, Bezzina, Magro, Scicluna, Dos Santos, Micallef, Calcado, Bilbao Zarate, Armario Negrin, Darmanin (Aboulezz 56') Referee - Sandro Spiteri Ritratt: Ray Attard PEDRO DOS SANTOS CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Awwissu 1986 f'Engenheiro Beltrao, fil-Brażil Reġa' ngħaqad ma' Balzan matul dan ix-xahar wara li kien diġà kiseb suċċess ma' dan it-tim fi snin passati Jilgħab fil-pożizzjoni ta' attakkant u s-sieq preferuta tiegħu hija dik xellugija Balzan jegħlbu lil Sliema l-ħin miżjud Ryan Darmanin jirbaħ il-ballun bir-ras minn fuq plejer ta' Sliema Wanderers

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014