Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Qormi jserrħu rashom -ewwel taqsima Alfred Eong issikkat minn żewġ plejers Rabtin Qormi......................3 Rabat A ...................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT QORMI serrħu rashom u aċċertaw ruħhom mit-tliet punti fl-ewwel taqsima meta fil-konfront tagħhom kontra t-tim li jinsab matematikament relegat, Rabat Ajax, huma skorjaw it-tliet gowls tagħhom fl- ewwel 17-il minuta hekk kif għelbu lill-Magpies bl-iskor ta' 3-1. Qormi fetħu l-iskor wara biss ħames minuti logħob meta minn kross ta' Leighton Grech, Jorge Pereira da Silva għola tajjeb u ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jistampa mal-mimduda iżda mir-rebound l-istess plejer tefa' l-ballun fix-xibka. Wara kwarta logħob Qormi rduppjaw l-iskor grazzi għal xutt mill-isbaħ ta' Triston Caruana minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Pavle Velimirovic. Żewġ minuti biss wara, Roderick Bajada kkonkluda azzjoni tajba billi għadda l-ballun lejn Jonathan Bajada li tefa' ġewwa mill-viċin biex għamel l-iskor 3-0 favur Qormi. Rabat Ajax naqsu l-marġni tal-iskor fl-54 minuta meta Diego Carrillo Pendas kkonkluda azzjoni tajba permezz ta' xutt angulat li għeleb lil Matthew Farrugia. Għaxar minuti minn tmiem id-90 minuta s-sostitut Lucas Cantoro resaq viċin li jkabbar l-iskor għal Qormi iżda laqat il-lasti. Żewġ minuti biss wara kien imiss lil Leighton Grech li jkun sfortunat u jolqot il-wieqfa. Finalment fit- 88 minuta, Lucas Cantoro laqat il-mimduda permezz ta' tentattiv minn freekick dirett. Qormi - Farrugia, Pisani, Gianola, Bugeja, Vella (Cantoro 46'), Caruana, Bondin, Bajada, Grech (Bance 90'), Effiong (Gabriel 90'), Pereira da Silva Rabat A. - Velimirovic, Gauci, Azzopardi, Carapic, Tanti, Oproiescu, Bajada, W. Borg, Licari, Vella (P. Borg 46'), Carrillo Pendas Referee - Malcolm Spiteri JORGE PEREIRA DA SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Dicembru 1985 f'Sao Paolo fil-Brażil Reġa' rritorna ma' Qormi f'dan l-istaġun wara li matul l-istaġun li għadda lagħab ma' Kecskemeti TE fl-Ungerija