Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
30 illum Il-Ħadd 06 ta' April 2014 SPORTSillum "Jekk Juventus jirbħu l-Europa League ma jkun isser xejn" – Mourinho ILKOLL drajna li minn fomm Mourinho joħorġu asserzjonijiet kontroversjali u li jaslu dlonk fl-aħbarijiet sportivi ewlenin u mhux biss. Waħda mill-aħħar frażijiet rimarkabbli tiegħu kienet dik li jekk Juventus jirbħu l-UEFA Europa League kif inhuma favoriti netti li jagħmlu speċjalment meta wieħed iqis il-fatt tas-saħħa li jippossjedu u anki l-fatt li l-finali ta' din il-kompetizzjoni se tintlagħab propju f 'Turin fil-Juventus Stadium nhar l-14 ta' Mejju u għalhekk il-Bianconeri se jkunu qed jilagħbu ġewwa darhom stess, din ma tkun tfisser xejn għalihom. Dan huwa bla dubju minħabba l-fatt li t-tim ta' Juventus huwa armat biex jikkompeti u jikseb suċċess fil-kompetizzjoni ferm iktar prestiġjuża tal-UEFA Champions League fejn fil-fatt sorprendentament inqala' fl-ewwel rawnd wara telfa ta' 1-0 barra minn daru kontra Galatassary f 'Istanbul fit- Turkija bil-gowl għat-Torok jasal minn Wesley Sneider fil-85 minuta. Min-naħa l-oħra, Juventus huma magħrufa għas- suċċess kbir li jiksbu fl-Italja fejn huma l-favoriti netti li jiksbu t-tielet kampjonat konsekuttiv għalkemm nhar il-Ħadd tilfu bl- iskor ta' 2-0 barra minn darhom fis-San Paolo kontra r-rivali, Napoli. B'hekk nistgħu ngħidu li Juventus huwa tim b'żewġt uċuħ hekk kif jirrappreżenta dominju assolut fl-Italja u diżappunt enormi fl-Ewropa. Dan hekk kif ir-rebħ tal-kampjonat huwa l-objettiv prinċipali ta' Juventus għal dan l-istaġun. Iżda ma jeżistiex l-iċken dubju li l-objettiv l-ieħor tal-Bianconeri kien l-avvanz fil-UEFA Champions League, bil-għan li jinkiseb riżultat aħjar minn dak tal-aħħar staġun, fejn Juventus sfaw eliminati mill-holders Bayern Munich fil-kwarti tal- finali. B'dispjaċir u b'diżappunt kbir għal partitarji Juventini, dan ma ġarax għal numru ta' raġunijiet. Wara l-prestazzjonijiet pożittivi kontra Real Madrid, bosta ħasbu li Juventus kienu tabilħaqq se jikkwalifikaw għat-tieni rawnd. Iżda dan ma rriżultax. Bosta partitarji Juventini jemmnu li r-raġuni prinċipali ta' dan il-falliment kienet it-traskuraġni li wriet l-iskwadra Juventina kontra timijiet ta' livell inferjuri fosthom it-tim Daniż, FC Copenhagen. Tim tal-istatura tal-Juventus ma jistax iħalli d-diskors tal-kwalifikazzjoni għar-rawnd sussegwenti miftuħ sal-aħħar logħba. Il-konsegwenzi ta' dan mhumiex ta' min jinjorahom, speċjalment dawk finanzjarji iżda wkoll dawk relatati mal- klassifikazzjoni tat-timijiet Taljani fl-Ewropa Skont dak li rajna tul l-aħħar tliet snin, iċ-ċansijiet li t-tim Juventin jitlef il-vantaġġ miksub sa issa fil-quċċata tas-Serie A huma remoti. Mandankollu rajna vantaġġi li saħansitra kienu ikbar, jintilfu fi ftit logħbiet b'riżultati fatali għal diversi timijiet, fosthom l-istess Juventus fis-sena 2000 u l-Inter fl-2002. Għalhekk bosta partitarji Juventini jemmnu li Antonio Conte se jagħmel minn kollox biex iżomm lit-tim ikkonċentrat fuq l-objettiv prinċipali għal dan l-istaġun – ir-rebħ tat-tielet kampjonat konsekuttiv, suċċess li Juventus irnexxielhom jagħmluh l-aħħar mat-tmenin sena ilu. L-iskwadra preżenti li għandu Antonio Conte nbniet bil- għaqal fuq perjodu ta' tlieta/ erba' snin, wara li Andrea Agnelli ħa l-amministrazzjoni tal-klabb f 'idejh u nieda proġett ambizzjuż li fost oħrajn kien jinkludi l-bini u x-xiri ta' stadium ġdid li jkun proprjetà tal-klabb. Il-klabb ta' Turin huwa l-ewwel klabb Taljan li huwa s-sid tal-proprjetà fejn jilgħab nhar ta' Ħadd. Il-Juventus Stadium irrikjeda investiment mhux żgħir, iżda llum dan qed jiġi ppremjat b'attendenzi ikbar tas-supporters li grazzi wkoll għall-vena pożittiva tat-tim, jimlew l-istadium kull ġimgħa. Il-politika finanzjarja ta' din l-amministrazzjoni kienet importanti biex illum Juventus qegħdin igawdu l-qawwa kalċistika li għandhom. Mhux faċli li wieħed jinvesti flusu f 'aktar players ġodda wara żewġ staġuni diżastrużi (2009/10 u 2010/11) wara investimenti li jeċċedu l-€100 miljun. Madankollu, l-għaqal u l-bravura ta' nies bħal Giuseppe Marotta, Fabio Paratici u Pavel Nedved sarrfu f 'investimenti ffukati li attiraw lejn Turin plejers esperti bħal Andrea Pirlo u Carlos Tevez, kif ukoll plejers emerġenti bħal Arturo Vidal u Paul Pogba. Dan kollu mingħajr ma saru investimenti faraoniċi li l-klabb dejjem għaraf li ma jaffordjax jagħmel. Biżżejjed wieħed jagħraf li Pirlo, Pogba u l-attakkant Spanjol Fernando Llorente ġew akkwistati mingħajr ma ntefaq ċenteżmu. Bosta jsostnu li l-iskwadra Juventina tal-lum hija waħda mill-aktar b'saħħithom li qatt eżistew fl-istorja ta' dan il-klabb. Jekk jinżamm dan ir-ritmu, il-futur għal Conte u l-plejers għandu jkun wieħed sabiħ fejn minbarra bosta sodisfazzjonijiet personali u rekords ġodda miksuba, għandhom jagħtu lilna, li nsegwu din il-logħba daqshekk mill-viċin, mumenti mill-isbaħ. F'dan l-istadju, id-diżappunt tal-eliminazzjoni kmieni mill- UEFA Champions League għandu jintesa minn Juventus u t-tim għandu l-obbligu primarju li jonora l-UEFA Europa League - kompetizzjoni li għalkemm mhix prestiġjuża daqs il- UEFA Champions League, xorta waħda hija importanti partikolarment għaliex dis-sena l-finali se tintlagħab propju fil-Juventus Stadium. Dan kollu qabel ħafna mill-plejers Juventini u oħrajn li jilagħbu fost l-aqwa timijiet madwar id- dinja jaqbdu l-ajruplan lejn il- Brażil biex jgħixu xahar intensiv li ċertament ħadd ma jkun irid jitlef – it-Tazza tad-Dinja. Jidher li Mourinho ma tantx għandu simpatija lejn Juventus Illum il-finali tal-Kampjonat taż-Żwiemel għall-Klassi Silver Kaká u Ambrosini viċin avventura ġdida fl-Istati Uniti ILLUM se ssir il-finali tal- Kampjonat taż-Żwiemel sponsorjat minn Ray Auto Dealer għall-Klassi Silver. Din hija l-ewwel darba li Ray Auto Dealer qed jisponsorja kampjonat tat-tiġrijiet taż- żwiemel. Dan il-kampjonat tnieda nhar is-Sibt 8 ta' Marzu b'ħames heats u tkompla l-Ħadd 16 ta' Marzu b'ħames heats oħra sabiex b'hekk ipparteċipaw total ta' 114-il żiemel. Minn dawn 40 għaddew għal erba' semi finali li nġrew il-Ħadd li għadda u li minnhom ikkwalifikaw 12 għall-finali. Il-Poloz ittellgħu nhar il- Ġimgħa fil-preżenza tas-sidien: 1. Law Suit 2. Roma M. 3. Quid de la Muette 4. Quatre de Coeur 5. Ollico Pellois 6. Partner Blue 7. Pirate d'Urzy 8. Quioco Dry 9. Zizazimoko 10. Ringo Flower 11. Command Coger 12. Mr Snowman Id-distanza tal-finali hija ta' 2,140m u l-aħjar ħin irreġistrat kien f 'waħda mill-heats minn Quioco Dry medja ta' 1'15"6/ km. Bħala premjijiet fil-finali hemm total ta' €1,200 li minnhom ir-rebbieħ ser jieħu €675. Jingħataw ukoll trofej lill-ewwel erbgħa. It-tiġrija tkun is-7 waħda tal-programm u tibda fl-4.20pm. Barra minn hekk nhar il- Ħadd u t-Tnejn se jsiru żewġ tiġrijiet tal-ponijiet shetland li fihom se jieħdu sehem għaxart itfal li bħalissa qed jattendu l-Akkademja tal-Malta Racing Club. Minn kull tiġrija se jikkwalifikaw tlieta sabiex il-Ħadd 6 t'April issir il-finali għar-Ray Auto Dealer Junior Trophy. JIDHER li Kaká u Ambrosini għandhom nostalġija ta' meta kienu jilagħbu flimkien ma' AC Milan, ma' liema tim nistgħu ngħidu li rebħu kollox, hekk kif kollox qed jindika li dawn iż-żewġ plejers ta' klassi mondjali se jerġgħu jingħaqdu flimkien din id-darba mhux fl-Italja iżda fl-Istati Uniti ma' Orlando. Il-fatt li AC Milan qed ikollhom staġun ferm deludenti jfisser li huma mhux se jirnexxielhom jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League u forsi lanqas għall-UEFA Europa League u għalhekk hemm ċans kbir li dan iwassal biex Kaká jitlaq lit-tim minn Milan. Fil-fatt jidher li digà hemm ftehim verbali bejn l-istess Kaká u l-propjetarju ta' Orlando rigward it- trasferiment possibbli tiegħu ma' dan it-tim Amerikan. Barra minn hekk il- kuntratt ta' Ambrosini ma' Fiorentina jiskadi fi tmiem l-istaġun u għalhekk huwa jkun liberu li jingħaqad ma' klabb ieħor liema klabb mistenni jkun Orlando fl-Istati Uniti li tajjeb ngħidu jilbsu flokk bil- kulur vjola bħalma jagħmlu Fiorentina. Jekk jagħmel hekk Ambrosini se jkun qed jingħata kuntratt ta' tliet snin u jidher li se jkollu salarju eżorbitanti. Jekk dan kollu jseħħ, Kaká u Ambrosini jkunu qed itemmu l-karriera mill-aqwa tagħhom fl-Istati Uniti kif bosta plejers ta' suċċess qed jagħmlu f 'dawn l-aħħar snin. Kollox jindika li d-destinazzjoni li jmiss għal Kaká u Ambrosini hija l-Istati Uniti