Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 29 SPORTSillum Iż-żewġ timijiet ta' Manchester jiskorjaw erbgħa IŻŻEWĠ timijiet ta' Manchester, Manchester City u Manchester United skorjaw erbgħa meta huma għelbu lil Southampton u Newcastle United rispettivament. Manchester City ma tantx tħabtu biex ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Southampton bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Toure, Nasri, Dzeko u Jovetic waqt li l-uniku gowl għas- Saints fil-logħba wasal minn penalty ta' Rickie Lambert fis-37 minuta li kien ġab il-parità momentarja għalihom. Minn naħa l-oħra permezz ta' wirja mill- aqwa Manchester United barra minn darhom f 'St James Park għelbu l-isfida ta' Newcastle United bl-iskor kbir ta' 4-0 bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Juan Mata u gowl kull wieħed għal Javier Hernandez u Adnan Januzaj. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 3-0 b'Salah, Lampard u Wullian jirnexxielhom isibu x-xibka għalihom. Fulham barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għat-tim minn Londra jaslu minn Richardson u Rodallega waqt li l-gowl uniku ta' Aston Villa fil-logħba wasal minn Grant Holt fis- 70 minuta. Crystal Palace barra minn darhom għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Jason Puncheon u gowl ta' Jospeh Hedley. Hull City ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn George Boyd fid-39 minuta. West Bromwich Albion barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta rnexxielhom jegħlbu l-isfida ta' Norwich City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Morgan Amalfitano wara biss 16-il minuta logħob. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Hellas Verona rebħu d-derby ta' Verona meta barra minn darhom għelbu lil Chievo Verona bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Luca Toni fil-65 minuta. Ministeru g�all-I�vilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Espressjoni ta' Interess Il-Park tal-Familja 'Sant'Antnin' f'Marsaskala !"#$%&'$%(&)%*+,#,"+&,-+"*"..%+,&(,&#,"$/0&."1"2&34/,-&(5".)*"..#6-,&+%4&,-+"*"..& '$%((57022"*8#%(,99%99#6-,&+%4&8"*+,&3%8,(,+%#,"+& 3,(5:%*7&+%(5;%2,(#%& Il-Park tal-Familja 'Sant'Antnin' kien !viluppat mill-WasteServ fuq art tal- Gvern b"ala parti minn obbligu ta' 'Planning Gain' impost mill-MEPA. L- i!vilupp tal-park sar fil-bi##a l-kbira tieg"u permezz ta' fondi Ewropej. Il-Park tal-Familja joffri numru ta' opportunitajiet g"all-kummer#jalizzazzjoni ta' #erti fa#ilitajiet, b'mod li filwaqt li min i!ur il-park igawdi minn valur mi!jud, l-attrazzjonijiet pre!enti jibqg"u ming"ajr "las. L-iskop ta' din is-sej"a hu li: 1; Tinkiseb lista ta' dawk l-individwi u/jew entitajiet li jistg"u jkunu interessati li, permezz ta' siner$iji li jibbenefikaw minnhom il-partijiet kollha u/jew il-provvediment ta' servizzi an#illari, j!idu l-valur tal-Park tal-Familja; u 2; Tistieden proposti g"al attivitajiet kummer#jali li g"adhom mhux qed ji$u kkunsidrati ta"t din is-sej"a i!da li jistg"u jkunu ta' benefi##ju u/jew jipprovdu valur mi!jud lil min i!ur il-Park tal-Familja. Applikanti potenzjali g"andhom jirre$istraw l-interess tag"hom billi jimlew u jissottomettu formola ta' applikazzjonijiet standard. Kopji tal-formola tal- applikazzjoni u dokumentazzjoni relatat jistg"u jinkisbu mit-Tnejn sal- %img"a; mill-1 ta' April 2014 bejn it-8.30 u 12.00 u bejn is-13.30 u l-1600 mill-: Id-Direttur (Procurement and Supplies) Is-Segretarjat Permanenti Ministeru g"all-I!vilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima 6, Triq &al Qormi, Santa Venera SVR 1301 Is-sottomissjonijiet jintlaqg!u sal-16.00 tat-2 ta' Mejju 2014. It-tim nazzjonali tal-U23 tal- handball jegħleb lill-Gran Brittanja ITTIM Nazzjonali Malti ta' taħt it-23 sena kiseb rebħa kontra t-tim tal-Gran Brittanja waqt logħba ta' ħbiberija f 'Jum il-Ħelsien. Il-partita bdiet b'ritmu mgħaġġel fejn it-tim Malti, taħt il-gwida ta' Ian Psaila u Silvio Borg, marru żewġ gowls vantaġġ fl-ewwel tliet minuti logħob. F'nofs l-ewwel taqsima, Malta li kienu qed igawdu vantaġġ ta' tliet gowls, żiedu r-ritmu u daħlu jistrieħu b'seba gowls vantaġġ. Fil-bidu tat-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet taw botta u risposta lil xulxin. Iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin, Malta aktar kienu kkonċentrati fid-difiża, veloċi u strumentali fl-attakki tagħhom. Fl-aħħar ħinijiet tal-logħba, il-Gran Brittanja naqsu milli jagħmlu reazzjoni u l-Maltin żammew il-vantaġġ. Malta rebħu dan il-konfront bl-iskor ta' 23-17. Maurice Meli u Peter Naudi, kienu l-aħjar skorers għall-Maltin b'ħames gowls filwaqt li Josh Da Silva, Liam Welsby u David Kleaning kienu l-aħjar skorers għall- Gran Brittanja b'erba' gowls kull wieħed. Il-goalkeeper ta' Malta, Daniel Tanti, kellu prestazzjoni tajba ħafna, fejn ġie vvutat bħala l-aħjar plejer tal-logħba. F'logħba oħra ta' ħbiberija li ntlagħbet is-Sibt 30 ta' Marzu, it-tim nazzjonali tal-kbar kien tilef 19-17 kontra l-istess Gran Brittanja. Suċċess għat-tim nazzjonali ta' taħt it-23 sena tal-handball

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014