Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
28 illum Il-Ħadd 06 ta' April 2014 SPORTSillum Naxxar jiksbu rebħa minima fuq Tarxien Vittoriosa jiftħu beraħ il- ġlieda għar-relegazzjoni Floriana. .................1 Vittoriosa S ..............2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VITTORIOSA Stars reġgħu fetħu beraħ il-ġlieda għar- relegazzjoni meta permezz ta' wirja konvinċenti għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 2-1. Li kieku lbieraħ il-Ġirbin tilfu kienu jiġu matematikament relegati iżda permezz ta' din ir- rebħa huma żammew it-tamiet tagħhom ħajjin. Permezz ta' din ir-rebħa issa l-Ġirbin jinsabu tliet punti biss wara l-istess Floriana u Tarxien Rainbows u erba' punti wara Qormi u Naxxar Lions. Fil-45 minuta l-goalkeeper veteran tal-Ġirbin salva tajjeb tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Joseph Borg wara li dan kien irċieva minn corner ta' Gary Muir. Kien is-solitu Oscar Guerrero li tefa' lill-Ġirbin fil-vantaġġ żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima iżda Igor Coronado ġab l-iskor indaqs fl-54 minuta permezz ta' xutt b'saħħtu li ma ta l-ebda ċans lil Mario Muscat. Ousmane Sidbe reġa' poġġa lill-Ġirbin fil-vantaġġ fid-69 minuta permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Fis-87 minuta Mario Muscat salva tajjeb tentattiv tas- sostitut Christian Caruana. Żewġ minuti minn tmiem id-90 minuta Vittoriosa Stars spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom Jose Flipe Aguiar wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba f 'temp ta' ftit minuti bit- tieni waħda jirċeviha wara xi rimarki li għadda lir-referee Andre Arciola. Floriana - Hanford, Scicluna, Edet, Pisani (Caruana 76'), Coronado, Pinheiro de Souza, Xerri, C. Borg, J. Borg, Farrugia, Muir Vittoriosa S. - Muscat, Brincat, Sidibe, Spiteri, Pereira, Aguiar, Guerrero, Siraj Arab Eddin (Camilleri 63'), Torri (Mella 71'), Samir Arab, Sammut (Mifsud 80') Referee - Andre Arciola OSCAR GUERRERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Qed ikun determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda Tarxien R ............ 0 Naxxar L ............. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXXAR Lions għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0 biex b'hekk taw l-ewwel telfa lil Tarxien Rainbows fir-Relegation Pool. Nistgħu ngħidu li l-logħba kienet ferm bilanċjata b'Naxxar Lions ikunu l-aħjar tim fl-ewwel taqsima waqt li Tarxien Rainbows irrispondew tajjeb fit-tieni taqsima. L-ewwel taqsima kienet iddominata kompletament minn Naxxar Lions meta l-uniċi tliet azzjonijiet perikolużi f 'din it-taqsima waslu minnhom. Kien fit-22 minuta meta huma ħolqu l-ewwel periklu meta Stojanovic kellu x-xutt tiegħu jgħaddi barra mil-lasti difiżi minn Vella. Ftit wara l-Lions fetħu l-iskor permezz ta' Raimi Bakare li għeleb lil Vella bix-xutt sabiħ tiegħu jintemm fir-rokna tax- xibka. Il-Lions komplew fuq l-offensiva u fit-28 minuta Buhagiar ra x-xutt angulat tiegħu jgħaddi ftit barra. Iżda Tarxien Rainbows wettqu reazzjoni tajba fit- tieni taqsima fejn ħolqu numru ta' azzjonijiet perikolużi. Fil-51 minuta Jorge Santos Silva ra x-xutt jiġi salvat mill-goalkeeper Julian Azzopardi. Fil-65 minuta tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Lucas Goncalves de Silva għadda barra. Fit-83 minuta Andrew Agius ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Julian Azzopardi waqt li fid-90 minuta Hevia Menendez ra t-tentattiv tiegħu minn freekick jintemm barra wara li kien qabeż lill-goalkeeper avversarju. Ftit wara Demba Toure ra x-xutt tiegħu minn pożizzjoni angulata jgħaddi għoli. Tarxien Rainbows - Vella, Sadowski, Caruana, Lopez Alcantara (Goncalves de Silva 46), Toure, Ciantar (Agius 57'), Sammut, Menendez Hevia, Bueno, Mifsud, Santos Silva Naxxar Lions - Azzopardi, Bakare, Bellia, Buhagiar, Decesare, Falzon, Lopes De Souza, Reano, Rocha Da Silva (Vignjevic 13), Scerri, Stojanovic Referee - Paul Caruana VICTOR BELLIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-2 ta' Novembru 1979 Huwa l-captain ta' Naxxar Lions fejn ilu jokkupa din il-kariga għal diversi snin Jilgħab f'nofs il-grawnd Riżultati Riżultati Kampjoinat Barclays Premier Is-Sibt 5 ta' April Manchester C. vs Southampton 4-1 Aston Villa vs Fulham 1-2 Cardiff C. vs Crystal P. 0-3 Hull C. vs Swansea C. 1-0 Newcastle U. vs Manchester U. 0-4 Norwich C. vs WBA 0-1 Chelsea vs Stoke C. 3-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 6 ta' April 14:30 Everton vs Arsenal 17:00 West Ham U. vs Liverpool It-Tnejn 7 ta' April 21:00 Tottenham H. vs Sunderland Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 5 ta' April Chievo V. vs Hellas Verona 0-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 6 ta' April 12:30 Lazio vs Sampdoria 15:00 Atalanta vs Sassuolo 15:00 Cagliari vs Roma 15:00 Catania vs Torino 15:00 Fiorentina vs Udinese 20:45 Parma vs Napoli It-Tnejn 7 ta' April 19:00 Juventus vs Livorno 21:00 Genoa vs AC Milan YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Iż-żewġ timijiet ta' Manchester jiskorjaw erbgħa DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW